MCESD - Malta Council for Economic and Social Development

Call Directions Website Contact the organisation

MCESD - Malta Council for Economic and Social Development Our organisation promotes social dialogue in Malta

20/10/2026

It-Tlieta, 20 ta’ Ottubru 2026

Stqarrija għall-Istampa mill-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali

L-MCESD jappella għal front nazzjonali magħqud kontra d-droga u l-kriminalità organizzata.

Il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) esprima l-appoġġ sħiħ u bla ebda riżerva tiegħu għall-impenn li ħabbar il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà, l-Onor. Glenn Bedingfield, biex tissaħħaħ il-ġlieda nazzjonali kontra d-droga, it-traffikar tad-droga u n-netwerks kriminali responsabbli mit-tqassim tagħha.

L-MCESD enfasizza li t-traffikar tad-droga u l-attivitajiet kriminali organizzati jirrappreżentaw theddida serja għas-soċjetà Maltija, b’mod partikolari għall-familji, iż-żgħażagħ u l-komunitajiet. Minbarra l-impatt tagħhom fuq is-sigurtà pubblika u l-benesseri tas-soċjetà, dawn l-attivitajiet idgħajfu wkoll in-negozji leġittimi, jaffettwaw l-ekonomija u jagħmlu ħsara lin-nisġa soċjali tal-pajjiż.

F’dan ir-rigward, l-MCESD laqa’ d-determinazzjoni tal-Ministru li jsaħħaħ l-isforzi nazzjonali kontra d-droga u l-kriminalità organizzata, filwaqt li saħaq li biex jiġu indirizzati dawn l-isfidi hemm bżonn approċċ koordinat u impenn kollettiv mis-setturi kollha tas-soċjetà.

Filwaqt li l-Kunsill laqa’ t-tħabbira tal-Ministru Bedingfield li jsaħħaħ il-ġlieda kontra d-droga, il-Kunsill saħaq li dak li fl-aħħar mill-aħħar jgħodd mhuwiex id-dikjarazzjonijiet ta’ intenzjoni, iżda azzjoni konkreta u riżultati li jistgħu jitkejlu. Dan għandu jinkludi wkoll evalwazzjoni tal-politiki eżistenti dwar id-droga u tal-effettività tagħhom.

Il-Kunsill esprima wkoll l-apprezzament u s-solidarjetà tiegħu mal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta, il-Forzi Armati ta’ Malta, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, is-servizzi tal-emerġenza fl-isptarijiet u l-ħaddiema kollha fuq quddiem nett li jaħdmu bla heda biex jipproteġu l-ħajjiet, iżommu s-sigurtà pubblika u jħarsu lill-komunitajiet.

L-MCESD appella lill-partiti politiċi kollha, lill-organizzazzjonijiet soċjali, lill-assoċjazzjonijiet sportivi, lill-kunsilli lokali, lill organizzazzjonijiet mhux governattivi u lill-gruppi komunitarji biex jingħaqdu f’dan l-isforz nazzjonali. Il-Kunsill saħaq li l-ġlieda kontra d-droga għandha tmur lil hinn mid-differenzi politiċi u mill-interessi individwali, filwaqt li rrikonoxxa li l-ħarsien tas-soċjetà huwa responsabbiltà komuni.

Permezz tal-organizzazzjonijiet li jiffurmaw parti minnu, li jirrappreżentaw lil min iħaddem, lill-ħaddiema u lis-soċjetà ċivili, l-MCESD tenna l-impenn tiegħu li jappoġġja inizjattivi li jikkontribwixxu għal Malta aktar sigura, b’saħħitha u reżiljenti.

Il-Kunsill temm billi enfasizza li l-ġlieda kontra d-droga tmur lil hinn mill-politika u teħtieġ responsabbiltà kollettiva, kooperazzjoni kontinwa u determinazzjoni. L-MCESD saħaq li Malta għandha titkellem b’vuċi waħda, tibqa’ magħquda u taġixxi b’determinazzjoni
_____________________________________

Tuesday 20th October 2026

Press release from the Malta Council for Economic and Social Development

MCESD calls for a united national front against drugs and organised crime
The Malta Council for Economic and Social Development (MCESD) has expressed its unequivocal support for the commitment made by the Minister for Home Affairs and Security, Hon. Glenn Bedingfield, to intensify the national fight against drugs, drug trafficking and the organised criminal networks responsible for their distribution.

MCESD emphasised that drug trafficking and organised criminal activity pose a serious threat to Maltese society, particularly to families, young people and communities. Beyond their impact on public safety and wellbeing, these activities also undermine legitimate businesses, affect the economy and weaken the country's social fabric.

In this regard, MCESD welcomed the Minister's determination to strengthen national efforts against drugs and organised crime, stressing that addressing these challenges requires a coordinated approach and the collective commitment of all sectors of society.

While welcoming Minister Bedingfield’s stated commitment to intensifying the fight against drugs, the Council emphasised that what ultimately matters is not declarations of intent, but concrete action and measurable results. This must also include a review of existing drug policies and their effectiveness.

The Council also expressed its appreciation and solidarity with the Malta Police Force, the Armed Forces of Malta, the Civil Protection Department, hospital emergency services and all other frontline personnel who work tirelessly to protect lives, maintain public safety and safeguard communities.

MCESD called upon all political parties, social organisations, sports associations, local councils, non-governmental organisations and community groups to unite in this national effort. The Council stressed that the fight against drugs must rise above political differences and individual interests, recognising that the protection of society is a shared responsibility.

Through its constituent organisations, representing employers, workers and civil society, MCESD reaffirmed its commitment to supporting initiatives that contribute towards a safer, stronger and more resilient Malta.

The Council concluded by emphasising that the fight against drugs transcends politics and demands collective responsibility, sustained cooperation and determination. MCESD stressed that Malta must speak with one voice, stand united and act with determination.

08/10/2026

Strengthening Malta’s climate resilience requires effective planning, greater awareness and coordinated action.

During a social partner's meeting, MCESD Chairperson Maria Micallef and Climate Action Authority Chief Executive Officer Abigail Cutajar discuss the importance of preparing for climate challenges, protecting workers and communities, and strengthening preparedness across key sectors.

The proposals discussed with social partners will contribute to the development of the National Climate Resilience Plan.

L-MCESD laqqa’ lill-imsieħba soċjali u lill-Climate Action Authority biex jiddiskutu proposti għat-tisħiħ tat-tħejjija t...
05/10/2026

L-MCESD laqqa’ lill-imsieħba soċjali u lill-Climate Action Authority biex jiddiskutu proposti għat-tisħiħ tat-tħejjija ta’ Malta għall-impatti tat-tibdil fil-klima.

Id-diskussjoni indirizzat, fost oħrajn, miżuri għall-protezzjoni tal-ħaddiema u tal-komunitajiet, it-tisħiħ tal-infrastruttura essenzjali, it-tnaqqis tas-sħana fiż-żoni urbani, u tħejjija aħjar f’setturi ewlenin permezz ta’ ppjanar effettiv u aktar għarfien.

Il-proposti diskussi se jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-Pjan Nazzjonali għar-Reżiljenza Klimatika.

_______________

MCESD brought together social partners and the Climate Action Authority to discuss proposals to strengthen Malta’s preparedness for the impacts of climate change.

The discussion addressed measures amongst others to protect workers and communities, strengthen essential infrastructure, reduce urban heat, and improve preparedness across key sectors through effective planning and greater awareness.

The proposals discussed shall contribute to the development of the National Climate Resilience Plan.

04/10/2026

Permezz tal-iffirmar ta’ Memorandum ta’ Ftehim, l-MCESD u l-Università ta’ Malta qed iressqu l-għarfien akkademiku aktar qrib id-diskussjonijiet dwar l-iżvilupp ekonomiku u soċjali ta’ Malta.

Iċ-Chairperson tal-MCESD Maria Micallef, il-Ministru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur Keith Azzopardi Tanti, u l-Ministru għall-Edukazzjoni u l-Isport Byron Camilleri jitkellmu dwar l-importanza ta’ din is-sħubija biex ir-riċerka u l-evidenza jikkontribwixxu għal politika aktar infurmata.

__________________________

Through the signing of a Memorandum of Understanding, MCESD and the University of Malta are bringing academic expertise closer to discussions on Malta’s economic and social development.

MCESD Chairperson Maria Micallef, Minister for European Funds, Social Dialogue and Consumer Protection Keith Azzopardi Tanti, and Minister for Education and Sport Byron Camilleri discuss the importance of this partnership in supporting better-informed policy through research and evidence.

L-MCESD u l-Università ta’ Malta ffirmaw Memorandum ta’ Ftehim biex isaħħu l-kollaborazzjoni fir-riċerka, fil-qsim tal-g...
03/10/2026

L-MCESD u l-Università ta’ Malta ffirmaw Memorandum ta’ Ftehim biex isaħħu l-kollaborazzjoni fir-riċerka, fil-qsim tal-għarfien u fit-taħriġ, b’appoġġ għal djalogu soċjali infurmat u tfassil ta’ politika bbażata fuq l-evidenza.

Din is-sħubija tgħaqqad l-għarfien akkademiku mal-perspettivi tal-imsieħba soċjali dwar prijoritajiet ekonomiċi u soċjali ewlenin, fosthom l-impjiegi, il-ħiliet, il-produttività u s-sostenibbiltà.

Il-ftehim ġie ffirmat miċ-Chairperson tal-MCESD Maria Micallef, mill-Kap Eżekuttiv Dr Brendan Zerafa u mir-Rettur tal-Università, il-Professur Frank Bezzina. Il-Ministri Keith Azzopardi Tanti u Byron Camilleri ppresedew l-iffirmar.

____________________________

L-MCESD and the University of Malta have signed a Memorandum of Understanding to strengthen collaboration in research, knowledge sharing and training, supporting informed social dialogue and evidence-based policymaking.

The partnership connects academic expertise with the perspectives of social partners on key economic and social priorities, including employment, skills, productivity and sustainability.

The agreement was signed by MCESD Chairperson Maria Micallef, Chief Executive Officer Dr Brendan Zerafa and University Rector Professor Frank Bezzina. Ministers Keith Azzopardi Tanti and Byron Camilleri presided over the signing.

L-imsieħba soċjali ltaqgħu fi ħdan l-MCESD biex jiddiskutu l-ewwel sena ta’ implimentazzjoni tal-Labour Migration Policy...
26/09/2026

L-imsieħba soċjali ltaqgħu fi ħdan l-MCESD biex jiddiskutu l-ewwel sena ta’ implimentazzjoni tal-Labour Migration Policy. Bil-Ministri Jonathan Attard u Keith Azzopardi Tanti preżenti, evalwaw il-progress li sar u l-impatt tal-miżuri introdotti biex jissaħħu l-istabbiltà fl-impjieg, il-konformità fis-suq tax-xogħol u l-protezzjoni tal-ħaddiema.

Id-diskussjoni identifikat ukoll oqsma fejn għad hemm lok għal titjib. L-MCESD se jkompli jlaqqa’ lill-imsieħba soċjali hekk kif il-politika tiżviluppa skont il-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol f’Malta.

___________________

Social partners gathered at the MCESD to discuss the first year of implementation of the Labour Migration Policy. With Ministers Jonathan Attard and Keith Azzopardi Tanti in attendance, they reviewed the progress made and the impact of measures introduced to strengthen employment stability, labour market compliance and workers’ protection.

The discussion also identified areas for further improvement. The MCESD will continue to bring social partners together as the policy develops in response to Malta’s labour market needs.

22/09/2026

European priorities and their relevance to Malta were at the centre of the latest MCESD meeting, bringing together social partners to discuss the 2026 State of the Union Address, the European Semester and the recommendations for Malta. Minister Keith Azzopardi Tanti was also in attendance.

Maria Micallef, MCESD Chairperson and Maria Elena Despott, Head of the European Commission Representation in Malta, share the key points discussed and their relevance to Malta’s competitiveness and socio-economic development.

_________________

Il-prijoritajiet Ewropej u r-rilevanza tagħhom għal Malta kienu fiċ-ċentru tal-aħħar laqgħa tal-MCESD, li laqqgħet lill-imsieħba soċjali biex jiddiskutu d-Diskors dwar l-Istat tal-Unjoni tal-2026, is-Semestru Ewropew u r-rakkomandazzjonijiet għal Malta. Għal-laqgħa kien preżenti wkoll il-Ministru Keith Azzopardi Tanti.

Maria Micallef, Chairperson tal-MCESD u Maria Elena Despott, Kap tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta, jitkellmu dwar il-punti ewlenin diskussi u r-rilevanza tagħhom għall-kompetittività u l-iżvilupp soċjoekonomiku ta’ Malta.

European priorities and their relevance for MaltaMCESD brought together its social partners to discuss the 2026 State of...
19/09/2026

European priorities and their relevance for Malta

MCESD brought together its social partners to discuss the 2026 State of the Union Address and the European Semester, including the key recommendations for Malta.

The discussion focused on how these priorities can contribute to strengthening Malta’s competitiveness and economic and social development.

______________

Il-prijoritajiet Ewropej u r-rilevanza tagħhom għal Malta

L-MCESD laqqa’ lill-imsieħba soċjali sabiex jiddiskutu d-Diskors dwar l-Istat tal-Unjoni tal-2026 u s-Semestru Ewropew, inklużi r-rakkomandazzjonijiet ewlenin għal Malta.

Id-diskussjoni ffukat fuq kif dawn il-prijoritajiet jistgħu jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-kompetittività u l-iżvilupp ekonomiku u soċjali ta’ Malta.

Il-Kumitat Reġjonali għal Għawdex, li jagħmel parti mill-MCESD, iltaqa’ mal-Prim Ministru Robert Abela f’Għawdex bħala p...
16/09/2026

Il-Kumitat Reġjonali għal Għawdex, li jagħmel parti mill-MCESD, iltaqa’ mal-Prim Ministru Robert Abela f’Għawdex bħala parti mill-proċess ta’ konsultazzjoni ta’ qabel il-Baġit 2027.

Matul il-laqgħa, il-Kumitat ippreżenta l-prijoritajiet tiegħu għal Għawdex, mibnija fuq ħames pilastri strateġiċi, f’ordni ta’ prijorità: l-Infrastruttura u l-Konnettività; is-Saħħa; id-Diversifikazzjoni Ekonomika; Edukazzjoni u l-Kapital Uman kif ukoll l-Enerġija, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima. Ir-reġjonalità ġiet identifikata bħala element ewlieni li għandu jsaħħaħ l-implimentazzjoni ta’ dawn il-prijoritajiet.

Dawn il-prijoritajiet għandhom l-għan li jindirizzaw ir-realtajiet u l-isfidi ta’ Għawdex, isaħħu l-bażi ekonomika tal-gżira, itejbu l-kwalità tal-ħajja u jappoġġjaw żvilupp sostenibbli u reżiljenti.

L-MCESD jibqa’ impenjat li jsaħħaħ id-djalogu u jiżgura li l-vuċi tar-reġjuni tkun parti integrali mill-proċess ta’ konsultazzjoni nazzjonali b’rabta mal-Baġit 2027.

__________________________________________________________________________

The Gozo Regional Committee, which forms part of the MCESD, met with Prime Minister Robert Abela in Gozo as part of the consultation process ahead of Budget 2027.

During the meeting, the Committee presented its priorities for Gozo, structured around five strategic pillars, in order of priority: Infrastructure and Connectivity; Health; Economic Diversification; Education and Human Capital; Energy, Environment and Climate Change. Regionality was identified as a key enabler supporting the effective implementation of these priorities.

Together, these priorities seek to address Gozo’s realities and structural challenges, strengthen the island’s economic base, improve quality of life, and support sustainable and resilient development.

The MCESD remains committed to strengthening dialogue and ensuring that the voice of the regions forms an integral part of the national consultation process in connection with Budget 2027.

01/09/2026

The latest MCESD meeting provided an opportunity for social partners to share their views, raise questions and discuss the practical implementation of the Pay Transparency Directive in Malta.

🎥 In this clip, Minister for European Funds, Social Dialogue and Consumer Protection Keith Azzopardi Tanti MCESD Chairperson Maria Micallef and DIER Director General Diane Vella Muscat share a glimpse of what was discussed and the importance of continued dialogue with social partners.
_______________________________________

L-aħħar laqgħa tal-MCESD tat l-opportunità lill-imsieħba soċjali biex jaqsmu l-fehmiet tagħhom, iqajmu mistoqsijiet u jiddiskutu l-implimentazzjoni prattika tad-Direttiva dwar it-Trasparenza fil-Pagi f’Malta.

🎥 F'dan il-filmat, il-Ministru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur, Keith Azzopardi Tanti, iċ-Chairperson tal-MCESD Maria Micallef u d-Direttur Ġenerali tad-DIER Diane Vella Muscat jagħtu ħarsa lejn dak li ġie diskuss u l-importanza li jkompli d-djalogu mal-imsieħba soċjali.

Address

280/3, Republic Street
Valletta

Opening Hours

Monday 09:00 - 17:00
Tuesday 09:00 - 17:00
Wednesday 09:00 - 13:30
Thursday 09:00 - 17:00
Friday 09:00 - 17:00

Telephone

+35622003300

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when MCESD - Malta Council for Economic and Social Development posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Contact The Organisation

Send a message to MCESD - Malta Council for Economic and Social Development:

Shortcuts

Share