Soċjetà Mużikali San Ġużepp Ħamrun - A.D. 1889

Soċjetà Mużikali San Ġużepp Ħamrun - A.D. 1889 Il-paġna uffiċjali ta l-Ewwel Banda fil-Ħamrun li ġiet imwaqqfa nhar it-18 ta' Awwissu 1889. Il-kulur li jiddistingwi lis-Soċjetà huwa l-kulur blu.

Merħba fil-paġna uffiċjali tas-Soċjetà Mużikali San Ġużepp Ħamrun A.D. 1889. Permezz ta din il-pagna is-Soċjeta' ser tkun qed tikkomunika diversi avvenimenti li tkun għaddejja minnhom flimkien mal-promozzjoni ta l-attivitajiet organizzati minnha. Is- Soċjetà tagħraf lil San Ġużepp, Patrun Universali tal-Knisja bħala l-Patrun tagħha. L-emblema tas-Soċjetà hija xettru b’kuruna fuqu b’ħames ponot u ġ

ilju ħiereġ minnha fuq ix-xellug (kif taraha minn faċċata) u scroll fejn ikun hemm miktub Soċjetà Mużikali San Ġużepp Ħamrun A.D. 1889. L-għanijiet tas-Soċjetà huma:

a) It-tagħlim fl-arti tal-mużika;
b) L-organizzazzjoni tal-festa tal-Patrun tas-Soċjetà;
c) Li tagħti kontribut ewlieni fil-festa titulari tal-Parroċċa San Gejtanu;
d) Li tagħti kontribut mużikali fejn mitlub; u
e) Tħeġġeġ it-talent kulturali fost is-soċi u r-rikreazzjoni tagħhom. Is-Soċjetà Mużikali San Ġużepp Ħamrun A.D. 1889 (magħrufa wkoll bħala “Tal-Miskina”) twaqqfet proprju fit-18 t'Awwissu 1889.

Ir-Raba' Erbgħa ta' San Gejtanu 💙Inħeġġu lil membri tagħna u lill-Ħamruniżi kollha jattendu għac-ċelebrazzjonijiet tal-Q...
24/06/2026

Ir-Raba' Erbgħa ta' San Gejtanu 💙

Inħeġġu lil membri tagħna u lill-Ħamruniżi kollha jattendu għac-ċelebrazzjonijiet tal-Quddiesa fil-Knisja Arċipretali u Arċimatriċi ta' San Gejtanu.

Illejla fis-6:30pm: Quddiesa bil-mistiedna speċjali jkunu r-residenti taż-Żona tar-Rabbat.

Inkontru sabiħ u ta' bla ħsieb fil-kabina tal-pilota 🤝 ✈️Il-Membru tal-Kumitat Eżekuttiv tas-Soċjetà, il-Kaptan Omar Bug...
23/06/2026

Inkontru sabiħ u ta' bla ħsieb fil-kabina tal-pilota 🤝 ✈️

Il-Membru tal-Kumitat Eżekuttiv tas-Soċjetà, il-Kaptan Omar Bugeja kellu l-okkażjoni sabiħa li jilqa' fuq l-ajruplan lill-Ġeneral tal-Ordni tat-Teatini Padre Salvador Rodea Gonzalez C.R. li qed jivjaġġa lejn Malta.

Is-Soċjetà Mużikali San Ġużepp Ħamrun tawgura l-vjaġġ it-tajjeb lill-Ġeneral Rodea Gonzalez qabel il-bidu tal-mawra tiegħu fil-Ħamrun u f'pajjiżna, kif kif ukoll tixtieqlu kull suċċess waqt din iż-żjara għall-120 Anniversarju tal-Għaqda tal-Mużika San Gejtanu.

🇮🇹 Un incontro carino e inaspettato nella cabina di pilotaggio.

Il Capitano Omar Bugeja, Membro del Comitato della nostra Società, ha avuta la bella occasione di dare il benvenuto sull'aero a Padre Salvador Rodea Gonzalez, il Preposito Generale dell'Ordine dei Chierici Regolari Teatini (Orden de Clérigos Regulares Teatinos) durante il suo viaggio a Malta.

La Società Musicale San Giuseppe Ħamrun augura un buon viaggio al Preposito Generale prima del suo itinerario a Ħamrun e Malta e gli auguriamo ogni successo durante questa visita per il 120° Anniversario della Banda di San Gaetano Ħamrun.

Ġimgħa ġdida t'opportunitajiet ġodda ☀️ Napprezzaw dak li għandna, inkunu pożittivi li nistgħu nimxu 'l quddiem u nibqgħ...
22/06/2026

Ġimgħa ġdida t'opportunitajiet ġodda ☀️

Napprezzaw dak li għandna, inkunu pożittivi li nistgħu nimxu 'l quddiem u nibqgħu magħqudin ghaliex fejn hemm l-għaqda hemm is-saħħa u fejn hemm ir-rieda hemm it-triq.

Il-ġimgħa t-tajba lil kulħadd mingħand Ta' Quddiem il-Knisja Arċipretali 🔵

Illum, 21 ta' Ġunju, huwa wkoll il-Jum Dinji tal-Mużika - World Music Day 🎺🎵 Mela huwa xieraq li nagħlqu l-ġurnata b'app...
21/06/2026

Illum, 21 ta' Ġunju, huwa wkoll il-Jum Dinji tal-Mużika - World Music Day 🎺🎵

Mela huwa xieraq li nagħlqu l-ġurnata b'apprezzament lill-mużiċisti kollha b'mod speċjali lis-surmastrijiet, għalliema u bandisti tas-Soċjetà tagħna, il-Banda San Ġużepp Ħamrun. 🔵

Naqsmu magħkom ħsieb qasir u prezzjuż mill-ittri ta' San Gejtanu filwaqt li nawgurawlkom il-kumplament ta' Jum il-Mulej ...
21/06/2026

Naqsmu magħkom ħsieb qasir u prezzjuż mill-ittri ta' San Gejtanu filwaqt li nawgurawlkom il-kumplament ta' Jum il-Mulej u Jum il-Missier it-tajjeb!

F'Jum il-Missier nawguraw lill-missirijiet kollha b'mod speċjali  lis-Soċji u l-partitarji tas-Soċjetà filwaqt li nixtie...
21/06/2026

F'Jum il-Missier nawguraw lill-missirijiet kollha b'mod speċjali lis-Soċji u l-partitarji tas-Soċjetà filwaqt li nixtiequlhom li jkomplu jispiraw ruħhom mill-Patrun tal-Missirijiet San Ġużepp.

F'dan il-jum niftakru wkoll fil-missirijiet kollha li ħallewna u noffrulhom it-talb tagħna 💙

Is-Soċjetà Mużikali San Ġużepp Ħamrun twassal l-isbaħ xewqat lil Fr Renald Lofreda, Direttur Spiritwali tas-Soċjetà, f'g...
20/06/2026

Is-Soċjetà Mużikali San Ġużepp Ħamrun twassal l-isbaħ xewqat lil Fr Renald Lofreda, Direttur Spiritwali tas-Soċjetà, f'għeluq it-23 anniversarju tiegħu bħala Saċerdot. Awguri mill-qalb!

Servizz ta' marċ brijuż mill-iprem li  kellna lbieraħ għall-Festa tal-Madonna tal-Ġilju ġewwa l-Imqabba 🎵Awguri lill-ħbi...
19/06/2026

Servizz ta' marċ brijuż mill-iprem li kellna lbieraħ għall-Festa tal-Madonna tal-Ġilju ġewwa l-Imqabba 🎵

Awguri lill-ħbieb tagħna tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju għall-kumplament tal-festa sabiħa taghhom ️🔵

Il-festa t-tajba lill-Imqabbin!

Address

672, Triq Il-Kbira San Ġużepp
Il-Hamrun

Telephone

+35621236016

Website

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Soċjetà Mużikali San Ġużepp Ħamrun - A.D. 1889 posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Share