28/10/2026
IS-SOSTENIBBILTA’ TA’ L-KAĊĊA U L-INSIB FIR-REBBIEGĦA
Bħas-snin ta ’qabel, matul l-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa tal-2026, il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) għamlet stħarriġ biex tiddetermina l-indiċi ta’ sostenibbilta’ tal-gamiem ikkaċċjat u minsub. Għal darb’oħra din is-sena, is-surveys ġew estiżi biex jinkludu s-summien. Fl-istħarriġ tal-gamiem ħadu sehem ukoll in-nassaba li ħadu sehem fil-Programm ta’ Riċerka dwar l-insib tal-Gamiem, li kien permess għall-ewwel darba s-sena li għaddiet. L-istħarriġ reġa’ sar possibbli bis-sehem volontarju ta’ numru ta’ membri kaċċaturi u nassaba tal-FKNK, li l-FKNK tixtieq tirringrazzja tal-kontribut tagħhom.
Loġistika:
(i) in-nassaba kienu medja ta’ 7% tat-total tal-parteċipanti.
(ii) Il-parteċipanti fl-istudju ta’ din is-sena ġabru l-formoli adegwati mħejjija mill-FKNK u rritornaw il-formoli lill-FKNK fi tmiem l-istaġuni.
(iii) Il-programm tal-kaċċa u r-riċerka tal-gamiem fir-Rebbiegħa fl-2026 dam għaddej fil u bejn l-20 ta ’April u t-3 ta’ Mejju, minn sagħtejn qabel tlugħ ix-xemx sa nofs in-nhar, b’limitu ta’ qbid nazzjonali ta’ 1500, filwaqt li l-istaġun tal-kaċċa għas-summien kien miftuħ fit-13 ta’ April sat-3 ta’ Mejju, iż-żewġ ġranet inklużi, bl-istess sigħat permissibbli bħal tal-gamiem, b’limitu ta qbid nazzjonali ta’ 2400, bl-applikazzjoni tad-derogi mid-Direttiva “Għasafar” permezz tal-avviżi legali rispettivi.
L-indiċi pożittivi ta’ Sostenibbilta’ li ġejjin ġew irreġistrati matul l-istudju għaż-żewġ speċi:
Gamiem Kaċċa biss: Indiċi ta’ sostenibbilta’: (frazzjoni medja ta’ opportunitajiet fis-siegħa għal kull kaċċatur liema gamiem evita l-ħsad) 72%
Insib tal-gamiem biss: Indiċi ta’ sostenibbilta’: (frazzjoni medja ta’ opportunitajiet fis-siegħa għal kull nassab liema gamiem evada l-qabda) 93%
Gamiem Kaċċa w Insib: Indiċi ta’ sostenibbilta’: (frazzjoni medja ta ’opportunitajiet fis-siegħa għal kull kaċċatur u nassab liema gamiem evita l-ħsad jew il-qbid) 75%
Wara 70% fl-2022, 76% fl-2023, 66% fl-2024 u 67% fl-2025, ir-riżultati ta’ l-Indiċi ta’ sostenibbilta’ ta’ din is-sena ta’ 72%, 93% u 75% rispettivament kif jidhru aktar ’il fuq, huma għal darb’oħra indikaturi b’saħħithom tal-kaċċa u l-insib ġustifikabbli fir-rebbiegħa tal-gamiem fil-Gżejjer Maltin.
Summien Kaċċa biss: Indiċi ta’ sostenibbilta’: (frazzjoni medja ta ’opportunitajiet fis-siegħa għal kull kaċċatur liema summien evita l-ħsad) 55%
Riżultat ieħor juri li l-għadd ta’ summien maħsud kien magħmul minn 58% irġiel u minn 42% nisa.
S’issa, l-membri tal-FKNK għandhom jirrealizzaw li l-FKNK irnexxielha tinnegozja u tassigura l-istaġun tradizzjonali tal-kaċċa u l-insib fir-rebbiegħa, grazzi parzjalment għar-riżultati ta’ stħarriġ u studji xjentifiċi bħal dawn. Għalhekk, il-parteċipazzjoni minn aktar membri hija mħeġġa, peress li mingħajr dawn it-tip ta’ eżerċizzji, studji u proġetti li kontinwament tagħmel l-FKNK, il-kaċċa fir-rebbiegħa ma tibqax permessa u ssir ħaġa tal-passat. Ma tkunx aktar passjoni tradizzjonali soċjo-kulturali Maltija, iżda minflok parti mill-istorja Maltija.
Lino C. Farrugia
CEO - FKNK
Wieħed jista’ jara aktar dettalji tal-istudju https://www.huntinginmalta.org.mt/post/spring-hunting-trapping-sustainability