Soċjetà Filarmonika Santa Marija Mosta AD. 1905

Directions Contact the organisation

Soċjetà Filarmonika Santa Marija Mosta AD. 1905 Il-paġna uffiċjali tas-Socjetà Filarmonika Santa Marija Mosta AD. 1905 💙

B’Tifkira ta’ Dawk li Ħallewna 🕯️🕊F’dan il-Jum tal-Mejtin, is-Soċjetà Filarmonika Santa Marija Mosta tiftakar b’għożża u...
02/11/2026

B’Tifkira ta’ Dawk li Ħallewna 🕯️🕊

F’dan il-Jum tal-Mejtin, is-Soċjetà Filarmonika Santa Marija Mosta tiftakar b’għożża u fit-talb lill-membri, bandisti, voluntiera, benefatturi u dawk kollha li matul is-snin taw sehemhom fi ħdan is-Soċjetà tagħna u llum m’għadhomx magħna. 🙏

Għalkemm m’għadhomx fostna, it-tifkira tagħhom u dak kollu li għamlu għas-Soċjetà tagħna jibqgħu ħajjin fostna.

Agħtihom, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem, u d-dawl ta’ dejjem jiddi fuqhom. 🕊️

4 snin mill-ewwel Kummissjoni Tfal fil-Mosta! 💙🌟Illum niċċelebraw ir-raba’ anniversarju mit-twaqqif tal-Kummissjoni Tfal...
01/11/2026

4 snin mill-ewwel Kummissjoni Tfal fil-Mosta! 💙🌟

Illum niċċelebraw ir-raba’ anniversarju mit-twaqqif tal-Kummissjoni Tfal Stillieri, l-ewwel kummissjoni tat-tip tagħha fil-Mosta!

Matul dawn l-erba’ snin, il-Kummissjoni ħadmet sabiex it-tfal ikunu aktar involuti fil-ħajja tas-Soċjetà tagħna, permezz ta’ attivitajiet u inizjattivi maħsuba apposta għalihom.

Nirringrazzjaw lil dawk kollha li taw sehemhom f’din il-Kummissjoni tul is-snin, kif ukoll lill-ġenituri li jafdawna bit-tfal tagħhom.

Għal aktar snin ta’ ħidma favur l-iżgħar membri tas-Soċjetà tagħna! 💙

Il-Festa Familja f’San Martin tirritorna! 🌟Nhar is-Sibt, 14 ta’ Novembru, il-Pjazza Rotunda fil-Mosta terġa’ tilqa’ l-Fe...
01/11/2026

Il-Festa Familja f’San Martin tirritorna! 🌟

Nhar is-Sibt, 14 ta’ Novembru, il-Pjazza Rotunda fil-Mosta terġa’ tilqa’ l-Festa Familja f’San Martin, organizzata mis-Soċjetà Filarmonika Santa Marija Mosta!

📅 Is-Sibt, 14 ta’ Novembru 2026
🕔 Mill-5:00pm ’il quddiem
📍 Pjazza Rotunda, Mosta

Ser ikun hemm ikel, xorb, logħob għat-tfal u divertiment għall-familja kollha!

Din is-sena qed nippreżentaw ukoll logo ġdid għall-attività, ibbażat fuq disinn ta’ Matthew Mifsud. 🎨

Nistennewkom biex flimkien nerġgħu niċċelebraw din il-festa fil-qalba tal-Mosta! 💙

1 ta’ Novembru 1950 | Id-Domma tal-Assunta 💙F’dan il-jum infakkru l-proklamazzjoni solenni tad-Domma tal-Assunta mill-Pa...
01/11/2026

1 ta’ Novembru 1950 | Id-Domma tal-Assunta 💙

F’dan il-jum infakkru l-proklamazzjoni solenni tad-Domma tal-Assunta mill-Papa Piju XII, permezz tal-Kostituzzjoni Appostolika Munificentissimus Deus. 📜

Permezz ta’ din id-dikjarazzjoni, il-Knisja pproklamat bħala domma tal-fidi li l-Verġni Marija, fi tmiem il-ħajja tagħha fuq l-art, ġiet imtellgħa bir-ruħ u l-ġisem fil-glorja tas-sema.

Għalina l-Mostin, li nqimu lil Marija Assunta bħala l-Patruna tagħna, din il-ġrajja għandha tifsira partikulari u tfakkarna fil-qofol tal-festa li niċċelebraw kull 15 t’Awwissu. 🌟

Viva Santa Marija! 💙

Tal-Istilla Zip Ups! 💙🌟Issa tistgħu tordnaw iż-Zip Ups il-ġodda tas-Soċjetà Filarmonika Santa Marija Mosta!Blu jew abjad...
26/10/2026

Tal-Istilla Zip Ups! 💙🌟

Issa tistgħu tordnaw iż-Zip Ups il-ġodda tas-Soċjetà Filarmonika Santa Marija Mosta!

Blu jew abjad, b’disinn speċjali fuq wara.

💙 Donazzjoni: €25
📅 L-aħħar ġurnata għall-ordnijiet: 5 ta’ Novembru 2026

Għall-ordnijiet ċemplu fuq- 79991415 jew 7902 7422

Pink October Matul ix-xahar ta’ Ottubru, is-Sede tas-Soċjetà Filarmonika Santa Marija Mosta tinsab imżejna b’dawl roża b...
26/10/2026

Pink October

Matul ix-xahar ta’ Ottubru, is-Sede tas-Soċjetà Filarmonika Santa Marija Mosta tinsab imżejna b’dawl roża bħala ġest ta’ solidarjetà u appoġġ lejn il-persuni kollha li qed jaffaċċjaw il-kanċer tas-sider.

B’dan il-ġest, ningħaqdu mal-kampanja Pink October sabiex inkomplu nqajmu kuxjenza dwar l-importanza tal-prevenzjoni, l-għarfien tas-sintomi u l-iskoperta bikrija.

Ħsieb speċjali jmur ukoll lejn dawk li għaddew minn din il-marda u lejn il-familji tagħhom. 💗

Laqgħat ta’ suċċess fi Sqallija! 🇲🇹🇮🇹Wara li temmejna b’suċċess il-laqgħat li kellna ppjanati, issa jmiss li ngawdu ftit...
24/10/2026

Laqgħat ta’ suċċess fi Sqallija! 🇲🇹🇮🇹

Wara li temmejna b’suċċess il-laqgħat li kellna ppjanati, issa jmiss li ngawdu ftit ħin flimkien! 💙

Bħal-lum 17-il sena, fl-24 t’Ottubru 2009, seħħ aċċident fil-Kamra tan-Nar Santa Marija Mosta, li fih kien weġġa’ Mario ...
24/10/2026

Bħal-lum 17-il sena, fl-24 t’Ottubru 2009, seħħ aċċident fil-Kamra tan-Nar Santa Marija Mosta, li fih kien weġġa’ Mario Farrugia, magħruf bħala “iz-Ziza”. Sfortunatament, Mario mar jiltaqa’ mal-Mulej fil-5 ta’ Diċembru tal-istess sena.

Mario, kompli ħares dejjem fuqna. Int tibqa’ dejjem fit-talb u fil-qlub tagħna. 🙏

Grazzi Mario. 💙

Delegazzjoni tas-Soċjetà fi Sqallija 🇲🇹🇮🇹Dalgħodu, membri tal-Kumitat Ċentrali tas-Soċjetà Filarmonika Santa Marija Most...
23/10/2026

Delegazzjoni tas-Soċjetà fi Sqallija 🇲🇹🇮🇹

Dalgħodu, membri tal-Kumitat Ċentrali tas-Soċjetà Filarmonika Santa Marija Mosta jinsabu fi triqithom lejn Sqallija, fejn ser isiru għadd ta’ laqgħat importanti.

Nawgurawlhom kull suċċess f’din iż-żjara! 💙

Ir-Rotunda tal-Mosta skont Grognet! ⛪💙B’kollaborazzjoni ma’ Il-Kappella , qed nagħtukom l-opportunità li tirbħu Art Prin...
22/10/2026

Ir-Rotunda tal-Mosta skont Grognet! ⛪💙

B’kollaborazzjoni ma’ Il-Kappella , qed nagħtukom l-opportunità li tirbħu Art Print tar-Rotunda tal-Mosta, spirata mid-disinn tal-Perit Ġorġ Grognet de Vassé!

Biex tidħol fiċ-ċans li tirbaħ, kulma trid tagħmel hu:

Agħmel follow fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ Il-Kappella Malta.

Agħmel follow fuq il-paġna tagħna, Soċjetà Filarmonika Santa Marija Mosta.

Ħallilna kumment taħt dan il-post u għidilna x’inhu l-aktar aspett li jolqtok mill-Bażilika Rotunda tal-Mosta.

X’inhu dak li jagħmel ir-Rotunda tant speċjali għalik? Nistennew il-kummenti tagħkom! 🌟

Grazzi lil Il-Kappella Malta ta’ din il-kollaborazzjoni.

Address

3, Street Mary’s Club, Eucharistic Congress
Mosta
MST2272

Website

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Soċjetà Filarmonika Santa Marija Mosta AD. 1905 posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Contact The Organisation

Send a message to Soċjetà Filarmonika Santa Marija Mosta AD. 1905:

Shortcuts

Share

Nearby non profit organisations


Other Non-Governmental Organizations (NGOs) in Mosta

Show All