04/11/2026
L-GĦODWA T-TAJBA LIL KULLHADD
Il-Għaqda tan-Nar u Kultura San Publju Martri tixtieq tirringrazzja minn qalbha lil dawk kollha li diġà għamlu l-prenotazzjoni tagħhom għall-attivitajiet li ġejjin.
Huwa ta’ sodisfazzjon kbir għalina li naraw l-interess, il-fiduċja u l-appoġġ tagħkom. Kull prenotazzjoni tagħtina aktar kuraġġ u determinazzjoni biex inkomplu naħdmu b’entużjażmu għall-Għaqda u għall-Festa ta’ San Publju Martri!
U L-APPUNTAMENTI LI JMISS HUMA:
☕ Afternoon Tea bit-Tombla
📅 15 ta’ Novembru 2026
🎄 Tombla bil-Ikel – Edizzjoni tal-Milied
📅 18 ta’ Diċembru 2026
🥂 The Grand Christmas Dinner in All inclusive
📅 28 ta’ Diċembru 2026
📣 Għadkom ma bbukkjajtux? Ingħaqdu magħna u kunu parti minn dawn l-attivitajiet!
GRAZZI TAL-FIDUĊJA TAGĦKOM! L-appoġġ tagħkom jagħmel id-differenza u jagħtina l-enerġija biex inkomplu nimxu 'l quddiem.
Flimkien inkomplu nikbru. Flimkien inkabbru n-nar tal-Festa 2027!
VIVA SAN PUBLJU MARTRI!