Għaqda Tan-Nar San Nikola

Għaqda Tan-Nar San Nikola Għaqda tan-Nar San Nikola tas-Siġġiewi imwaqqfa fl-1968. Il-piroteknika dejjem kellha post importanti fil-ħajja u fil-qalb tas-Siġġiewin. Mons. Com.

Fil-bidu tas-seklu għoxrin dilettanti mis-Siġġiewi kienu diġa jaħdmu xogħol tan-nar f’daqsxejn ta’ għorfa li kellu ċertu Pawlu Tonna fl-inħawi “Ta’ Berbri” fuq ir-riħ ta’ Wied Qirda. Bħala mwejjed kienu jużaw twavel u n-nar li kien jinħadem ma kienx għall-festa tas-Siġġiewi biss, imma għal festi ta’ postijiet oħra wkoll. Sadanittant beda jinbena post tan-nar proprju, fl-inħawi “Ta’ Żmetta”. Dan da

m jopera għal diversi snin iżda minħabba li l-bini tad-djar fis-Siġġiewi kompla jiżviluppa u kien kważi wasal qrib dan il-post, il-pulizija kellha twaqqaf il-ħruġ tal-permess sabiex f’dan is-sit jiġi mmanifatturat in-nar. L-aħħar xogħol f’dan il-post inħadem fl-1966. L-Għaqda tan-Nar San Nikola taf il-bidu tagħha fl-1968 meta fl-1 ta’ Settembru ta’ dik is-sena beda jinbena kumpless tan-nar ġdid fuq l-art magħrufa bħala “Tan-Nadur” li qegħda fuq ir-riħ ta’ Wied Ħesri. Il-pjanti saru mill-Perit Joseph Farrugia, bin is-Siġġiewi, u b’tant tħabrik ta’ tant voluntiera x-xogħol tlesta fl-1970 u ġie mbierek mir-Rev. Alwiġ Deguara li dak iż-żmien kien l-Arċipriet tas-Siġġiewi. Il-Kumitat iltaqa’ għall-ewwel darba f’Diċembru 1975 u kien ġie deċiż li l-Għaqda tissemma “Għaqda Ħidma tan-Nar San Nikola, Siġġiewi.” Maż-żmien l-isem inbidel għal “Għaqda Dilettanti tan-Nar San Nikola, Siġġiewi” iżda kif xieraq, fl-1997 il-kelma “dilettanti” twaqqgħet u l-Għaqda saret magħrufa bħala “Għaqda tan-Nar San Nikola, Siġġiewi”. L-għan ewlieni tal-Għaqda huwa l-preparazzjoni tan-nar tal-art u tal-ajru li jinħaraq ad unur San Nikola kemm nhar is-6 ta’ Diċembru u b’mod speċjali fl-aħħar ġimgħa ta’ Ġunju. Madankollu l-Għaqda torganizza diversi attivitajiet oħra soċjali matul is-sena. Ta’ min isemmi li ta’ kull sena fit-tmiem il-ġimgħa li tiġi wara l-festa ta’ Santa Marija, l-Għaqda tan-Nar San Nikola torganizza l-festa ta’ Santa Marija fil-kappella li hemm f’Ħal Xluq, kappella ċkejkna li tinsab fit-triq li mir-raħal tas-Siġġiewi tagħti għal Qrendi. L-Għaqda tieħu ħsieb kemm l-aspett reliġjuż tal-festa kif ukoll dak soċjali. Apparti quddies u rużarju jkun hemm ikel, divertiment, ħruq ta’ murtali u nar tal-art kif ukoll tipparteċipa l-Banda San Nikola b’marċ brijuż. L-Għaqda tan-Nar San Nikola ukoll kellha l-mumenti tagħha ta’ nkwiet u niket, iżda dan jitpatta b’mumenti oħra sbieħ u ta’ sodisfazzjon kbir għall-membri. Waħda mill-isbaħ xogħolijiet tan-nar frott il-ħidma tal-membri tal-Għaqda, huwa mudell artistiku tal-faċċata tal-Knisja tas-Siġġiewi. Din il-faċċata tal-kejl ta’ erbatax-il metru b’erbatax-il metru saret l-ewwel darba fl-1985. Inħadmet erba’ darbiet oħra, l-aħħar darba fl-2006. Dan ix-xogħol uniku huwa magħmul minn sebat elef gass ta’ tliet minuti l-wieħed. Kapolavur ieħor li l-Għaqda hija msemmija għalih huwa bla dubbju t-tapit li jinħaraq is-Sibt filgħaxija, liema tapit ikun magħmul minn mhux inqas minn ħdax-il antarjola. L-Għaqda tat ukoll is-sehem tagħha fil-ħamsa u għoxrin sena ta’ Malta Repubblika, fil-festi tal-Millenju u f’Awwissu 2006 kisbet it-tielet post f’wirjiet pirotekniċi li saru f’Bilbao fi Spanja. Fl-1 ta’ Mejju 2009, l-Għaqda tan-Nar San Nikola ħadet sehem fil-Festival tan-Nar fil-Port il-Kbir, u kisbet l-ewwel post bl-isbaħ u l-aħjar murtali tal-kulur li paxxew lil dawk preżenti. Is-Siġġiewi baqa’ jżomm it-tradizzjoni ta’ nies dedikati u kapaċi li jagħtu wirjiet tajba ta’ piroteknika kemm f’nar tal-art u anka f’nar tal-ajru: xogħol dehen lill-patrun San Nikola. Fi kliem il-mibki Pawlu Aquilina, “Dawk l-ilwien sbieħ – l-ilwien kollha – u l-imrieżaq tad-deheb u l-fidda li jirrakkmaw is-sema ta’ fuq rasna, jinsġu bħal tużell mill-aktar irżin fuqna u fuq l-istatwa ta’ San Nikola... Ikomplu jżejnu dan il-ġmiel kollu s-siġar tal-palm ħadrani u l-funtani tal-ilma lewn il-fidda li bla ħoss jinfetħu u jdawlu wiċċ is-sema...”

N.B. Informazzjoni mehuda minn diversi artikoli miktuba minn Carmelo Aquilina, Pawlu Aquilina u Joseph Schembri. L-Għaqda tan-Nar San Nikola hija mmexxija minn Kumitat Eżekuttiv. Il-Kumitat għall-festa 2023 huwa kompost kif ġej:
President: Leonard Schembri
Segretarju: Joseph Borg
Kaxxiera: Stephanie Vassallo B. Direttur tal-Post tan-Nar: Nicholas Spiteri M.Sc. GIS
Rappreżentant tal-membri: Capt. David Vassallo
Direttur Spiritwali: Mons. Daniel Schembri

It-tapit tela wkoll! Nhar is-Sibt niltaqgħu fil-pjazza maestuża tas-Siġġiewi għal ħarqa ta' nar u ngħalqu bit-tapit u sh...
24/06/2026

It-tapit tela wkoll!

Nhar is-Sibt niltaqgħu fil-pjazza maestuża tas-Siġġiewi għal ħarqa ta' nar u ngħalqu bit-tapit u show piro mużikali Chronicles of Fire.

Narawkhom

Fl-impenji kollha li ġġib mgħaha l-festa għall-membri tal- Għaqda Tan-Nar San Nikola sibna wkoll ftit mumenti biex nkunu...
24/06/2026

Fl-impenji kollha li ġġib mgħaha l-festa għall-membri tal- Għaqda Tan-Nar San Nikola sibna wkoll ftit mumenti biex nkunu preżenti hekk kif is-sindku u l-viċi sindku ġodda ħadu l-ġurament tal-ħatra.

Minn qalbna ntennu l-awguri tagħna li l-ħidma tgħahom ssarraf ta' ġid għas-Siġġiewin.

23/06/2026
Għandna ammont limitat ta' t-Shirts tal-festa. Kull min hu interessat jistgħa jibgħat messaġġ privat fuq din il-paġna je...
23/06/2026

Għandna ammont limitat ta' t-Shirts tal-festa. Kull min hu interessat jistgħa jibgħat messaġġ privat fuq din il-paġna jew kellmu lil xi ħadd mill-membri tal- Għaqda Tan-Nar San Nikola waqt li nkunu ġewwa l-pjazza.

Grazzi lil kull min ilbieraħ attenda għall-BBQ tal-festa organizzat mill- Għaqda Tan-Nar San Nikola.Grazzi kbira wkoll l...
23/06/2026

Grazzi lil kull min ilbieraħ attenda għall-BBQ tal-festa organizzat mill- Għaqda Tan-Nar San Nikola.

Grazzi kbira wkoll lill-sponsors li taw l-għajnuna tagħhom biex l-attività kienet ta' suċċess.

Wara li l-Onorevoli Julian Borg irriżenja bħala sindku, u ħa l-ġurament tal-ħatra bħala membru parlamentari, nixtiequ na...
20/06/2026

Wara li l-Onorevoli Julian Borg irriżenja bħala sindku, u ħa l-ġurament tal-ħatra bħala membru parlamentari, nixtiequ nawgurawlu għall din l-kariga ġdida u mportanti, filwaqt li nirringrazzjawh tal-appoġġ li dejjem sibna minn naħa tiegħu.

Fl-istess ħin, nixtiequ nawguraw lis-Sur Ryan Cachia li ser jiġi maħtur sindku tas-Siġġiewi.

Awguri speċjali lis-Sinjura Stephanie Vassallo li hija wkoll il-kaxxiera tal- Għaqda Tan-Nar San Nikola li se tinħatar bħala Viċi-Sindku.

Nawgurawlhom kull suċċess f'dawn il-karigi biex flimkien nkomplu naħdmu għal dan ir-raħal sabiħ tagħna.

Il-Programm tal-ħruq tan-Nar għal matul il-ġimgħa tal-festa 2026 kif ukoll l-attivitajiet mtellgħa mill- Għaqda Tan-Nar ...
20/06/2026

Il-Programm tal-ħruq tan-Nar għal matul il-ġimgħa tal-festa 2026 kif ukoll l-attivitajiet mtellgħa mill- Għaqda Tan-Nar San Nikola għal din il-ġimgħa tant mistennija. Iktar dettalji ssibuhom fuq il-ktieb tal-festa.

Minn hawn nieħdu l-opportunità li nawguraw il-festa t-tajba lis-Siġġiewin kollha.

Viva San Nikola

B'niket kbir insellmu l-memorja ta' Leli Micallef (Fattu) li ħalla din id-dinja għall-ħajja ta' dejjem ilbieraħ 14 ta' Ġ...
15/06/2026

B'niket kbir insellmu l-memorja ta' Leli Micallef (Fattu) li ħalla din id-dinja għall-ħajja ta' dejjem ilbieraħ 14 ta' Ġunju, 2026.

Leli kien membru fl- Għaqda Tan-Nar San Nikola u għal żmien twil kien jghin fil-manifattura tan-nar għall-festa ta' San Nikola.

F'isem il-kumitat, licencee u membri nwasslu l-kondoljanzi tagħna lil familja ta' Leli u nwiegħdukhom t-talb tagħna.

Address

52/53 Il-Kamrun, Triq Il-Parrocca
Is-Siggiewi
SGW1536,

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Għaqda Tan-Nar San Nikola posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Share