25/10/2026
Fi tmiem il-ġimgħa, kif stipulat fl-Istatut tal-Għaqda tal-Armar, ġie ffurmat it-tieni Kumitat Uffiċjali tal-Għaqda għall-perjodu 2026–2028.
Fil-preżenza tal-Arċipriet, li sejjaħ lill-persuni nnominati u ssekondati mill-membri itesserati tal-Għaqda, ġew maħtura l-uffiċjali li se jkunu qed imexxu l-istess Għaqda matul is-sentejn li gejjin.
Il-Kumitat jixtieq jirringrazzja lil Arthur Azzopardi, li temm il-ħidma tiegħu fi ħdan il-Kumitat, għall-kontribut tiegħu lill-Għaqda.
Fl-istess waqt, jilqa’ lill-membri l-ġodda Euchar Bajada, Antoine Galea u Rodrick Schembri, u jawguralhom kull suċċess fil-ħidma tagħhom.
Il-Kumitat huwa determinat li jkompli jibni fuq dak li nkiseb matul dawn l-aħħar sentejn, ikompli jgħolli l-livell tal-armar u jsaħħaħ l-Għaqda permezz ta’ aktar ħidma u impenn, b’serjetà u dedikazzjoni, dejjem b’risq il-festa għażiża tagħna.
Jalla Marija Bambina tibqa’ tgħaqqadna bħala Għaqda, tkabbar fina l-imħabba u d-devozzjoni lejha, u tkompli tħeġġiġna naħdmu b’aktar entużjażmu biex nagħtu kontribut dejjem akbar lill-festa tagħha.