07/11/2026
🎄✨ ĠURNATA MAL-PRESEPISTI – STEDINA GĦAL KULĦADD! ✨
Infakkrukom li s-Sibt, 21 ta’ Novembru, qed nistednukom iżżuruna ġewwa Dar il-Presepju, 77, Triq Melita, il-Belt Valletta, għal ġurnata ddedikata lil dawk kollha li jħobbu l-presepju u t-tradizzjonijiet sbieħ tal-Milied.
🎁 Issibu għażla kbira ta’ aċċessorji u pasturi biex iżżejnu u ssebħu l-presepju tagħkom, kif ukoll varjetà ta’ Nativitajiet li jistgħu jkunu rigal sabiħ u oriġinali għall-Milied.
🌟 Kemm jekk intom dilettanti tal-presepju, kemm jekk għadkom se tibdew tagħmlu l-ewwel wieħed tagħkom, jew sempliċement tħobbu din it-tradizzjoni Maltija, din hija opportunità li m'għandkomx titilfu!
Ejjew żuruna, ġibu magħkom lill-familja u lill-ħbieb, u flimkien inkomplu nżommu ħajja t-tradizzjoni sabiħa tal-presepju Malti.
📅 Is-Sibt, 21 ta’ Novembru 2026
📍 Dar il-Presepju – 77, Triq Melita, il-Belt Valletta