Soċjeta Filarmonika King's Own

Call Directions Website Contact the organisation

Soċjeta Filarmonika King's Own Is-Soċjetà Filarmonika King's Own twaqqfet biex tipparteċipa u tkabbar il-festa ta’ San Duminku 💙⭐

Bi pjaċir ninfurmaw lill-pubbliku li matul dan il-weekend, il-ktieb “Eċċellenza”, Kitba ta' Vincent Zammit u li jirrakko...
05/11/2026

Bi pjaċir ninfurmaw lill-pubbliku li matul dan il-weekend, il-ktieb “Eċċellenza”, Kitba ta' Vincent Zammit u li jirrakkonta l-istorja rikka u glorjuża tas-Soċjetà Filarmonika King's Own, ser ikun għall-bejgħ mill-istand ta' Midsea Books waqt il-Malta Book Festival 2026.

Inħeġġu lil dawk kollha li għandhom għal qalbhom l-istorja, il-mużika u t-tradizzjonijiet Maltin sabiex ma jitilfux din l-opportunità li jakkwistaw kopja ta' din il-pubblikazzjoni.

02/11/2026

Nhar il-Ħamis 5 ta’ Novembru se ssir Quddiesa għall-membri mejtin tal-Lajċi Dumnikani, tal-Għaqda Festi Esterni San Duminku u tas-Soċjeta Filarmonika King’s Own.

Inħeġġu l-attendanza tal-membri fi ħdan l-Għaqdiet konċernati.

Eċċellenza - Hardbound EditionIs-Soċjetà Filarmonika King's Own bi pjaċir tħabbar li nhar il-Ġimgħa 23 t'Ottubru, ser ti...
21/10/2026

Eċċellenza - Hardbound Edition

Is-Soċjetà Filarmonika King's Own bi pjaċir tħabbar li nhar il-Ġimgħa 23 t'Ottubru, ser tiġi uffiċjalment ppreżentata il-"Hardbound Edition" tal-Ewwel volum tal-ktieb 𝑬𝑪𝑪𝑬𝑳𝑳𝑬𝑵𝒁𝑨, kitba ta' Vincent Zammit u pubblikazzjoni ta' Midsea Books. Ktieb dwar il-ħajja, ġrajjiet u l-istorja glorjuża ta' din l-Ewwel Banda Maltija mogħnija bit-titlu ta' Eċċellenza.

Inħeggu lill-Membri, Partitarji u Ammiraturi tas-Soċjeta tagħna u l-istorja tal-Baned Maltin jingħaqdu magħna għal din l-okkażjoni fis-Sedè tagħna.

"Tar-Rużarju ta' Marija,Inti kont il-Fundatur, Biħ akkist lill-Albiġiżi,Biħ int qridt fiss kull errur" Illejla fis-7pm, ...
10/10/2026

"Tar-Rużarju ta' Marija,
Inti kont il-Fundatur,
Biħ akkist lill-Albiġiżi,
Biħ int qridt fiss kull errur"

Illejla fis-7pm, il-Banda Ċittadina King's Own tilqa l-ħruġ tal-Purcissjoni bil-Vari Artistiċi u Devoti ta' Missierna San Duminku u ta' Sidtna Marija tar-Rużarju Mqaddes mill-Insinji Bażilika u Parroċċa Matriċi Prinċipali u Ewlenija ta' Sidtna Marija tal-Porto Salvo u San Duminku u tkompli takkumpanja l-purċissjoni minn Triq il-Merkanti, Triq San Duminku, Triq ir-Reppublika, Pjazza San Ġwann u Triq il-Merkanti sad-dħul lura fil-Bażilika. 💙🌟

Servizz Mużikali fil-Belt Valletta 🎺🎶Fl-Okażżjoni tal-450 sena mit-Twaqqif tal-Arċikonfraternità tal-Madonna tar-Rużarju...
09/10/2026

Servizz Mużikali fil-Belt Valletta 🎺🎶

Fl-Okażżjoni tal-450 sena mit-Twaqqif tal-Arċikonfraternità tal-Madonna tar-Rużarju u tal-Ħniena, is-Soċjeta Filarmonika King's Own ser tkun qed tieħu sehem fil-festa ta' Sidtna Marija taħt it-titlu tar-Rużarju Mqaddes. 💙🌟

Għada is-Sibt 10 t'Ottubru fis-7pm, il-Banda Ċittadina King's Own tilqa l-ħruġ tal-Purċissjoni bil-Vari Artistiċi u Devoti ta' Missierna San Duminku u l-Madonna tar-Rużarju mill-Insinji Bażilika u Parroċċa Matriċi Prinċipali u Ewlenija ta' Sidtna Marija tal-Porto Salvo u San Duminku u tkompli takkumpanja l-purċissjoni minn Triq il-Merkanti, Triq San Duminku, Triq ir-Reppublika, Pjazza San Ġwann u Triq il-Merkanti sad-dħul lura fil-Bażilika.

F’isem il-President u l-Kumitat tas-Soċjetà Filarmonika King’s Own, nixtiequ nesprimu s-sogħba tagħna lill-familja Zammi...
04/10/2026

F’isem il-President u l-Kumitat tas-Soċjetà Filarmonika King’s Own, nixtiequ nesprimu s-sogħba tagħna lill-familja Zammit f’dan il-mument tant diffiċli.

Agħtih, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.

03/10/2026

Miċ-Ċentru tal-Kapitali 🌟

Mis-Servizz li tgħat il-Filarmonika King's Own dalgħodu fil-Belt Valletta, fl-okkażżjoni tat-800 sena mill-mewt ta' San Franġisk t'Assisi. 🎺🎶

Eċċellenza - L-Ewwel Volum 🌟Għada is-Sibt 3 t'Ottubru fis-Sedè tas-Soċjetà matul il-ġurnata kollha, sa t**d bil-lejl waq...
02/10/2026

Eċċellenza - L-Ewwel Volum 🌟

Għada is-Sibt 3 t'Ottubru fis-Sedè tas-Soċjetà matul il-ġurnata kollha, sa t**d bil-lejl waqt in-Notte Bianca, ser ikun għal bejgħ l-ewwel volum tal-Ktieb "Eċċellenza", bi prezz speċjali qabel jibda jinbiegħ fil-ħwienet lokali.

Inħeġġu lill-membri, partitarji u dilettanti tal-baned Maltin u l-istorja sabiex jieħdu din l-opportunità u jakkwistaw kopja tal-ħajja, l-ġrajjiet u l-istorja ta' din is-Soċjetà glorjuża.

Servizz Mużikali fil-Kapitali 🎺🎶Fl-Okażżjoni tat-800 sena mill-mewt ta' San Franġisk t'Assisi, il-Banda Ċittadina King's...
01/10/2026

Servizz Mużikali fil-Kapitali 🎺🎶

Fl-Okażżjoni tat-800 sena mill-mewt ta' San Franġisk t'Assisi, il-Banda Ċittadina King's Own ser tkun qed tieħu sehem fit-Transulazzjoni Solenni nhar is-Sibt 3 t'Ottubru.

Fl-10.30am, il-Banda Ċittadina King's Own tilqa l-Purċissjoni fil-ħruġ tagħha mill-Knisja ta' San Franġisk u takkumpanja sal-Knisja tal-Vitorja fejn minn hemm tieħu sehem fit-Transulazzjoni Solenni tar-Relikwa ta' San Franġisk t'Assisi.

Il-President u l-Kumitat tas-Soċjetà Filarmonika King's Own jawguraw l-isbaħ xewqat lill-Ex-President u President Onorar...
25/09/2026

Il-President u l-Kumitat tas-Soċjetà Filarmonika King's Own jawguraw l-isbaħ xewqat lill-Ex-President u President Onorarju Ad Vitam tas-Soċjetà, is-Sur Alfred P. Camenzuli f'Jum għeluq sninu.

Address

274 Triq Ir-Repubblika
Valletta

Opening Hours

Monday 09:00 - 12:00
Tuesday 09:00 - 12:00
Wednesday 09:00 - 12:00
Thursday 09:00 - 12:00
Friday 09:00 - 12:00

Telephone

77661874

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Soċjeta Filarmonika King's Own posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Contact The Organisation

Send a message to Soċjeta Filarmonika King's Own:

Shortcuts

Share

Nearby non profit organisations