Ghaqda Festi Esterni SSma Trinita Marsa

Directions Website

Ghaqda Festi Esterni SSma Trinita Marsa Għaqda Festi Esterni SSma' Trinita', Marsa A.D1975. L-Istorja ta' l-Ghaqda Festi Esterni SSma' Trinita', Marsa A.D1975. Cap. Kapp. A.D.1975.

Sa mill-bidu tal-parrocca tat- Trinita Qaddisa fil-Marsa kien hawn gruppi ta' irgiel u zghazagh Ii kienu jiehdu hsieb il-festa ta' barra billi jizejjnu t-toroq, igibu l-baned u jinharaq il-loghob tan-Nar kemm ta' l-ajru kif ukoll ta' l-art (giggifogu). Dan wasal biex bdew jitwaqfu l-kumitati tat-toroq u kibru izjied wara it-tieni gwerra dinija. Fost dawn il-kumitati ta' min isemmi ta’ Triq Zerafa, Triq il-Marsa, Triq San Pawl, Triq is-Sajjieda, Triq il-Pitkali u ohrajn li kienu jigbru maghhom it-toroq u sqaqien ta' ma dwarhom. Dawn il-kumitati hallewna b***a armar antik fosthom konolli, pedestalli u diversi statwi mahduma bil-kartapesta minn-istatwarji fosthom, Karmenu Mallia minn Hal-Qorrni, Duminku Azzopardi minn Triq Zerafa I-Marsa, u l-Kavallier Wistin Camillieri tar-Rabat, Ghawdex. Kienu dawn il-Kumitati li taw sehemhom sewwa ghall-festa titulari esterna. Fil-bidu tas-snin sittin tas-seklu l-iehor il-kumitati ppruvaw jingabru taht l-isem ta' (Holy Trinity Feast Committee Marsa.). Dawn damu jifunzjonaw sa 1968 meta l-festa esterna ma saritx b]ala protesta minhabba I-kwistjoni tal-vara titulari. Is-sena ta' wara nhar il-Hadd 2 ta' Marzu 1969 sar ir-referendum fil-parrocca bir- rizultat li wera li ma kienx hemm maggoranza ta' zewg terzi (2/3) u ghalhekk kien indeciz. L-awtoritajiet Ekklezjastici qatghuha li jhallu kollox kif kien qabel. jigifieri li l-festa kellha tibqa sir bis-Santissmu Sagrament. Fid-dawl ta' dawn ic-cirkustanzi, l-kumitat ta' dawn il-gruppi irrizenja kollu. Wara gew imsejhin xi membri ta' l-ghaqdiet religjuzi biex jghinu fil-festa ta' barra, ghalkemm kien fadal xi ndividwi u gruppi ohra Ii baqg]u jiehdu hsieb it-toroq taghhom. Il-fatti urew li l-festa bdiet sejra Iura u gie deciz li dawk kollha li jigbru u jarmaw it-toroq taghhom jinghaqdu flimkien u jiffurmaw l – Ghaqda Festi Esterni SSma' Trinita', Marsa. Kien nhar il-Hamis 10 ta' Luliu 1975 li twieldet u giet iffurmata L-Ghaqda tal-Festa bl-ewwel Kumitat. Gew mahtura l-ewwel ufficcjali li kienu l-President is-Sur Gigi Vella, Segretarju s-Sur Pawlu Dimech, Kaxxier is-Sur Guzi Vella, Ass Kaxxier is-Sur Victor Cilia u l-membri sinjuri, Meilaq Joe, Cilia Nazju, Formosa Anthony, Grech Sidor, Farrugia Pawlu, Grima Alfred, Cacciatolo Philip u Formosa Evan. II-Kappillan Patri Diego Thewma Kappuccin u I-Prokuratur Fra Antnin Vella Kappuccin kienu fil-kumitat Ex-offi`io. Gie miftuh il-Lokal ta' l-Ghaqda Festi Esterni SSma' Trinita', l-ewwel ta]t l-ufficcju tal-kappillan u wara ta]t il-Knisja Parrokkjali halli l-Ghaqda jkollha c-centru taghha fejn setghet tlaqqa l-membri. Dan il-post huwa mgharuf bhala l-kantina u nfetah nhar il-21 ta' Settembru 1975 u tbierek mill-Kappillan Patri Diego Thewma O.F.M. B’ hekk l-Ghaqda bdiet tisejja] tal-KANTINA. Il-festa reget bdiet tqum fl-organizzazzjoni taghha u nhar il-Hadd 5 ta' Gunju, 1977 fil-festa titulari saret dimostrazzjoni bl-istatwa ta' Trinita' Qaddisa' ta' Triq il-Marsa. Din id-dimostrazzjoni bl-istatwa fil-marc ta' l ahhar kienet imbuttatura l-quddiem biex jingieb il-permess mill-Belt tal-Vatikan ]alli l-parrocca tas-SSma' Trinita' fil-Marsa jkollha l-vara titulari taghha, dik ta' Trinita' Qaddisa. Dan sar fuq taIba tal-kappillan patri Diego Thewma kappuccin u I-Ar`isqof Mons Guzeppi Mercieca. Fil-fatt fl 4 ta' Novembru ta' dik is-sena 1977 hareg id-digriet mis-Sagra Congregatio pro sacramentis et cultu Divino tal-Belt tal-Vatikan. Is-sena ta' wara fl-1978 inharget il-purcissjoni bl--istatwa ta' Trinita Qaddisa li tintrama' fi Triq il-Marsa u r-reffiegha taghha kienu kollha membri ta' I-Ghaqda tal - Festi Esterni SSma' Trinita' u hekk ghadhom sal-lum. L-Ghaqda kienet hadet sehem attiv fi`-celebrazzjonijiet ta' meta ngiebet il-Vara Titulari minn Bolzano I-Italja bit-t]abrik tal-kappillan Patri Diego Thewma O.F.M. Fis-27 t'Ottubru 1979, saret demostrazzjoni ferrieha ta' merhba fit-toroq tal-parrocca u tkompliet b ’gimg]a t’ attivitajiet. Nhar il-Hadd 9 ta' Dicembru 1979 fl-laqgha Staordinarja generali gie approvat statut gdid ghal Ghaqda mill-Kappillan u 32 membru li kienu
presenti fejn fiha gie approvat u konfermat ufficcjalment l-isem ta' L-GHAQDA FESTI ESTERNI SANTISSlMA' TRINITA,MARSA. Dan l-istatut gie mghotifikat fit-12 t- Awwissu 1992 u aggornat aktar il-quddiem fil-laqghat generali. Fil-1980 saru festi kbar meta l-vara l-gdida skolpieta fl-injam harget g]all-ewwel darba processjonalment fit-toroq Marsin. Il-membri ta' l-Ghaqda taw is-sehem taghhom fit-twaqqif tal-monument tal-koppja Balbi u fil-festi tal-75 sena tal-parrocca fil-1988 u tal 75 sena tal -konsagrazzjoni tal-knisja ParrokkjaIi fil-1992. Kienet f'din is-sena Ii nhadmu zewg pilandri kbar ghal taht iz-zuntier. F'din is-sena 1992 inkiteb u gie muzikat l-innu marc lit-Trinita Qaddisa u fil-1996 izanzan l-innu Marc ta' l-Ghaqda Festi Estemi SSma’ Trinita'. Dawn l-innijiet inkitbu mis-Sur Saviour Spiteri li saru propjeta ta' l-Ghaqda. Il-Ghaqda kompliet tizviluppa; fil-1989 twaqqfet Kummissjoni Zghazagh u fil-1990 twaqqfet fi hdana is-Sezzjoni Zghazagh Festi Estemi SSma' Trinita' li kompliet kabret l-entuzjazmu ghal festa. L-ewwel kumitat tas-Sezzjoni Zghazagh kienu dawn is-sinjuri Portelli Edward, Rapa Jason. Portelli Brian, Scerri Dennis, Frigggeri Stephen, Spencer Ivan, Ciantiar Ivan u Zahra Charles. FI-1995 twaqqfet is-Sezzjoni Sports bit-team tal-futboll Trinity u fl-1997 dik tal-helpers Nisa li kienet iffurmata mis-sinjura Abela Patricia, is-sinjura Scicluna Michelle, is-Sinjura Bugeja Josephine, is-Sinjura Dimech Salvina, u s-Sinjorina Schembri Graziella. Maz-zmien din bdiet tissejjah Sezzjoni Nisa


L-iskop principali ta' l-Ghaqda kien u ghadu li torganizza Festa esterna xierqa g]al-parrocca ta' Trinita' Qaddisa fil-Marsa. Haga li ppruvat taghmel kemm bl-armar sabi] ta' Pavaljuni, Bandalori, pedestalli u statwi li jsebb]u I-Marsa fil-jiem tal-festa,kif ukoll billi jingiebu l-baned u tiehu hsieb il·loghob tan-nar. Wara l-festa ta' 1994 fuq inizjattiva tas-Sezzjoni Zghazagh ta' l-Ghaqda beda l-progett ta' statwi godda bil-pedestalli, L-ewwel wahda kienet ta’ San Gwann il-Battista u fis-snin ta' wara tkomplew bis-Santi Padri u statwi ohra mahdumin mill-Kavallier Alfred Camillieri Cauchi. Ma dawn ta' min issemmi l-istatwa ta' Trinita Qaddisa bil-pedestall imhallsa mill-benefattur u membru ta' l-Ghaqda, l-Kavallier Charles Att**d. Il-pedestall inhadem mis-Sur Edward Abela u mis-Sur Raymond MeIi fuq disin tas-Sur Silvo Pace. Dawn il-persuni kienu hadmu wkoll il-pedestalli l-ohra. Fil-1998 saret l-istatwa ta San Mikiel Arkanglu Ii nhadmet mis-Sur Paul Aquilina f' Ghawdex u giet irregalata lil l-Ghaqda. Fil-2003 inhadmet I-istatwa tal Marsija mill-istatwarju Micheal Camillieri Cauchi u tintrama quddiem ic-Centru ta' l-Ghaqda fuq pedestall. Fis-sena 2000 l-Ghaqda Festi Esterni SSma' Trinita ccelebrat bil-kbir il-25 sena mit-twaqqif taghha. Saru b***a attivitajiet religjuzi, socjaIi, u rikreattivi li kienu jinkludu Quddiesa ta' radd il-Hajr, Akkademja Muzika Letteratja fejn indaqq I-Innu il-kbir tas-surmast Casapinta. Dan l-innu gie moghti b'kuntratt lil-Ghaqda mill-ex membri tal-Kumitat ta' Triq Zerafa, nhar is-26 t’ Awwissu 1997 u hareg fuq C D. Kienet f' din is-sena, 2000 Ii I-Ghaqda ippublikat I-Istorja ta' l-Ghaqda Festi Esterni SSma' Trinita' Marsa, .A.D. 1975 mis-Sur Pawlu Dimech. L-Ghaqda sal-Ium kellha seba presidenti Ii kienu dawn is-sinjuri, Gigi Vella, Chalie Borg, Joseph MeIiaq,Emanwel FeIice,Saviour Spiteri, Edward Abela u dak attwali F.Saviour Micallef. L-Ghaqda ghaddiet wkoll minn zmienijiet difficli u ta' prova izda bil-ghajnuna ta' Trinita' Qaddisa' u r-rieda tal-membri kompliet mixja l-quddiem, sakemm wara diversi laqghat ta' diskussjonijiet sar ftehim bil-miktub g]al festi li gejjin. Dan sar bejn l-Ghaqda Festi Estemi SSma' Trinita', .A.D. 1975, (Ghaqda Civili) li ghaIih deher il-President s-Sur Edward Abela u I-Parrocca tat-Trinita' Qaddisa li ghaliha deher il-Kappillan Emmanuel Abela O.F.M. Il-ftehim nhar is-26 t’April 2005 quddiem il-Kancillier Mons, Carmelo Zammit li deher f'isem il-Kurja ta' I-Arcisqof fil-Kurja l-Furjana. Dan il-kuntratt jorbot mal-ftehim Ii sar bejn I-Kappillan, I-Ghaqda tal-Festi Esterni Santissima Trinita’ u I-Kazin tal-Banda Trinita' Qaddisa quddiem in-nutar Philip Said nhar it-2 ta' Mejju 2002. Kien fil-hsieb ta' I-Ghaqda Ii jkollha post centrali Ii jkun ghall uzu taghha, Id-dar ta' faccata ta’ fejn hemm ic-Centru fi Triq Balbi kienet g]all-bejgh. Din id-dar tinsab f'kantuniera ma’ triq San Tumas. Wara li saret Laqgha Generali, il-membri ta’ l-Ghaqda dahlu ghal sagrificcju personaIi li johorgu l-flus u sar arbural ta' donazzjonijiet halli jingabru l-ispejjes u l-post jingabar. Il-kuntratt tax-xiri tal-post sar ghand in-nutar Pierre Cassar, nhar l-1 ta Dicembru 2003 u ftit wara thallas kollu bil-kontribuzjonijiet tal-membri. Fil-2006 sar kuntrat fejn l-Ghaqda irregalat quddiesa muzikata li tindaqq fil-hrug tal-vara min-nicca u saru sett ta’ marci li jindaqqu waqt il-purcissjoni. Fil-2007 jizanzan kwadru kbir li juri lit-Trinita Qaddisa tbierek l-Ghaqda Festi Esterni impitter minn Adonai Camillieri Cauchi u fil-2008 saret Bandalora kbira barokka g]al briju tal-Marci u bandalora tar-rakkmu g]al Ghaqda. Fil-2009 izanznet imrewha kbira ghal waqt il-marci u sar armar gdid, filwaqt li is-sena ta’ wara 2010 l-Ghaqda bdiet ixandar fuq Radju Trinitarji F.M.89.3 fl-okkazzjoni ta’ 20 anniversarju tas-Sezzjoni Zghazagh u kompliet b’ xandierit o]ra il-quddiem. Kien f’ din is-sena ukoll li zanzan pavaljun kbir bi still ’rokoko’ ghal bidu ta’ Triq Balbi hdejn ic-Centru ta’ l-Ghaqda fuq disin ta’ Adonai Camillieri Cauchi. L-Ghaqda Festi Estemi SSma' Trinita, Marsa, .A.D.1975 thares lejn il-futur b ' kura[[ filwaqt li tirringrazzja lil dawk kollha li taw is-sehem u l-ghajnuna taghhom halli l-Ghaqda tkompli tahdem bla serhan ghal Festa ghaziza ta' Trinita' Qaddisa, Titualar tal-knisja ParrokkjaIi u Matrici tal-Marsa.

Illum l-1 ta' Novembru nfakkru s-Solennita tal-Qaddisin kollha illi fis-Saltna Dejjiema tal-Ġenna qegħdin kontinwament i...
01/11/2026

Illum l-1 ta' Novembru nfakkru s-Solennita tal-Qaddisin kollha illi fis-Saltna Dejjiema tal-Ġenna qegħdin kontinwament ifaħħru lill-Kbir Alla Trinita u jinterċedu għalina. Qaddisin t'Alla ħarsuna, berkuna u kunu magħna dejjem.

Se nkunu qed niltaqgħu għal lejla oħra speċjali ta' ikel tajjeb u għaqda flimkien! L-Għaqda tistiednek għal din l-ikla t...
30/10/2026

Se nkunu qed niltaqgħu għal lejla oħra speċjali ta' ikel tajjeb u għaqda flimkien! L-Għaqda tistiednek għal din l-ikla tradizzjonali li se ssir nhar is-Sibt, 7 ta’ Novembru fi Ċentru tal-Għaqda l-Kantina.

👉 Bragoli Tradizzjonali bil-patata u l-gravy 🥩
👉 Tiġieġ fil-Forn bil-patata u l-ħaxix 🍗

🍷 Fl-ikla hemm inkluż ukoll Tazza Inbid jew Tazza Luminata u Deżerta!

📅 Data: Is-Sibt, 7 ta' Novembru
📍 Post: Fil-Kantina, Ċentru tal-Għaqda (Għaqda Festi Esterni SSma. Trinità, Marsa)
💶 Donazzjoni: €20 biss għal kull persuna

📞 Għal Bookings:
Ċempel fuq 77801550 jew kellem lil xi membru tal-kumitat.

Ejja nagħmlu din il-lejla waħda ta' suċċess u memorabbli flimkien! Grazzi dejjem tas-support tagħkom! ❤️🤍

30/10/2026

STQARRIJA L-ARMAR U L-PATRIMOJU MARSI ISSA JINSAB F'RISKU LI JINTILEF

L-Għaqda Festi Esterni SSma Trinità Marsa qed issejjaħ SEDUTA ĠENERALI STRAORDINARJA wara li l-Provinċjal tal-Patrijiet Kapuċċini, il-P. Ivan Scicluna OFM Cap., fetaħ kawża ta’ żgumbrament il-Qorti kontra l-Għaqda tagħna.

Din l-azzjoni tqiegħed taħt theddida diretta l-armar kollu u l-patrimonju tal-festa li ħadmu għalih missirijietna u l-volontarji tagħna matul is-snin.

L-Għaqda ġa tat struzzjonijiet lill-Avukati tal-Għaqda — id-Dr. Edward Zammit Lewis u d-Dr. José A. Herrera — ħalli jiddefendu l-Għaqda f’din il-kawża.

🗓 Data: Il-Ħamis, 19 ta’ Novembru 2026

⏰ Ħin: 19:00 (7:00 PM)

📍 Post: Ċentru tal-Għaqda (Il-Kantina)

L-aġenda dettaljata tas-seduta se tiġi kkomunikata aktar t**d permezz ta’ ittra uffiċjali li se tintbagħat lill-membri kollha tal-Għaqda.

Il-preżenza tagħkom f’dan il-mument kruċjali hija vitali biex nuru l-unità u nipproteġu l-wirt tal-festa tagħna. Nitolbukom tattendu u tkunu magħna!

L-Għaqda tagħna għandha bżonn id-difiża ta’ kulħadd!

Awguri f’għeluq sninek lil Jamie Portelli, parti mill-grupp tal-Media! 📸🎉Grazzi tal-ħidma tiegħek, tal-paċenzja u tad-de...
29/10/2026

Awguri f’għeluq sninek lil Jamie Portelli, parti mill-grupp tal-Media! 📸🎉

Grazzi tal-ħidma tiegħek, tal-paċenzja u tad-dedikazzjoni kollha biex iżżomm il-media tagħna dejjem fuq quddiem. Nawgurawlek sena oħra mimlija suċċessi, saħħa u kuntentizza! 🥂✨

27/10/2026

Illum qed niftakru jum speċjali u storiku ghalina l-Marsin!

Bħal-lum fl-1979, fost il-ferħ u l-emozzjoni tal-poplu kollu, lqajna fostna l-Vara tas-Santissma Trinità, maħduma f'Bolzano. Wirt għażiż li sa mill-ewwel mument daħal fil-qalb ta' kull wieħed u waħda minna.

Għaddew is-snin, iżda l-imħabba u d-devozzjoni lejn din il-vara tant għażiża u lejn Alla Trinità jibqgħu jissaħħu f’qalbna minn ġenerazzjoni għal oħra.

l-Għaqda Festi Esterni SSma. Trinità kienet il-protagonista ewlenija f'dan kollu! Kienet proprju l-ħidma, id-dedikazzjoni u l-inizjattiva tagħha li ġabu din il-Vara fostna. Sal-lum stess, huma l-membri tagħha li b'impenn kbir jieħdu ħsiebha u jkomplu jsebħu l-festa għażiża tagħna. 🙏✨

Grazzi minn qalbna lill-membri kollha!

Viva s-Santissma Trinità! ❤️💙

Għada kif tħabbret b'sogħba d-deċiżjoni tal-Mulej li jsejjaħ lejh lill-għażiż P. Charles Bugelli OFM Cap. fl-età venerab...
24/10/2026

Għada kif tħabbret b'sogħba d-deċiżjoni tal-Mulej li jsejjaħ lejh lill-għażiż P. Charles Bugelli OFM Cap. fl-età venerabbli ta’ 97 sena.
L-Għaqda tfakkar u sellem b’rispett u gratitudni kbira l-memorja u l-ħidma prezzjuża tiegħu b’risq il-Parroċċa u l-komunità tas-SSma Trinità fil-Marsa — il-parroċċa li fiha twieled, li tant kien iħobb, u li lejha rritorna b'id miftuħa biex ikompli jservi b'dedikazzjoni wara snin twal ta' ħidma pastorali u missjonarja fl-Awstralja.

🚨 AVVIŻ IMPORTANTI – TAKE AWAY 🚨Infakkrukom li LLUM hija l-aħħar ġurnata biex tagħmlu l-ordnijiet tagħkom għat-Take Away...
22/10/2026

🚨 AVVIŻ IMPORTANTI – TAKE AWAY 🚨

Infakkrukom li LLUM hija l-aħħar ġurnata biex tagħmlu l-ordnijiet tagħkom għat-Take Away! 🍔

⏰ Tħallux għall-aħħar:

📲 Ibgħatulna l-ordni tagħkom b’messaġġ jew ċemplulna fuq 77801550

Nirringrazzjawkom minn qalbna tas-support u tas-sostenn kontinwu tagħkom! ❤️💙

WIRJA FUQ IL-MARSA Ilbieraħ, membri mill-Għaqda Festi Esterni SSma Trinità, Marsa, ħejjew għadd ta’ ritratti u oġġetti m...
21/10/2026

WIRJA FUQ IL-MARSA
Ilbieraħ, membri mill-Għaqda Festi Esterni SSma Trinità, Marsa, ħejjew għadd ta’ ritratti u oġġetti marbuta mal-istorja u l-ħidma tal-għaqda tagħna, sabiex jiġu esebiti fil-wirja organizzata mill-Għaqda Storika u Kulturali, Marsa, fiċ-Ċentru Parrokkjali San Piju X, fi Triq Balbi.
Il-wirt kulturali tagħna huwa l-pedament li fuqu bnejna l-identità u t-tradizzjonijiet tagħna bħala Marsin. Permezz ta’ dawn l-oġġetti u r-ritratti, mhux biss inftakru fl-impenn u s-sagrifiċċji ta’ dawk li ġew qabilna, iżda nsaħħu l-għaqda u ngħaddu din il-passjoni lill-ġenerazzjonijiet futuri. Ejjew flimkien nagħrfu u napprezzaw il-ġmiel tal-patrimonju tagħna!

⏰ ĦINIJIET TAL-FTUĦ:
🗓 Il-Ġimgħa, 23 ta’ Ottubru:
⏱ 6:30 p.m. – 8:30 p.m.
🗓 Is-Sibt, 24 ta’ Ottubru:
⏱ 9:00 a.m. – 12:00 p.m.
⏱ 6:00 p.m. – 8:30 p.m.
🗓 Il-Ħadd, 25 ta’ Ottubru:
⏱ 9:00 a.m. – 12:00 p.m.
⏱ 5:00 p.m. – 8:30 p.m.
📍 Post: Ċentru Parrokkjali San Piju X, Triq Balbi, Il-Marsa.

Inħeġġu lil kulħadd biex jiġi jżur din il-wirja u jiċċelebra magħna l-istorja ! ❤️💙

Address

Balbi Street
Marsa

Opening Hours

Monday 16:00 - 21:00
Tuesday 16:00 - 21:00
Wednesday 16:00 - 21:00
Thursday 16:00 - 21:00
Friday 16:00 - 21:00
Saturday 16:00 - 21:00
Sunday 09:00 - 21:00

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Ghaqda Festi Esterni SSma Trinita Marsa posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Shortcuts

Share

Nearby non profit organisations