Tal Kantina - Festi Esterni Ssma.Trinita - Marsa Ad1975

  • Home
  • Malta
  • Marsa
  • Tal Kantina - Festi Esterni Ssma.Trinita - Marsa Ad1975
Directions Website Contact the organisation

Tal Kantina - Festi Esterni Ssma.Trinita - Marsa Ad1975 Contact information, map and directions, contact form, opening hours, services, ratings, photos, videos and announcements from Tal Kantina - Festi Esterni Ssma.Trinita - Marsa Ad1975, Non-Governmental Organization (NGO), Għaqda Festi Esterni SSma. Trinita', Triq Balbi, Marsa.

15/06/2026

STQARRIJA UFFIĊJALI Data: 15/06/2026
Il-Festa li ccelebrajna gewwa l-Marsa
Issa li għaddiet il-festa tant għażiża għalina, l-Għaqda Festi Esterni SSma. Trinità tixtieq twassal diversi punti importanti li ħarġu minn din il-festa. F'ġimgħa waħda biss, rajna b***a emozzjonijiet differenti mill-poplu Marsi, u nħossu li wasal il-mument li nagħmlu l-leħen tagħna ċar.
Nibdew billi nindirizzaw l-insulti kbar li saru lejn din l-Għaqda. Rajna diversi messaġġi fuq il-paġni ta' Facebook minn uħud li taparsi jsejħu lilhom infushom Marsin, fejn ippruvaw jitfgħu dell ikrah fuq l-Għaqda tant għażiża għalina. Agħar minn hekk, din il-provokazzjoni ma waqfitx biss fuq l-internet, iżda rajna dawn l-istess insulti jsiru direttament waqt il-marċijiet tal-festa stess, kif ukoll fit-toroq Marsin tagħna. Iżda le, aħna ma waqajniex għal dak it-tip ta' aġir u ma nżilniex għal dak il-livell.
Bħala Għaqda, iddeċidejna bil-għaqal li nħallu l-festa tgħaddi, sabiex inkunu ċerti li ma tinħoloqx tensjoni żejda fil-komunità tagħna. Dan għamilnieh minkejja l-intimidazzjoni u l-instigazzjoni kontinwa li bdejna nesperjenzaw matul il-ġimgħa kollha tal-festa.
F'dan id-dawl, il-President flimkien mal-Kumitat jixtiequ jirringrazzjaw mill-qalb lill-partitarji tagħna. Matul din il-ġimgħa kollha, intom wrejtu maturità kbira billi ma waqajtux għal din l-intimidazzjoni, li saħansitra baqgħet għaddejja sal-mument stess li l-membri tal-Għaqda tagħna reġgħu daħħlu l-istatwa, tant għażiża għalina l-Marsin, lura fil-Knisja.
Ta' min jispjega wkoll li din is-sena, bħala Għaqda, ħadna d-deċiżjoni li norganizzaw festa ridotta proprju minħabba dawn l-istess ostakli li qegħdin ngħaddu minnhom bħalissa. Din id-deċiżjoni diffiċli ma ttieħditx bl-għaġġla, iżda ġiet diskussa b'għaqal kbir u b'responsabbiltà bejn il-Kumitat u l-avukati tal-istess Għaqda.
Ma' din l-istqarrija rridu nżidu ringrazzjament lill-avukati tal-Għaqda, Dr. Edward Zammit Lewis u Dr. José A. Herrera LL.D. Inżidu wkoll li, bħala Għaqda, imxejna mal-pariri tal-avukati skont l-obbligi statutarji dwar l-armar, nar u l-marċi li ġew organizzati mill-Għaqda għall-festa ta' din is-sena.
Għalxejn ngħidu li aħna Marsin kburin u nifirħu bil-festa, jekk imbagħad ninsabu f'sitwazzjoni fejn, fil-futur qrib, il-patrimonju tagħna ta' armar lussuż jinsab f'sogru li jiġi żgumbrat mill-Jhanzi Hall. Kull Marsi jaf tajjeb li din il-binja nbniet bl-għaraq tal-poplu tagħna, bl-istess mod kif l-armar imprezzabbli nħadem minn missirijiet il-Marsin kollha. Dan mhuwiex sempliċiment injam jew drapp, iżda l-identità u l-istorja tagħna.
Madankollu, l-Għaqda trid tagħmilha ċara li dawn l-insulti, l-intimidazzjoni u l-ostakli kollha li kellna quddiemna żgur mhumiex se jaqtgħulna qalbna. Għall-kuntrarju, dan kollu se jkompli jħeġġiġna b'determinazzjoni akbar biex inkomplu naħdmu u nipproteġu kull biċċa armar li bħalissa tinsab ġewwa l-Jhanzi Hall. L-Għaqda Festi Esterni SSma. Trinità se tibqa' tarka tal-wirt Marsi. Aħna lesti li nibqgħu nissieltu għal dak li huwa tagħna u għal dak li ħallewlna missirijietna.
Għalissa, bħala Kumitat, se nżommukom infurmati b'dak kollu li qed jiġi diskuss. Nixtiequ ninfurmawkom li l-proċess u d-diskussjonijiet dwar din il-problema kritika li qed niffaċċjaw mhumiex konklużi. Fil-fatt, id-diskussjonijiet għadhom għaddejjin bejn l-avukati taż-żewġ partijiet. Madankollu, din is-sitwazzjoni inċerta sfortunatament għadha qed tpoġġi l-operat u l-futur tal-Għaqda tagħna f'riskju kbir. Għall-għeluq, minn qalbna nixtiequ nirringrazzjaw lis-sezzjonijiet kollha fi ħdan l-Għaqda, lill-Kappillan Patri Paul Bugeja OFM Cap., lill-Forzi tal-Ordni u lill-entitajiet kollha involuti fis-sigurtà, u lilkom Marsin ta' rieda tajba. Minn qalbna nirringrazzjaw ukoll lil dawk kollha li wrew solidarjetà magħna, speċjalment lil dawk li b'tant għożża japprezzaw il-ħidma volontarja tagħna. Aħna determinati li nkomplu nipproteġu kemm il-volontarjat Marsi, kif ukoll il-patrimonju tagħna l-Marsin.
B'determinazzjoni u b'imħabba lejn il-festa,
Il-President u l-Kumitat
Għaqda Festi Esterni Santissima Trinità – Marsa See less

Non-governmental organisation (NGO)

Data: 27/05/2026AĠĠORNAMENT UFFIĊJALI: IL-FESTA TAT-TRINITÀ 2026Mill-President u l-Kumitat tal-Għaqda Festi Esterni Sant...
27/05/2026

Data: 27/05/2026
AĠĠORNAMENT UFFIĊJALI: IL-FESTA TAT-TRINITÀ 2026
Mill-President u l-Kumitat tal-Għaqda Festi Esterni Santissima Trinità, Marsa

Għeżież parruċċani u partitarji kollha,

Nixtiequ nagħtukom aġġornament b’rabta mal-istqarrija uffiċjali li ħriġna fid-9 ta’ Mejju li għadda rigward is-sitwazzjoni tal-Għaqda tagħna u n-nuqqas ta’ armar fit-toroq għal din is-sena.

Bħala Kumitat, b’responsabbiltà sħiħa u b’imħabba kbira lejn il-festa u l-komunità tagħna, ninfurmawkom li l-Għaqda bagħtet uffiċjalment kontra-proposta lill-Provinċjal nhar l-14 ta’ Mejju 2026. Din il-proposta saret b’mod ġust u bil-għan li jinstab bilanċ li jipproteġi l-futur tal-Għaqda u l-ħidma volontarja.
Madankollu, iridu ninfurmawkom li sa dan il-mument, l-Għaqda għadha ma rċeviet l-ebda tweġiba jew komunikazzjoni lura.

Meta fadal biss 11-il ġurnata mill-bidu uffiċjali tal-festa tas-Santissima Trinità, iż-żmien qed jagħfas u s-sitwazzjoni qed issir aktar kritika. B’dispjaċir ngħidu li jekk din il-kontra-proposta li bgħatna ma tiġix aċċettata, is-sitwazzjoni inċerta tal-Għaqda se tkompli tpoġġi l-operat tagħna f’riskju kbir.

Aħna nibqgħu determinati u lesti għal djalogu miftuħ, bit-tama li l-affarijiet jinbidlu b’rispett u b’għożża lejn il-festa tal-poplu tagħna. Grazzi mill-qalb tal-appoġġ kontinwu u l-kuraġġ li qed turuna f’dawn il-mumenti kruċjali.

Inżommukom infurmati b’kull żvilupp li jista’ jkun hemm.

B’determinazzjoni, Il-President u l-Kumitat Għaqda Festi Esterni Santissima Trinità – Marsa

Data: 09/05/2026STQARRIJA UFFIĊJALI: IL-FESTA TAT-TRINITÀ 2026 Mill-President u l-Kumitat tal-Għaqda Festi Esterni Santi...
09/05/2026

Data: 09/05/2026
STQARRIJA UFFIĊJALI: IL-FESTA TAT-TRINITÀ 2026
Mill-President u l-Kumitat tal-Għaqda Festi Esterni Santissima Trinità, Marsa.
Għeżież parruċċani u partitarji kollha tal-festa tagħna,
Huwa b’dispjaċir kbir li ma nistgħux niddeskrivu b’kliem, li l-Kumitat tal-Għaqda qed joħroġ din l-istqarrija. Kif ġie mħabbar mill-Kappillan tagħna, P. Paul Bugeja OFM Cap, il-festa tas-Santissima Trinità se tiġi ċċelebrata fl-14 ta’ Ġunju. Iżda din is-sena, it-toroq tagħna se jibqgħu neqsin mill-armar li tant inħobbu u li tant naħdmu għalih b’għożża.
Inħossu li huwa dmir tagħna li ninfurmawkom dwar dak li qed jiġri:
L-Għaqda bħalissa tinsab f’nofs diskussjonijiet dwar il-kirjiet għoljin li qed jiġu proposti għaċ-Ċentru tagħna, il-garaxx, u parti mill-bitħa taċ-Ċentru Parrokkjali. Iżda l-akbar uġigħ huwa li jekk naqblu fuq il kirjiet qed jiġi mitlub li jingħata lura l-maħżen tal-armar (Jhansi Hall) — dak il-post li għal dawn l-aħħar 40 sena serva bħala d-dar u l-kenn tal-volontarjat Marsi. Li jittieħed dan il-maħżen ifisser li qed jintlaqat il-pedament ta’ snin twal ta’ ħidma u sagrifiċċju kief ukoll spejess kbar biex jingar l-armar.
Bħala voluntiera, aħna qatt ma tlabna xejn lura ħlief il-pjaċir li naraw il-festa ssir b'tant unur. Naħdmu b’sagrifiċċju personali u nnaqqsu mill-ħin tal-familji tagħna biex insebbħu l-parroċċa. Li niġu ffaċċjati b'kundizzjonijiet li jheddu l-eżistenza stess tal-Għaqda tagħna hija ħasra kbira u tweġġgħalna qalbna.
Minħabba li għad m’hemmx qbil u din l-inċertezza qed toħnoq kull pjan li kellna, b’dispjaċir kbir inħabbru li din is-sena it-toroq tagħna se jibqgħu neqsin mill-armar. Din mhix l-għażla tagħna u lanqas ma kienet ix-xewqa tagħna, iżda hija l-unika triq li nistgħu naqbdu f’sitwazzjoni fejn il-futur tal-Għaqda jinsab f’riskju.
Nirringrazzjawkom minn qalbna tal-appoġġ u tal-messaġġi kollha ta’ kuraġġ f'dan il-mument diffiċli. Fil-jiem li ġejjin se nkunu qed nagħtu tweġiba tagħna lura lill-Provinċja, dejjem b'rispett lejn l-istorja tagħna u l-festa tat-Trinità.
Aħna nibqgħu nittamaw li l-affarijiet jinbidlu, b’rispett u għozza lejn il-festa tal-poplu tiegħu.
B’determinazzjoni Il-President u l-Kumitat Għaqda Festi Esterni Santissima Trinità – Marsa

Address

Għaqda Festi Esterni SSma. Trinita', Triq Balbi
Marsa

Opening Hours

Monday 17:00 - 20:00
Tuesday 17:00 - 20:00
Wednesday 17:00 - 20:00
Thursday 17:00 - 20:00
Friday 17:00 - 20:00
Saturday 17:00 - 20:00
Sunday 08:00 - 13:00
17:00 - 20:00

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Tal Kantina - Festi Esterni Ssma.Trinita - Marsa Ad1975 posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Contact The Organisation

Send a message to Tal Kantina - Festi Esterni Ssma.Trinita - Marsa Ad1975:

Share