Soċjetà Filarmonika La Stella

Directions Website Contact the organisation

Soċjetà Filarmonika La Stella SOĊJETÀ FILARMONIKA LA STELLA
Banda | Festa | Teatru
www.lastella.com.mt
www.teatruastra.org.mt Banda | Festa | Teatru

Dalgħodu, fit-Teatru Astra Cultural Hub, ġiet inawgurata “The Scenographer’s Opera”, esibizzjoni ddedikata lill-mixja ar...
25/10/2026

Dalgħodu, fit-Teatru Astra Cultural Hub, ġiet inawgurata “The Scenographer’s Opera”, esibizzjoni ddedikata lill-mixja artistika u l-wirt xenografiku tal-artist Għawdxi Joseph Cauchi.

Il-ftuħ sar fil-preżenza tal-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri, b’diskors mill-artist Joe Scerri u konklużjoni mill-President tas-Soċjetà Michael Formosa, li sellem il-kontribut importanti ta’ Cauchi fil-produzzjoni tal-opra, fil-ħolqien tas-settijiet u fit-trawwim u fit-taħriġ ta’ ġenerazzjonijiet ta’ voluntiera.

Aġġornament fuq proġetti (3)Fl-aħħar jiem, il-foyer tat-Teatru Astra kompla jissebbaħ bl-installazzjoni ta’ sitt globi t...
24/10/2026

Aġġornament fuq proġetti (3)

Fl-aħħar jiem, il-foyer tat-Teatru Astra kompla jissebbaħ bl-installazzjoni ta’ sitt globi ta’ ħġieġ fin u artiġjanali.

Dan huwa pass ieħor fil-pjan kontinwu ta’ tisbiħ u riġenerazzjoni tal-Każin u l-ispazji kummerċjali li beda fl-2020.

L-amministrazzjoni tas-Soċjeta’ La Stella hi grata lejn benefattur partikolari li ffinanzja dan il-proġett.

21/10/2026
Fi ftit ġimgħat oħra, il-Banda Ċittadina La Stella se tkun qed ittella’ programm mużikali ddedikat għall-mużika tal-komp...
18/10/2026

Fi ftit ġimgħat oħra, il-Banda Ċittadina La Stella se tkun qed ittella’ programm mużikali ddedikat għall-mużika tal-kompożitur ċelebri John Williams. 🎥

Dan il-kunċert, taħt id-direzzjoni ta’ Mro John Galea, se jinkludi wkoll is-sehem tal-Kor Piccole Stelle, taħt id-direzzjoni ta’ Ms Sylvana Attard, kif ukoll il-parteċipazzjoni speċjali tal-vjolinista Bernard Curmi Puse. 🎶

Il-biljetti jinsabu għall-bejgħ minn 👉 https://teatruastra.org.mt/events/2026/a-celebration-of-john-williams

Il-membri tas-Soċjetà li ħallsu l-miżata tas-sena 2026 jistgħu jirreġistraw għall-biljett tagħhom fuq 👉 https://forms.gle/5WD6rBvCPXzUM71HA

Aġġornament dwar Proġetti (2)Bi tħejjija għall-ftuħ tal-istaġun il-ġdid tat-Teatru Astra, fl-aħħar ġranet ġew konklużi f...
16/10/2026

Aġġornament dwar Proġetti (2)

Bi tħejjija għall-ftuħ tal-istaġun il-ġdid tat-Teatru Astra, fl-aħħar ġranet ġew konklużi fażijiet importanti ta’ manutenzjoni u rinovament li se jkomplu jsaħħu l-infrastruttura u l-potenzjal operattiv tat-teatru.

Fost ix-xogħlijiet oħra li tlestew hemm:

▫️l-estensjoni u r-rinovament tal-orchestra pit;

▫️is-sostituzzjoni tal-aperturi kollha tul il-kurituri tal-ewwel livell tat-teatru; u

▫️’membrane’ ġdid fuq sezzjoni mill-bjut tal-istess teatru.

Dan l-investiment sar ukoll bl-għajnuna tal-Iskema Wirt Kulturali, fond amministrat mill-Kunsill Malti għall-Arti, u jkompli jixhed l-impenn kontinwu lejn il-konservazzjoni, it-titjib u l-iżvilupp tal-faċilitajiet tat-Teatru Astra.

Serata mużikali mill-isbaħ organizzata mill-Iskola tal-Mużika tal-Banda Ċittadona La Stella il-bieraħ 11 ta’ Ottubru fit...
12/10/2026

Serata mużikali mill-isbaħ organizzata mill-Iskola tal-Mużika tal-Banda Ċittadona La Stella il-bieraħ 11 ta’ Ottubru fit-Teatru Astra Cultural Hub. 🎶

Matul is-serata, l-istudenti kellhom l-opportunità juru t-talenti tagħhom permezz ta’ solos, biċċiet ta’ chamber music u, fi tmiem il-programm, bħala ensemble.

L-istudenti ġew imħarrġa mill-għalliema Michael Bonnanno u Michela Schembri fis-sezzjoni tal-qasba, kif ukoll minn George Camilleri fis-sezzjoni tar-ramm.

Fi tmiem l-attività, il-President tas-Soċjetà Filarmonika La Stella, Michael Formosa, irringrazzja lill-għalliema, lill-istudenti u lill-ġenituri għall-impenn tagħhom. Huwa stqarr li, fost il-ħafna proġetti u attivitajiet li torganizza s-Soċjetà La Stella, l-Iskola tal-Mużika tibqa’ l-isbaħ proġett tagħha, filwaqt li ddeskriva s-serata bħala wieħed mill-isbaħ avvenimenti tas-sena għax titfa’ dawl fuq il-futur u fuq il-ġenerazzjoni li se tkompli tibni fuq il-wirt mużikali tas-Soċjetà.

Is-serata ttellgħet bl-għajnuna tal-Ministeru għal Għawdex u bl-appoġġ tal-Aġenzija Żgħażagħ u l-Għaqda Każini tal-Banda.

Is-serata kienet ippreżentata minn George Cassar.

📸 Joe Attard

09/10/2026

Ibda esperjenza li twassalek għall-mixja fil-mużika, volontarjat u kontribut fil-kommunita’. 🎼

Ingħaqad illum mall-Banda Ċittadina La Stella. 🎷

👉 Għamel kuntatt magħna fuq din il-paġna jew fuq [email protected].

Aġġornament dwar proġetti. Fi ftit ġimgħat oħra t-Teatru Astra ser jiftaħ staġun ieħor impenjattiv, bi programm mimli at...
08/10/2026

Aġġornament dwar proġetti.

Fi ftit ġimgħat oħra t-Teatru Astra ser jiftaħ staġun ieħor impenjattiv, bi programm mimli attivitajiet u produzzjonijiet.

Matul l-aħħar xhur saru u għadhom għaddejjin diversi xogħlijiet ta’ manutenzjoni u titjib fil-propjeta tas-Soċjeta’, bil-għan li jkomplu jsaħħu l-faċilitajiet offruti u jiffaċilitaw l-operat tat-Teatru u l-Każin.

Fost ix-xogħlijiet, bħalissa qed jsir: ir-ristrutturar tal-kmamar tal-banju li ser iservu t-tielet sular tat-Teatru, interventi fil-garaxxijiet u l-imħażen tal-backstage, kif ukoll l-installazzjoni ta’ railings ġodda fuq il-bjut, sabiex jissaħħu aktar il-livelli ta’ sigurtà u aċċessibbiltà.

Fil-ġranet li ġejjin ser inkunu qed naqsmu aktar dettalji dwar proġetti importanti oħra li tlestew matul dawn l-aħħar xhur u li qed ikomplu jtejbu l-infrastruttura u l-faċilitajiet tat-Teatru Astra.

F’anqas minn xahar, l-opra popolari Madama Butterfly se tittella’ fit-Teatru Astra. 🦋Dan l-artiklu ta’ Times of Malta ja...
08/10/2026

F’anqas minn xahar, l-opra popolari Madama Butterfly se tittella’ fit-Teatru Astra. 🦋

Dan l-artiklu ta’ Times of Malta jagħti ħarsa lejn il-kast internazzjonali li se jagħti l-ħajja lil din il-produzzjoni.

Biljetti jistgħu jinxtraw online fuq 👉 https://teatruastra.org.mt/events/2026/madama-butterfly

Puccini’s enduring masterpiece will be presented on October 29 and 31

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella tingħaqad mal-Komunità Franġiskana Konventwali tal-Belt Victoria fiċ-ċelebrazzjoni tal-...
04/10/2026

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella tingħaqad mal-Komunità Franġiskana Konventwali tal-Belt Victoria fiċ-ċelebrazzjoni tal-festi solenni u l-anniversarju speċjali ta’ San Franġisk t’Assisi, filwaqt li twassal l-awguri tagħha għal din l-okkażjoni.

Address

9 Republic Street
Victoria
VCT1012

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Soċjetà Filarmonika La Stella posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Contact The Organisation

Send a message to Soċjetà Filarmonika La Stella:

Shortcuts

Share