03/04/2026
👀 Illum niżel is-separju fuq
✝️ Imwarrba ✝️
Kontra l-elementi, l-problemi ta' saħħa, in-nuqqas ta' rqad u elf sfida oħra, wasalna xorta waħda! Tul dawn l-aħħar tlett ijiem ittellgħu 20 prestazzjoni ta’ din il-walkthrough.
Grazzi minn qalbna kemm lill-udjenza li ilhom snin jattendu din il-walkthrough, kif ukoll lill-udjenza ġdida li esperjenzawha għall-ewwel darba din is-sena...il-messaġġi li bgħattulna u ktibtulna jagħtuna s-saħħa u l-kuraġġ biex inkomplu nipproduċu!
Grazzi kbira tmur għall-awtur/direttur tagħna Renzo Bonello li bi kliem mirqum kiteb l-iscript u b'paċenzja kbira dderieġa din il-walkthrough.
Grazzi oħra lill-kast kollu li b'talent li jispikka, paxxew 'il fuq minn ħames mitt persuna fi spazju tant intimu. Kast żgħir fin-numru imma ta' qalb kbira.
Grazzi lill-kru li b'perseveranza liema bħala ħadmu fuq li ħadmu, anke jekk jafu li x-xogħol ta' wara l-kwinti ma jkunx minn tal-ewwel li jiġi apprezzat.
Grazzi lill-benefatturi u lil dawk kollha li għinuna fir-reklamar permezz tas-settur tal-midja. Kieku mhux għall-ġenerożita' tagħkom, kieku xogħolna jkun bil-wisq iktar diffiċli, jekk mhux ukoll impossibli.
Grazzi lill-Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Martri u l-Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi li mill-2014 dejjem tawna l-għinuna u l-appoġġ tagħhom.
Jekk insejna nirringrazzjaw lil xi ħadd, skużawna! It-tim ta' nies li b'xi mod jew ieħor taw sehemhom fuq bażi volontarja, huwa numeruż sew.
Grazzi, grati bil-kbir lejkom kollha u onorati li ħdimna ma' kull wieħed u waħda minnkom. Għalkemm fir-ritratt t'hawn taħt ma kienx possibli li jkun hemm kulħadd, f'qalbna qegħdin hemm kollha ❤️
Għal li jmiss! 🙏
Jon Azzopardi Amanda Cachia Stephanie Sacco Charlie Sammut Ruben Rapa Kurt Gatt Dorian Micallef Noel Cesare Claudio Flashphotography Spiteri Graziabelle Faye Cassar Alan Attard Jacob George Azzopardi Ismael Bonello Zoey Scerri Melise Mifsud Saliba Miguel Spiteri Analise Vella Liliana Camilleri Buttigieg Cora Elizabeth Lewis Georg Camilleri George Falzon Ritianne Attard Ablett Daniel Nutar Josef Masini Vento Gianluca Spiteri