Ven.da Konfraternita' tal-BVM Karita'

Ven.da Konfraternita' tal-BVM Karita' Il-Ven.da Konfraternita' tal-B.V. Marija tal-Karita', mwaqqfa fil-Knisja Kolleggjata, Parrokkjali u Matrici ta' San Pawl Naufragu, Valletta, fl-1610,

Marija tal-Karita', mwaqqfa fil-Knisja Kolleggjata, Parrokkjali u Matrici ta' San Pawl Naufragu, Valletta, kellha l-bidu taghha fi tmiem is-seklu sittax meta kisbet l-approvazzjoni u l-erezzjoni kanonika minn ghand Papa Klement VIII (1592-1605) b'Bollla Appostolika successivament konfermata minn Papa Pawlu V (1605-1621), li approva wkoll l-Istatut tal-istess Konfraternita'. L-Isqof Djocesan Mons F

ra Tommaso Gargallo kien esegwixxa l-erezzjoni kanonika b'Digriet mahrug tit-2 ta' Dicembru 1610, u approva l-Istatut b'Digriet iehor tal-25 ta' Mejju 1611. Din il-Konfraternita' ghandha l-iskop li tghin il-foqra fil-htigijiet taghhom spirtiwali u temporali, u li tiehu hsieb id-dfin taghhom u tissufraghom. Bis-sahha ta' Bolla Pontificja moghtija fis-26 ta' Awwissu 1611, il-Konfraternita' giet aggregata mal-Arcikonfraternita' ta' San Gerolamo ta' Ruma. Aktar t**d, bl-ghajnuna tal-Isqof Djocesan Mons Fra Baldassare Cagliares, il-Konfraternita' giet moghnija b'hafna privileggi, indulgenzi u favuri ohra spiritwali.L-Istatuti ta' din il-Konfraternita' gew riveduti b'Digriet tas-7 ta' Dicembru 1628. Mal-mixja taz-zmien, lill-Konfraternita' gew imhollija fondazzjonjiet u legati piji dejjem bl-iskop ewlieni biex tinghata ghajnuna lill-foqra u lil dawk li jkunu fil-bzonn. Minn fost il-konfratelli tal-imghoddi wiehed isemmi l-isqfijiet djocesani Mons. Lorenzo Astirias (1669-1678), Fra Giuseppe Gori Mancini (1722-1728), Fra Paolo Alpheran de Bussan (1728-1758), Fra Bartolomeo Rull (1758-1770), u l-Granmastru tal-Ordni Fra Anton Manoel de Vilhena (1722-1736). Fil-konsulta mizmuma fis-26 ta' Gunju 1917, Mons. Fra Angelo Portelli, OP., Isqof titulari ta' Selinonce gie nominat Gvernatur Onorarju tal-Konfraternita'. Il-Kappella ta' Santa Tereza d'Avila, kif ukoll dik ta' San Guzepp, it-tnejn fil-Knisja ta' San Pawl Nawfragu jappartienu lill-Konfraternita'. Il-kwadru titulari tal-Kappella ta' San Guzepp, li jirrapprezenta l-Agunija ta' San Guzepp, tpinga fl-1902 mill-Prof Attilio Palombi. Il-kwadru sar bi flus il-Magistrat Konti A Chapelle, konfratell. B'kuntratt fl-atti tan-Nutar Vincenzo Farrugia, tat-8 ta' Frar 1903 sar it-trasferiment formali tal-Kappella ta' Sant'Elena lill-Konfraternita' jigfieri dik il-Kappella illum ddedikata lill- Beata Vergni tal-Karita'. Il-Kappella tal-Madonna tal-Karita' kif tidher illum inbniet fuq pjanta tal-perit Oliviero Borg Olivier. Il-kwadru titulari jirrapprezenta il-Madonna qieghda taghti il-benefikati tad-doti lill-fqar, u huwa xoghol il-Prof Attilio Palombi. II-koppletta tpingiet dawn l-ahhar snin mill-kontemporanju Prof Emvin Cremona; din il-pittura tirrapprezenta l-moltiplikazzjoni tal-hobz. Anness mal-Knisja ta' San Pawl Nawfragu hemm l-Oratorju tal-Konfraternita'. Huwa msebbah b'ghadd ta' kwadri mhollija mill-Fondazzjoni Donna Gerolama Ciantar u huma xoghol tal-pittur Giuseppe D'Arena; dawn il-kwadri jirrapprezentaw episodji biblici b'suggett principali l-opri tal-karita'. Il-kwadru titulari li jirrapprezenta it-Tieg ta' Kana, jinghad li huwa xoghol ta'l-Erardi, jigfieri jew ta' Stefano jew ta' ibnu Alessio.

Address

C/o 27 Triq Vincenzo Dimech
Valletta
FRN1502

Telephone

2122 5905

Website

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Ven.da Konfraternita' tal-BVM Karita' posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Contact The Organisation

Send a message to Ven.da Konfraternita' tal-BVM Karita':

Share