21/10/2026
QUESTIONS THAT DESERVE ANSWERS
As the restrictions on lead shot approach, several important questions remain unanswered for Maltese hunters:
🔹 What will happen to small-calibre sh****ns, such as .410 sh****ns, where suitable non-lead am******on may not be readily available?
🔹 What will happen to sh****ns such as the Pintail, which may not be suitable or certified for steel shot? Will hunters be forced to stop using fi****ms they have owned and used for years?
🔹 What happens if someone uses steel shot in a sh***un barrel designed and proofed only for lead shot? Could this pose a risk to the shooter and others, and who will bear responsibility for the consequences?
🔹 What will happen to sh****ns passed down through generations? Will family heirlooms, carrying decades of history and sentimental value, become nothing more than collection pieces?
🔹 Who will compensate hunters for fi****ms that become unusable for their intended purpose because of these restrictions?
🔹 Has anyone properly assessed the availability, compatibility, safety and affordability of suitable non-lead am******on for the full range of sh****ns legally owned and used in Malta?
These are not trivial questions. They concern fi***rm safety, financial implications, cultural heritage and the practical consequences for Maltese hunters.
Maltese hunters deserve clear answers and practical solutions before these restrictions take effect.
KSU – Kaccaturi San Ubertu
Our traditions. Our rights. Our future.
MISTOQSIJIET LI JISTĦOQQHOM TWEĠIBIET
Hekk kif qed joqrob iż-żmien biex jidħlu fis-seħħ ir-restrizzjonijiet fuq l-użu taċ-ċomb fil-munizzjon tal-kaċċa, għad hemm diversi mistoqsijiet importanti li l-kaċċaturi Maltin ma ngħatawx tweġiba għalihom:
🔹 X’se jiġri minn snieter ta’ kalibru żgħir, bħal dawk tal-kalibru .410, meta jista’ ma jkunx hemm munizzjon adattat mingħajr ċomb disponibbli fis-suq?
🔹 X’se jiġri minn snieter bħall-Benelli Pintail, li jistgħu ma jkunux adattati jew iċċertifikati għall-użu ta’ tir tal-azzar? Il-kaċċaturi se jkunu mġiegħla jieqfu jużaw snieter li ilhom snin fil-pussess tagħhom u li ilhom jużawhom għal snin sħaħ?
🔹 X’jiġri jekk xi ħadd juża tir tal-azzar f’kanna ta’ senter iddisinjata u ppruvata biss għall-użu taċ-ċomb? Dan jista’ joħloq riskju għall-kaċċatur u għal persuni oħra? U min se jerfa’ r-responsabbiltà għall-konsegwenzi?
🔹 X’se jiġri mis-snieter li jgħaddu minn ġenerazzjoni għal oħra? Se jispiċċaw oġġetti ta’ valur sentimentali u storiku, li jġorru magħhom għexieren ta’ snin ta’ memorji, biex jibqgħu biss bħala biċċiet tal-kollezzjoni?
🔹 Min se jikkumpensa lill-kaċċaturi għal dawk is-snieter li ma jkunux jistgħu jibqgħu jintużaw għall-iskop oriġinali tagħhom minħabba dawn ir-restrizzjonijiet?
🔹 Sar studju serju dwar id-disponibbiltà, il-kompatibbiltà, is-sikurezza u l-ispiża tal-munizzjon adattat mingħajr ċomb għall-firxa kollha ta’ snieter li huma legalment fil-pussess tal-kaċċaturi u li jintużaw f’Malta?
Dawn mhumiex mistoqsijiet trivjali. Dawn jirrigwardaw is-sikurezza tal-armi tan-nar, l-implikazzjonijiet finanzjarji, il-wirt kulturali u l-konsegwenzi prattiċi għall-kaċċaturi Maltin.
Il-kaċċaturi Maltin jistħoqqilhom tweġibiet ċari u soluzzjonijiet prattiċi qabel ma jidħlu fis-seħħ dawn ir-restrizzjonijiet.
KSU – Kaccaturi San Ubertu
It-tradizzjonijiet tagħna. Id-drittijiet tagħna. Il-futur tagħna.