22/10/2026
🖤 𝐓𝐢𝐬𝐥𝐢𝐦𝐚 𝐥𝐢𝐬-𝐒𝐮𝐫𝐦𝐚𝐬𝐭 𝐋𝐚𝐰𝐫𝐞𝐧𝐜𝐞 𝐁𝐨𝐫𝐠
L-Għaqda Mużikali Marija Bambina Banda Vittorja, Naxxar issellem il-memorja tas-Surmast Lawrence Borg, missier l-ewwel Surmast tal-Banda tagħna, il-Maġġur John Ivan Borg.
Is-Surmast Lawrence Borg ta kontribut importanti lill-Għaqda tagħna sa mill-bidu tagħha. Kien ta’ għajnuna kbira fix-xiri tal-ewwel strumentatura u leġiji tal-Banda, filwaqt li għen ukoll biex ikompli jikber l-arkivju mużikali tagħna permezz ta’ diversi arranġamenti, marċi u siltiet mużikali.
Il-kontribut tiegħu jibqa’ parti mill-istorja tal-Banda tagħna.
F’isem il-Kumitat, il-bandisti u l-membri kollha, nagħtu l-kondoljanzi sinċieri tagħna lill-familja Borg.