Kunsill Lokali tal-Floriana

Call Directions Website Contact the organisation

Kunsill Lokali tal-Floriana Merħba fil-paġna uffiċċjali tal-Kunsill Lokali tal-Floriana - Borgo Vilhena. Welcome to the official page of the Floriana Local Council - Borgo Vilhena.

Il-Floriana hija msemmija għall-inġinier militari Taljan Pietro Paolo Floriani, mill-belt ta' Maċerata, l-inġinier risponsabbli għall-bini tas-swar tal-Floriana. Il-bini tal-Floriana, kien proġettat mill-Gran Mastru Antoine Manoel De Vilhena, fil-fatt hi magħrufa bħala 'Borgo Vilhena' jew 'Città Vilhena'. Il-Knisja tal-Floriana hija ddedikata lil San Publju, qaddis Malti, l-ewwel isqof Malti u patrun mhux biss tal-Floriana iżda protettur ta' Malta.

------

Floriana is named after the Italian military engineer Pietro Paolo Floriani from Macerata who was responsible for building the town's fortifications. However, the actual building of Floriana as a residential town was the work of the Portuguese Grand Master António Manoel de Vilhena, causing Floriana to be known by the nicknames Borgo Vilhena or Citta Vilhena. The Church of Floriana is dedicated to Saint Publius, first bishop of Malta and one of the patron saints of Malta

31/10/2026
Ilbieraħ 30 t’Ottubru 2026 fis-6pm infetħu l-applikazzjonijiet u saret il-polza għall-parteċipazzjoni tal-Festival Nazzj...
31/10/2026

Ilbieraħ 30 t’Ottubru 2026 fis-6pm infetħu l-applikazzjonijiet u saret il-polza għall-parteċipazzjoni tal-Festival Nazzjonali tan-Nar tal-Art Mekkanizzat.

Bi pjaċir ngħid li twaddbu 14-il applikazzjoni.

13-il applikazzjonijiet minnhom għal żewġ irdieden u applikazzjoni għal raddiena waħda

Għalhekk skond ir-regolamenti u peress li kien hemm aktar minn 7 applikanti għal x2 irdieden, l-applikazzjoni ta' raddiena waħda ġiet skartata, u wara bdiet il-polza għall-kompetituri ta' din is-sena kif ukoll għal dik tal-edizzjoni ta' wara.

L-ewwel 7 li ttellgħu kienu hekk (is-sekwenza torbot ukoll kif ser jintramaw fuq il-Fosos)

1. Għaqda tan-Nar 22 ta' Frar Birżebbuġa
2. Għaqda tan-Nar San Gabriel Ħal Balzan
3. St Andrew Fireworks Factory, l-Unjoni Ħal Luqa
4. Kumm.Nar San Pietru fil-Ktajjen Birżebbuġa
5. St Paul Fireworks Factory Safi
6. Soċjeta Piroteknika 15 t'Awwissu Mosta
7. Kamra tan-Nar Santa Marija Ħal Għaxaq

l-oħrajn telgħu f'din is-sekwenza:

8. Fabbrika tan-Nar San Leonardu, Hal Kirkop
9. Każin San Ġużepp u Banda de Rohan, Ħaż-Żebbuġ
10. Kamra tan-Nar San Ġużepp Ħal Għaxaq
11. Għaqda tan-Nar 23 t'April Ħal Qormi
12. Kamra tan-Nar San Filep Ħaż-Żebbuġ
13. Għaqda tan-Nar San Bert Għargħur

Skont il-preferenzi li waddbu l-ewwel 7 li ntagħżlu:

Kategorija 1 Katina: ma hemm ħadd ie bla competition
Kategorija 2 Universal: hemm parteċipant x1 (22 ta’ Frar BBuga) ie bla kompetizzjoni
Kategorija 3 2D: hemm x3 kompetituri ( tal-Unjoni Ħal Luqa, San Pawl Ħal Safi, Santa Marija Ħal Għaxaq)
Kategorija 4 3D: hemm x3 kompetituri (San Gabriel Ħal Balzan, Kummissjoni Nar B'Buga, Soċjeta Piroteknika 15 t'Awwissu Mosta)

Peress li St Paul Fireworks Factory Ħal Safi ser jikkompetu, Keith Dingli informa lil kulħadd li kien qiegħed jirtira mill-għajnuna fl-organizzazzjoni u dan minħabba possibilta ta’ kunflitt ta’ interess.

Preżenti għal dan il-proċess kien hemm is-Sindku Nigel Holland u l-Kunsillier Dale Cachia flimkien mas-Segretarju responsabbli mill-Attivitajiet, Godwin Azzopardi.

26/10/2026

📢 Festival Nar Tal-Ar Mekkanizzat 2027

Avviż Importanti – Bidla fid-Data tal-Laqgħa

B'rabta mal-iskeda tal-ġranet u l-ħinijiet ippubblikata fir-regolamenti, il-laqgħa msemmija “Laqgħa tal-Għażla tal-Parteċipanti / Laqgħa għall-Parteċipanti”, li kienet skedata għas-6 ta' Novembru 2026, se ssir nhar il-Ġimgħa, 30 ta' Ottubru 2026, fis-6:00pm, ġewwa l-Kunsill Lokali tal-Floriana.

Għaldaqstant, nhar il-Ġimgħa, 30 ta' Ottubru 2026, eżatt wara l-għeluq tal-perjodu għall-aċċettazzjoni tal-applikazzjonijiet fis-6:00pm, se jinfetħu l-applikazzjonijiet sottomessi. Jekk ikun meħtieġ, isiru l-poloz, jingħaqdu l-kategoriji u jingħataw ir-risposti għal kwalunkwe kjarifika meħtieġa.

L-applikanti kollha interessati huma mitluba jattendu għal din il-laqgħa.

Nirringrazzjawkom tal-kollaborazzjoni u l-parteċipazzjoni tagħkom.

Grazzi u narawkom! 🎆

Illum kellna l-pjaċir nilqgħu fil-Kunsill Lokali lil Nikole Buhagiar, li se tkun qed tirrappreżenta lil Malta fil-kompet...
24/10/2026

Illum kellna l-pjaċir nilqgħu fil-Kunsill Lokali lil Nikole Buhagiar, li se tkun qed tirrappreżenta lil Malta fil-kompetizzjoni prestiġjuża ta' Miss International 2026 fil-Ġappun 🇲🇹🇯🇵

F’isem il-poplu Furjaniż, nawguraw lil Nikole kull suċċess f’din l-esperjenza unika. Kburin bik u konvinti li se tagħmel unur lil pajjiżna, kif diġà għamilt lill-Floriana.

Awguri minn qalbna, Nikole! ☘️💚🇲🇹

Fl-aħħar jiem aktar ħidma u tindif mal-lokal 🧹. Il-kooperazzjoni ta' kulħadd hija apprezzata.
24/10/2026

Fl-aħħar jiem aktar ħidma u tindif mal-lokal 🧹. Il-kooperazzjoni ta' kulħadd hija apprezzata.

22/10/2026

Grazzi talli kontu parti minn Ġenna ta' Ġonna I 2026 🌳🌷

📹 KreaViżivi

Talba għall-Appoġġ fil-Qsim ta' Kwestjonarju ta' Riċerka dwar is-Saħħa tal-Università ta' Malta / Request for Support in...
22/10/2026

Talba għall-Appoġġ fil-Qsim ta' Kwestjonarju ta' Riċerka dwar is-Saħħa tal-Università ta' Malta / Request for Support in Sharing a University of Malta Health Research Questionnaire.

🇲🇹 📢 Il-Kunsill Lokali bi pjaċir qed jaqsam dan l-avviż f'isem ir-riċerkaturi tal-Università ta' Malta.
Tgħix b’kundizzjoni kronika f’Malta?
Nistednuk taqsam l-opinjoni tiegħek dwar is-saħħa diġitali u s-servizzi tal-kura tas-saħħa billi tieħu sehem fi kwestjonarju qasir u anonimu bħala parti mill-proġett RAPIDE, li qed jitmexxa taħt l-awspiċi tal-Università ta’ Malta.
L-esperjenzi u l-opinjonijiet tiegħek huma importanti biex nifhmu aħjar il-ħtiġijiet u l-preferenzi ta’ persuni li jgħixu b’kundizzjonijiet kroniċi f’Malta.
✅ Kwestjonarju anonimu
✅ Jieħu biss 8–10 minuti
✅ Miftuħ għal persuni ta’ 18-il sena jew aktar li jgħixu f’Malta b’kundizzjoni kronika
Leħnek jagħmel differenza.
👉 Imla l-kwestjonarju hawn: https://forms.gle/rKGde3JMbqDnxKNYA

────────────────

🇬🇧 📢 The Local Council is pleased to share the following on behalf of researchers at the University of Malta.

Living with a chronic health condition in Malta?
We invite you to share your perspective on digital health and healthcare services by taking part in a short anonymous questionnaire as part of the RAPIDE project, being conducted under the auspices of the University of Malta.
Your experiences and opinions are valuable in helping us better understand the needs and preferences of people living with chronic conditions in Malta.
✅ Anonymous questionnaire
✅ Takes just 8–10 minutes
✅ Open to adults (18+) living in Malta with a chronic health condition
Your voice matters.
👉 Complete the questionnaire here: https://forms.gle/CA9rQxosMDUGsK3k7

By completing this anonymous questionnaire, you are invited to contribute to a research study exploring experiences and perspectives regarding digital healthcare and hybrid healthcare approaches among adults living with long-term chronic health conditions in Malta. The questionnaire asks about your....

🇲🇹 Grazzi talli kontu magħna fil-festa ta' Ġenna ta' Ġonna I 2026. Grazzi tal-preżenza tagħkom u talli għentuna nagħmlu ...
20/10/2026

🇲🇹 Grazzi talli kontu magħna fil-festa ta' Ġenna ta' Ġonna I 2026. Grazzi tal-preżenza tagħkom u talli għentuna nagħmlu din l-attività suċċess.🌳🌼🌷💚

Narawkom is-sena d-dieħla!

🇬🇧 Thank you for joining us at Ġenna ta’ Ġonna I 2026. Thank you for being part of this special event and for making it a success.

See you again next year! 🌳🌼🌷💚

📷 KreaViżivi

18/10/2026

Ġenna ta' Ġonna I 2026: L-attivitajiet fi ġnien il-Mall, se jkunu mħassra minħabba x-xita. L-attivitajiet l-oħra mal-lokal, se jibqgħu għaddejjin kif ippjanat. Grazzi.

🎆 Il-Kunsill Lokali Floriana jħabbar li l-applikazzjonijiet għall-Festival tan-Nar tal-Art Mekkanizzat għas-sena 2027, l...
16/10/2026

🎆 Il-Kunsill Lokali Floriana jħabbar li l-applikazzjonijiet għall-Festival tan-Nar tal-Art Mekkanizzat għas-sena 2027, li ser iseħħ nhar l-10 ta’ April 2027, fuq il-Fosos tal-Floriana, huma miftuħa.

🗓️ L-applikazzjonijiet iridu jaslu fl-Uffiċini tal-Kunsill, f'envelope magħluq sas-6.00pm ta’ nhar il-Ġimgħa 30 ta’ Ottubru, 2026. Ir-Regolamenti tal-Festival jistgħu jinġabru mill-istess Kunsill jew billi tintbagħat email fuq [email protected]

Address

15, Pjazza Emanuel S Tonna
Floriana
FRN1483

Opening Hours

Monday 08:00 - 13:00
Tuesday 08:00 - 13:00
Wednesday 08:00 - 13:00
Thursday 08:00 - 13:00
Friday 08:00 - 13:00

Telephone

+35621235523

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Kunsill Lokali tal-Floriana posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Contact The Organisation

Send a message to Kunsill Lokali tal-Floriana:

Shortcuts

Share