GWU - Disciplined Forces, Security & Law Enforcement Officers Section

  • Home
  • Malta
  • Valletta
  • GWU - Disciplined Forces, Security & Law Enforcement Officers Section
Call Directions Contact the organisation

GWU - Disciplined Forces, Security & Law Enforcement Officers Section Contact information, map and directions, contact form, opening hours, services, ratings, photos, videos and announcements from GWU - Disciplined Forces, Security & Law Enforcement Officers Section, Labor Union, south steet, Valletta.

The Disciplined Forces, Security & Law Enforcement Officers Section has over 4,000 members and it's on the eight (8) sections within the General Workers' Union - Malta

27/10/2026

Mill-Manifest Elettorali 2026 tal-Partit Laburista (Pagna 232, proposta numru 4):

"L-eks membri tal-korpi dixxiplinati li jieħdu pensjoni tas-servizz u ma jaħdmux bdew jingħataw iż-żieda tal-għoli tal-ħajja kull sena. Fil-leġiżlatura li jmiss l-eks membri tal-Korpi Dixxiplinati KOLLHA se jibdew jingħataw żieda li tkun ekwivalenti għaż-żieda kollha li tiżdied biha l-pensjoni."

Il-General Workers’ Union GWU tappoggja lill-Malta Veterans Association sabiex din il-mizura tidhol fis-sehh ezatt kif imweghda fil-manifest elettorali.

MaltaGov - Robert Abela
finanzi - Clyde Caruana
Servizzi u Benefiċċji Soċjali - Michael Falzon
Sigurtà - Glenn Bedingfield

GWU - Disciplined Forces, Security & Law Enforcement Officers Section - Theo Vella

27/10/2026

Is-Segretarju Ġenerali tal-General Workers’ Union GWU Kevin Camilleri waqt il-programm Bil-Fatti fuq ONE TV

GWU - Disciplined Forces, Security & Law Enforcement Officers Section - Theo Vella

Dixxiplina iva, persekuzzjoni le!Fil-ħidma trejdunjonistika tiltaqa’ ma’ diversi sitwazzjonijiet fil-postijiet tax-xogħo...
25/10/2026

Dixxiplina iva, persekuzzjoni le!

Fil-ħidma trejdunjonistika tiltaqa’ ma’ diversi sitwazzjonijiet fil-postijiet tax-xogħol, fosthom każijiet ta’ dixxiplina. Kull kodiċi ta’ dixxiplina huwa bbażat fuq prinċipju li jikkoreġi u mhux jikkastiga lill-ħaddiema, iżda sfortunatament dan mhux dejjem qed ikun il-każ.

Qed ikollna ċirkostanzi fejn id-dixxiplina qed tintuża b’mod abbużiv u twassal għall-konsegwenza li ħaddiema jmorru x-xogħol demoralizzati, bil-ħsieb f’moħħ dak li jkun li aħjar ma tagħmel xejn milli taqdi d-dover tiegħek u tispiċċa twieġeb għal xi akkużi dixxiplinarji. Agħar minn hekk, iltqajna wkoll ma’ ċirkostanzi fejn biex isir cover up ta’ xi ħadd, isir frame up fuq ħaddieħor. Fl-aħħar xhur kellna wkoll sitwazzjoni fejn xhieda li kienu preżenti waqt inċident fuq post tax-xogħol u li wassal għall-proċeduri dixxiplinarji ġew saħansitra intimidati li jekk ma jibdlux il-verzjoni tal-fatti tagħhom kienu se jiffaċċjaw il-konsegwenzi.

Kwalunkwe evidenza, kemm favur, kif ukoll kontra ħaddiem għandha tkun kollha disponibbli quddiem bord ta’ dixxiplina sabiex eventwalment issir ġustizzja u mhux persekuzzjoni. Amministrazzjoni li timxi b’dan li stil ta’ tmexxija hija garanzija ta’ falliment u eventwalment ir-riperkussjoni se tkun servizz agħar u apatija kontinwa fuq il-post tax-xogħol.

Għandna każ partikolari fejn ħaddiem ikun sospiż mill-post tax-xogħol sakemm jgħaddi proċeduri dixxiplinarji u dan għax uża forza minima meta kien se jiġi aggredit, ikun hemm rakkomandazzjoni minn żewġ bordijiet ta’ dixxiplina u għax l-amministrazzjoni tal-post konċernat ma taqbilx mar-rakkomandazzjoni jħallu ħaddiem barra mix-xogħol b’nofs paga.

B’rispett lejn il-ħaddiema konċernati mhux se nsemmi l-post tax-xogħol inkwistjoni, iżda m’għandi ebda problema ngħid li huwa post tax-xogħol governattiv. Filwaqt li l-gvern sal-lum qed ikun tassew koperattiv meta niġu għan-negozjati dwar ftehim kollettivi / settorjali b’rinumerazzjonijiet finanzjarji b’saħħithom, għandu wkoll iħares u jżomm kontabbli x’persuni jaħtar f’karigi għolja u fi rwoli sensittivi.

Nappella lill-Gvern biex jisma’ bir-reqqa kull ilment li qed jirċievi dwar abbużi ta’ dan it-tip fuq il-postijiet tax-xogħol. Bħala Segretarju responsabbli minn Taqsima fi ħdan il-General Workers’ Union diġa ressaqt dan lilment lil Ministru konċernat bit-tama li jwaqqaf dawn l-abbużi minnufih.

Theo Vella - Segretarju Korpi Dixxiplinati, Uffiċjali tas-Sigurtà u Infurzar tal-Liġi fil-General Workers’ Union GWU
GWU - Disciplined Forces, Security & Law Enforcement Officers Section

23/10/2026

"...is-success huwa kollu mertu tan-nies li qeghdin fit-toroq" - Il-Ministru ghall-Intern u Sigurtà Glenn Bedingfield

GWU - Disciplined Forces, Security & Law Enforcement Officers Section - Theo Vella

Ta' min wiehed jikkjarifika li l-Manifest Elettorali tal-Partit Laburista jghid hekk:"L-eks membri tal-korpi dixxiplinat...
22/10/2026

Ta' min wiehed jikkjarifika li l-Manifest Elettorali tal-Partit Laburista jghid hekk:

"L-eks membri tal-korpi dixxiplinati li jieħdu pensjoni tas-servizz u ma jaħdmux bdew jingħataw iż-żieda tal-għoli tal-ħajja kull sena. Fil-leġiżlatura li jmiss l-eks membri tal-Korpi Dixxiplinati KOLLHA se jibdew jingħataw żieda li tkun ekwivalenti għaż-żieda KOLLHA li tiżdied biha l-pensjoni."

Ghaldaqstant, il-weghda elettorali hija cara, din ghandha tghodd ghall-eks membri tal-Korpi Dixxiplinati KOLLHA (jahdmu jew ma jahdmux).

Filwaqt li napprezzaw il-hidma li qed twettaq il-Malta Veterans Association, inheggu lill-eks membri tal-AFM sabiex jissiehbu f'din l-assocazzjoni sabiex ikollhom vuci aktar b'sahhitha.

Is-Sliem 🙏

MaltaGov - Robert Abela
Sigurtà - Glenn Bedingfield
finanzi - Clyde Caruana

GWU - Disciplined Forces, Security & Law Enforcement Officers Section - Theo Vella / Paul Fenech

21/10/2026

“Il-moħħ u l-qalb tal-Protezzjoni Ċivili” f’Ta’ Kandja rinovati bi proġett ta’ €1.5M

Il-proġett ta’ €1.5 miljun ġie inawgurat l-Erbgħa mill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà, Glenn Bedingfield, fil-preżenza ta’ uffiċjali u ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili. Fosthom id-Direttur Peter Paul Coleiro, li spjega kif fil-qalba ta’ dan l-investiment hemm il-kamra tal-kontroll.

Rappurtagg: TVMnews

GWU - Disciplined Forces, Security & Law Enforcement Officers Section - Theo Vella

21/10/2026

Aktar kmieni llum kellna laqgha poziittiva ma' esponenti mill-Malta Veterans Association.

It-Taqsima Korpi Dixxipinati, Ufficjali tas-Sigurta' u Infurzar tal-Ligi fi hdan il-General Workers’ Union GWU tappoggja lill-Assocjazzjoni u theggeg lill-Prim Ministru Robert Abela sabiex fil-bagit ta' nhar it-Tnejn li gej tinzamm il-Weghda elettorali mal-eks membri tal-Korpi Dixxiplinati.

"L-eks membri tal-korpi dixxiplinati li jieħdu pensjoni tas-servizz u ma jaħdmux bdew jingħataw iż-żieda tal-għoli tal-ħajja kull sena. Fil-leġiżlatura li jmiss l-eks membri tal-Korpi Dixxiplinati kollha se jibdew jingħataw żieda li tkun ekwivalenti għaż-żieda kollha li tiżdied biha l-pensjoni." - Mill-Manifest Elettorali 2026 tal-Partit Laburista (Pagna 232, proposta numru 4)

Sigurtà - Glenn Bedingfield
finanzi - Clyde Caruana
MaltaGov

GWU - Disciplined Forces, Security & Law Enforcement Officers Section - Theo Vella

18/10/2026

Onorevoli Ministru Glenn Bedingfield, diversi haddiema gew trasferiti b'mod ingust u dan sempliciment ghax tkun saret allegazzjoni falza jew infondata fil-konfront taghhom.

Kellna wkoll diversi proceduri dixxiplinarji fil-konfront ta' haddiema minghajr ma' kien hemm evidenza konkreta u ghaddew minn martirju ghalxejn.

IMPORTANTI li l-Professional Standards Unit ikun kompost minn persuni ta' Integrita' u jkunu Indipendenti.

Min ma jabbuzax mill-poter m'ghandux ghalfejn jiddejjaq. Min jabbuza se jiddejjaq!

GWU - Disciplined Forces, Security & Law Enforcement Officers Section - Theo Vella

16/10/2026

"Fejn ikun hemm Trade Union, il-post tax-xogħol ikun aktar organizzat u l-ħaddiem ikollu aktar vuċi" - Il-Ministru għall-Intern u Sigurtà Glenn Bedingfield

GWU - Disciplined Forces, Security & Law Enforcement Officers Section - Theo Vella / Paul Fenech

16/10/2026

Nieħdu l-okkazzjoni biex nirringrazzjaw lill-Onorevoli Conrad Borg Manché li fil-parlament qajjem il-punt dwar diffikultà li diversi membri tal-Korpi Dixxiplinati jsibu sabiex ikunu koperti minn life insurance meta jkunu se jieħdu self. Dan japplika l-aktar għal dawk il-ħaddiema li n-natura tax-xogħol tagħhom huwa operattiv u ferm aktar riskjuż minn rwoli oħra.

Nikkonfermaw dak li qal l-Onorevoli Ministru għall-Intern u Sigurtà Glenn Bedingfield, ċioe li l-General Workers’ Union GWU ilha li resqet dan lilment u daħlet f'diskussjonijiet ma-Ministeru sabiex tiġi ndirizzata din is-sitwazzjoni.

Inħarsu 'l quddiem biex flimkien insibu soluzzjoni għal din is-sitwazzjoni.

GWU - Disciplined Forces, Security & Law Enforcement Officers Section - Theo Vella / Paul Fenech

Address

South Steet
Valletta
VLT11

Opening Hours

Monday 09:00 - 17:00
Tuesday 09:00 - 17:00
Wednesday 09:00 - 17:00
Thursday 09:00 - 17:00
Friday 09:00 - 17:00

Telephone

2567 9400

Website

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when GWU - Disciplined Forces, Security & Law Enforcement Officers Section posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Contact The Organisation

Send a message to GWU - Disciplined Forces, Security & Law Enforcement Officers Section:

Shortcuts

Share

Category

Nearby non profit organisations