22/09/2026
L-Għaqda “Il-Milied fix-Xagħra” tixtieq tirringrazzja lil Għimmanu-El Għaqda Presepisti Għajnsielem, Għawdex, Malta, tal-opportunità li tawna biex stajna nesebixxu wirja kbira ta’ presepji maħduma mill-membri tagħna fil-Mużew tas-Subien tax-Xagħra, bħala parti mill-programm uffiċjali tal-Konvenzju Internazzjonali tal-Presepju 2026.
Grazzi lis-Soċjetà tal-Mużew tas-Subien tax-Xagħra li silfuna l-post fejn stajna narmaw din il-wirja. Din l-inizjattiva għenet ukoll biex, tiġi trasmessa l-imħabba tal-fundatur San Ġorġ Preca lejn il-Misteru Divin tal-Inkarnazzjoni mal-membri internazzjonali li kienu fostna.
Il-presepisti Għawdxin, Maltin u dawk internazzjonali, ġejjin mill-Italja, Spanja, l-Awstrija, l-Iżvizzera, il-Ġermanja u Liechtenstein, żaru l-presepji maħduma mill-membri tagħna, il-presepju kbir mekkaniku tal-Mużew tas-Subien, numru ta’ diorami u kollezzjoni ta’ Bambini antiki.
Minbarra il-wirjiet fil-Mużew tas-Subien il-presepisti tal-konvenju żaru ukoll wirjiet imtella’ apposta minn presepisti Xaghrin fid-djar taghhom li huma ta’ Ganni Attard fi Triq Jannar, Teddy Caruana fi Triq Vestru u Raymond Bonello fi Vjal 8 ta’ Settembru.
Nixtiequ nawguraw lil Għimmanu-El Għaqda Presepisti Għajnsielem, Għawdex, Malta tal-mod professjonali li bih organizzaw dan il-Konvenzju.
L-Għaqda Il-Milied fix-Xagħra tapprezza wkoll il-ħidma kbira tal-voluntiera tagħha li ramaw din il-wirja, u tifraħ u tirringrazzja lill-24 presepista Xagħri li ħadu sehem f’din il-wirja. Dawn huma:
Elvin Borg, Charlon Said, André Cassar, Fr Michael Mifsud, Joe Stellini, John Attard, Josmar Mizzi, Anthony Bajada, Tyler Sultana, Victor Agius, Mario Agius, Donald Camilleri, Beatrice Cini, Lucas Farrugia, Euchar Bajada, Matthew Muscat, Andreas Tabone, Jennifer Attard, Isaac Grima, Luca Schembri, Nathan Galea, Carl Mercieca, Warren Dingli u Ivan Refalo.
B’talba ġenerali tal-pubbliku, il-wirjiet tal-presepji li ġew organizzati f’Għajnsielem u x-Xagħra bħala parti mill-1 Konvenju Internazzjonali tal-Presepju ser jerġgħu jinfetħu għall-pubbliku għal żmien limitat.
Dawk li għadhom ma kellhomx l-opportunità jżuru l-wirjiet, jew jixtiequ jerġgħu jżuruhom, issa jistgħu jagħmlu dan:
📍 Għajnsielem – Il-wirjiet taħt il-Knisja, organizzati b’kollaborazzjoni bejn Għimmanu-El Għaqda Presepisti Għajnsielem, Għaqda Milied Xewkija, il-Każin tal-Banda u l-Knisja l-Qadima.
📍 Ix-Xagħra – Il-wirja fil-Mużew tas-Subien, organizzata mill-Għaqda Milied fix-Xagħra u Raymond Bonello fi Vjal it-8 ta' Settembru.
Ħinijiet tal-Ftuħ
Is-Sibt 26 ta’ Settembru
🕔 5:00pm – 9:00pm
Il-Ħadd 27 ta’ Settembru
🕘 9:00am – 12:00pm
Din hija opportunità oħra biex napprezzaw il-ħidma, l-arti, il-fidi u t-tradizzjoni tal-presepju li ngħaqdu flimkien matul din il-Konvenzjoni Internazzjonali.
Grazzi lil dawk kollha li taw is-sehem tagħhom biex dawn il-wirjiet ikunu possibbli.