Kunsill Lokali Is-Siġġiewi

Kunsill Lokali Is-Siġġiewi Kunsill Lokali Is-Siġġiewi - Città Ferdinand Siġġiewi Local Council - Città Ferdinand

Għadek fiċ-ċans biex tapplika għal lezzjonijiet tat-taljan jew spanjol matul is-sajf. Il-lezzjonijiet isiru fiċ-ċentru ċ...
23/06/2026

Għadek fiċ-ċans biex tapplika għal lezzjonijiet tat-taljan jew spanjol matul is-sajf. Il-lezzjonijiet isiru fiċ-ċentru ċiviku tas-Siġġiewi minn għalliema kwalifikati u b’metodi divertenti fejn naraw il-kultura, drawwiet, il-mużika u l-ikel tradizzjonali, jekk int beginner jew anka trid tkompli titgħallem. Applika issa fl-ufiċċju tal-kunsill!

Il-Kunsill Lokali javża li, waqt seduta tal-Kunsill nhar il-15 ta’ Ġunju 2026, ġiet approvata unanimament mozzjoni sabie...
23/06/2026

Il-Kunsill Lokali javża li, waqt seduta tal-Kunsill nhar il-15 ta’ Ġunju 2026, ġiet approvata unanimament mozzjoni sabiex il-Kunsill jippreżenta Oġġezzjoni Formali għall-Applikazzjoni PA/07540/25 li tipproponi l-iżvilupp ta’ krematorju u sistema ta’ kolumbarji maġenb ċimiterju approvat permezz tal-Applikazzjoni PA/03568/06.

Il-mozzjoni kienet proposta mis-Sindku Julian Borg u ssekondata mill-Viċi Sindku Ryan Cachia u l-kunsilliera Stephanie Vassallo u Charles Vassallo.

Il-proposta tinkludi wkoll is-sanzjonar tal-kostruzzjoni ta’ ħitan ta’ delimitazzjoni madwar il-perimetru tas-sit.

Il-Kunsill Lokali, filwaqt li jirrikonoxxi l-importanza ta’ ppjanar responsabbli u żvilupp li jirrispetta l-ambjent, il-karatteristiċi taż-żona u l-interessi tar-residenti, iddeċieda li jressaq din l-oġġezzjoni formali quddiem l-awtoritajiet kompetenti.

Din id-deċiżjoni tirrifletti l-pożizzjoni unanima tal-Kunsill wara li ġew ikkunsidrati l-kunsiderazzjonijiet kollha relatati mal-iżvilupp propost u l-impatt potenzjali tiegħu fuq il-komunità.

Il-Kunsill Lokali se jkompli jsegwi l-proċess ta’ valutazzjoni tal-applikazzjoni u jżomm lir-residenti infurmati dwar kull żvilupp relatat.

Mozzjoni kif proposta u approvata

Sfond u Premessi
• Billi saret applikazzjoni quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar bin-numru PA/07540/25 għall-iżvilupp ta’ krematorju fil-konfini tas-Siġġiewi;
• Billi l-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi għandu d-dmir ewlieni li jipproteġi l-ambjent lokali, il-wirt naturali, u l-kwalità tal-ħajja tar-residenti Siġġiwin;
• Billi s-sit propost jinsab f’żona agrikola u d-degradazzjoni ta’ raba’ rari u attiv imur kontra l-politika ta’ sostenibbiltà u l-ħarsien tal-bdiewa tagħna;
• Billi dan l-iżvilupp huwa propost f’żona sensittiva ħafna fuq wied (Żona ta’ Protezzjoni tal-Widien), fejn xogħlijiet bħal dawn jistgħu jikkawżaw ħsara ambjentali irriversibbli lill-ekosistema u l-ilmijiet tal-pajsaġġ naturali tagħna (watercourses);
• Billi proġett ta’ din in-natura se jiġġenera żieda sostanzjali fit-traffiku f’żona li mhix iddisinjata biex tiflaħ għal dan il-volum, b’konsegwenzi negattivi ta’ tniġġis u periklu għas-sigurtà fit-toroq tal-madwar;
• Billi skont il-mappa uffiċjali tal-politika dwar il-Krematorji (Map C1 Search Area for Crematoria), is-sit indikat f'din l-applikazzjoni jinsab kompletament barra mil-linja l-ħamra li tiddefinixxi ż-żona ta' tiftix permissibbli (Search Area), u b'hekk huwa sit eskluż u mhux eliġibbli għal dan it-tip ta' żvilupp ambjentali;

Għaldaqstant, dan il-Kunsill Lokali jirriżolvi li:
1. Iddikjara ruħu uffiċjalment kontra l-iżvilupp tal-krematorju skont l-applikazzjoni PA/07540/25 minħabba li s-sit propost jaqa' barra miż-Żona ta' Tiftix (Search Area) uffiċjali, kif ukoll għar-raġunijiet ambjentali, agrikoli u ta’ traffiku hawn fuq imsemmija.
2. Iressaq oġġezzjoni formali f’isem il-Kunsill Lokali u r-residenti tas-Siġġiewi lill-Awtorità tal-Ippjanar (PA) fiż-żmien allokat, fejn tiġi ppreżentata din il-mozzjoni flimkien mar-raġunijiet imsemmija hawn fuq.
3. Jitlob lis-Segretarju Eżekuttiv biex jikkomunika din id-deċiżjoni u r-raġunijiet tekniċi u ambjentali tagħha mill-aktar fis possibbli lill-Awtorità tal-Ippjanar, lill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), lill-Ministeru tal-Enerġija, Ambjent u Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir u lill-midja.

23/06/2026

ROUTE 62, 209, N62 SIGGIEWI DIVERSION
Date: Friday 26th June 2026.
Time: 20:00hrs – 23:30hrs.
Road closure: Pjazza San Nikola & Triq Dun Anton Vella.
Diversion (click): Ruses buses coming from MONUMENT ROUNDABOUT will have to divert by turning right onto TRIQ DUN MANWEL ZAMMIT, proceeding through L-GĦID, continue along the bypass, turn at the roundabout and then resume the normal route.
Check if there are any other active diversions in place.
Route buses will not have access to SIGGIEWI SQUARE.

Bus Stops Affected are: 256 Mallia, 257 Brija, 258 Nofs, 259 Nikola, 260 Siggiewi, 3536 Armonija.



ROUTE 201 DINGLI & SIGGIEWI DIVERSION
Date: Friday 26th June 2026.
Time: 20:00hrs – 23:30hrs.
Road closure: Pjazza San Nikola & Triq Dun Anton Vella.
Diversion to Rabat (click): Route buses will divert along TRIQ MONS MIKEL AZZOPARDI (BYPASS), continue via TRIQ L-IMDINA towards SAQQAJJA HILL, proceed to TRIQ GORG BORG OLIVIER and then to RABAT INTERCHANGE, without serving DINGLI.
Diversion to Airport (click): Follow the same diversion using as starting point SAQQAJJA.
Remember to check for any active diversions in place until further notice.

Bus Stops being affected are:
1405/1443 Girgenti, 6377/6378 Qamar, 1406/1442 Mundu, 1440/1439 Cliffs, 1408/1438 Madalena, 1410/1437 Vizitaturi, 1411/1435 Tarag, 1412/1434 Turretta, 1413/1433 Carruta, 0147/1432 Dingli, 0148/0146 Kbira, 0149/0145 Baslija, 0150/0144 Qbiel, 0151/0143 Gharix, 0152/0142 Regin, 0153/0141 Manduka, 0154/0140 Sienja, 2228/2202 Dumnikani, 2229/0165 Ferris, 2230/0164 Inguanez, 261 Knisja, 262 Hesri, 1404 Salib, 0163 Saura, 0170 Tartarni, 264 Zammit, 263 Monument, 3536 Armonija, 3517 Mangion, 6094 Widien, 256 Mallia, 257 Brija, 258 Nofs, 259 Nikola.




ROUTE 109, 109A SIGGIEWI DIVERSION
Date: Friday 26th June 2026.
Time: 20:00hrs – 23:30hrs.
Road closure: Pjazza San Nikola & Triq Dun Anton Vella.
Direction Bahrija (Click): Buses coming from LAPSI and approaching SIĠĠIEWI will have to divert straight to SIĠĠIEWI BYPASS (Service Road), then turn left onto TRIQ SANTA MARGHERITA and continue towards WIED HESRI to resume the route.
Direction Providenza (Click): Buses coming from ZEBBUG approaching SIGGIEWI will have to divert from MONUMENT ROUNDABOUT by turning right onto TRIQ DUN MANWEL ZAMMIT, proceeding through L-GĦID, continuing along the the BYPASS without serving SIGGIEWI.
Check if there are any other active diversions in place.

Bus Stops Affected: 0256 Mallia, 0257 Brija, 0258 Nofs, 0259 Nikola, 0261 Knisja, 0262 Hesri, 260 Siggiewi, 3536 Armonija.


Notices to be fixed on the effected Bus Stops.

Il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi, jawguralkom il-festa t-tajba!
22/06/2026

Il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi, jawguralkom il-festa t-tajba!

22/06/2026

ROUTE 62, 209, N62 SIGGIEWI DIVERSION
Date: From Friday 19th June 2026 till Monday 29th June 2026.
Time Daily: All Day.
Road closure: Pjazza San Nikola.
Diversion (click): Ruses buses coming will have to divert through L-GĦID, continue along the bypass, turn at the roundabout and then resume the normal route.
Check if there are any other active diversions in place.
Route buses will not have access to SIGGIEWI SQUARE.

Bus Stops Affected are: 256 Mallia, 257 Brija, 258 Nofs, 259 Nikola, 260 Siggiewi

Notices to be fixed on the effected Bus Stops.

Wara r-riżenja tas-Sindku Julian Borg mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi, wara li dalgħodu ħa l-ġurament bħala Membru Parl...
20/06/2026

Wara r-riżenja tas-Sindku Julian Borg mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi, wara li dalgħodu ħa l-ġurament bħala Membru Parlamentari fil-Parlament Malti, il-Kunsill Lokali se jiltaqa’ f’seduta b’urġenza nhar l-Erbgħa, 24 ta’ Ġunju, fil-5.00pm sabiex isiru l-ħatriet il-ġodda meħtieġa skont il-liġi.

Matul din is-seduta:
🔹 Ryan Cachia jinħatar Sindku tas-Siġġiewi
🔹 Stephanie Vassallo tinħatar Viċi Sindku

Dawn il-ħatriet qed isiru skont il-proċeduri stabbiliti fil-Kapitolu 363 tal-Liġijiet ta’ Malta – Att dwar il-Kunsilli Lokali, li jirregola l-mili ta’ karigi vakanti fi ħdan il-kunsilli lokali. Is-Seduta tkun miftuħa għall-pubbliku u tixxandar live-stream.

Nirringrazzjaw lill-Perit Julian Borg għas-servizz tiegħu lejn il-lokalità tagħna u nawgurawlu kull suċċess fil-kariga l-ġdida.

⛔️Minħabba ħsarat estensivi kkawżati mill-elementi naturali u mill-uragan f’Jannar, meta ġġarrfet il-bajja ta’ Għar Laps...
20/06/2026

⛔️Minħabba ħsarat estensivi kkawżati mill-elementi naturali u mill-uragan f’Jannar, meta ġġarrfet il-bajja ta’ Għar Lapsi, il-bandli ma setgħux jiġu rranġati u għalhekk jinsabu beyond repair.

Għas-sigurtà ta’ kulħadd, dawn tneħħew.
Il-Kunsill, fuq bażi regolari, iwettaq risk assessments fil-playgrounds minħabba l-obbligi ta’ public liability. Kull proġett ta’ riġenerazzjoni jirrikjedi investiment sostanzjali, li bħalissa jmur lil hinn mill-allokazzjoni normali tal-Kunsill.

Għaldaqstant, proċessi jieħdu żmien u bħalissa qed nesploraw sorsi ta’ finanzjament sabiex dan il-park jerġa’ jieħu l-ħajja u jkun saħansitra isbaħ milli kien.
Sadanittant, nitolbu lill-pubbliku juża l-inħawi b’kawtela.

🧹🫧Dalgħodu saret ħasla tajba tal-pjazza, tat-toroq u tal-isqaqien tal-madwar bi preparazzjoni għall-Festa ta’ San Nikola...
20/06/2026

🧹🫧Dalgħodu saret ħasla tajba tal-pjazza, tat-toroq u tal-isqaqien tal-madwar bi preparazzjoni għall-Festa ta’ San Nikola. It-tindif ġie kkoordinat ukoll mal-kuntrattur u mal-istabbilimenti sabiex l-iskart jiġi sseparat u jsir ġbir addizzjonali matul il-jiem tal-festa.

Nitolbu l-koperazzjoni ta’ kulħadd biex kollox jimxi kif ippjanat u ngawdu festa nadifa u sabiħa. Grazzi lil kull min għandu sehem f’din il-ħidma.

Reġjun Punent

19/06/2026

Grazzi lis-Sindku Julian Borg illi illum temm il-ħidma tiegħu fil-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi sabiex għada jieħu l-ġurament bħala membru parlamentari.

Julian ġie elett bħala rappreżentant tas-Siġġiwin fis-sena 2015.

Address

Ċentru Ċiviku Tas-Siġġiewi/18, Pjazza San Nikola
Is-Siggiewi
SĠW1073

Opening Hours

Monday 08:00 - 13:00
Tuesday 08:00 - 13:00
Wednesday 08:00 - 13:00
Thursday 08:00 - 13:00
Friday 08:00 - 12:00
Saturday 08:30 - 11:30

Telephone

+356 2146 6000

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Kunsill Lokali Is-Siġġiewi posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Contact The Organisation

Send a message to Kunsill Lokali Is-Siġġiewi:

Share