Każin Banda San Nikola Siġġiewi A.D 1883

Każin Banda San Nikola Siġġiewi A.D 1883 L-Iskop Ewlieni dejjem jibqa it-tagħlim u t-trawwim tal-mużika b' xejn lill-ulied dan ir-raħal maestuż.

Merħba fil-paġna uffiċjali tal-Każin Banda San Nikola. Żomm ruħek aġġornat mal-attivitajiet mtella' u s-servizzi provduti mill-Każin, sabiex tesperjenzhom flimkien magħna u l-Komunita' Siġġiwija. Il-Każin tal-Banda San Nikola huwa l-ewwel Każin fis-Siġġiewi, u dan hekk kif fl-1883, il-Professur Nikola Zammit, flimkien ma oħrajn waqqfu il-banda 'Nicolina' liema mal-medda tas-snin, saret magħrufa bħ

ala l-Banda San Nikola, liema Banda u Każin llum huma waħda mill-akbar Għaqdiet Volontarji ġewwa s-Siġġiewi. Is-socjeta' hija ffurmata mill-Kumitat Ċentrali li jopera flimkien ma' diversi Sezzjonijiet fosthom is-Sezzjoni Żgħażagħ, s-Sezzjoni Nisa, s-Sezzjoni tal-Midja u l-Kummissjoni Planċier. Minn qalbna nilqugħkom f'din il-paġna fejn intom tistgħu żżommu ruħkom aġġornati mal-attivijiet kurrenti, stqarrijiet u ma dak kollu illi jkun qiegħed iseħħ f' raħalna u fis-Soċjeta' tagħna. Din il-paġna tista tintuża wkoll biex inti tkun tista tagħmel kuntatt mal-Kumitat Ċentrali kif ukoll mas-Sezzjonijiet bil-kummenti jew opinjonijiet tiegħek.

25/06/2026

Programm mużikali inklussiv mill-Banda San Nikola ġewwa l-Pjazza 🎶

Merchandise huwa miftuħ!Narawkom!
25/06/2026

Merchandise huwa miftuħ!

Narawkom!

25/06/2026

Il-pjazza tinsab fl-isbaħ tagħha, il-planċier jinsab armat u lest, u l-istrumenti lesti għal waħda mill-isbaħ iljieli tas-sena!

Illum il-Ħamis, fit-Tieni Jum tat-Tridu, il-Banda San Nikola se tkun qed tippreżenta l-Programm Annwali tagħha. 🌟

Għal min se jattendi magħna, illejla lesti ruħkom għal:
🎷 Selezzjoni mill-isbaħ ta’ mużika Maltija u klassika Taljana.
🙌 L-innijiet tradizzjonali li tant iqanqlu l-qalb ta' kull min iħobb lil San Nikola.
❤️ Sehem speċjali u mill-isbaħ tar-residenti ta’ Dar tal-Providenza li se jkunu magħna fuq il-planċier stess!
Dan kollu se jkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast tagħna, Nicholas Vella.

Ħidma bdiet għal briju tal-ewwel marċ tat-tridu!Kollox għallejla! Narawkom!
24/06/2026

Ħidma bdiet għal briju tal-ewwel marċ tat-tridu!

Kollox għallejla! Narawkom!

24/06/2026

📢 📢 Avviz lill-pubbliku dwar l-irfiegħ tal-istatwa ta' San Nikola waqt il-marċ tal-aħħar Tridu.🟡 🔴

Il-Kumitat jinforma li kwalunkwe individwu, grupp jew għaqda li tixtieq terfgħa l-istatwa ta' San Nikola waqt il-marċ ta' nhar il-ġimgħa, għandha tagħmel kuntatt permezz ta messagg fuq 99204693. Persuni li ma jkunux għamlu dan m'ghandhomx garanzija li jkunu jistgħu jerfgħu.

Grazzi.

24/06/2026

Illum l-Erbgħa, 24 ta’ Ġunju fit-8:30pm l-ewwel tridu tal-Patrun tagħna San Nikola,
il-Banda ta' San Nikola se tkun qegħda doqq lejn in-naħa tal-Knisja l-Qadima, il-monument ta’ Paolo Aquilina, Pjazza San Ġwann, u nispiċċaw fil-Pjazza San Nikola fejn imbagħad se jkun hemm xow bid-dawl bl-isem ‘Celestial Lights’.

Narawkom!

23/06/2026

Il-preparamenti mill-Banda San Nikola għall-Programm Mużikali annwali fit-Tieni Tridu tal-Festa tal-Patrun tagħna San Nikola jinsabu fl-aqwa tagħhom.
B'rabta sħiħa mal-valur tal-inklużjoni, din is-sena mal-banda se jingħaqdu residenti tad-Dar tal-Providenza. Huma se jdoqqu diversi strumenti mużikali.

Għas-Soċjetà tagħna din hija okkażjoni speċjali ghax qed inkomplu nippromwovu l-inklużjoni. Għalhekk ingħaqdu magħna għall-Programm Mużikali fuq il-planċier maestuż tagħna li se jittella' nhar il-Ħamis li ġej fid-9.30pm. Titilfuhx!

Narawkom!

23/06/2026

📣 VOX POP 01 : Liem hi l-isbaħ memorja tiegħek fil-Festa tas-Siġġiewi? 🎆✨

Il-Jiem tal-Festa, u anke ta qabel huma impenjattivi ferm. Dalgħodu qegħdin naghtukom tgħoma żgħira mill-atmosfera ta nh...
23/06/2026

Il-Jiem tal-Festa, u anke ta qabel huma impenjattivi ferm. Dalgħodu qegħdin naghtukom tgħoma żgħira mill-atmosfera ta nhar il-Ġimgħa li għadda mis-Serata Siġġiwija!

22/06/2026

X' Atmosfera dik!
Festa Tfal 2026 mill-perspettiva tal-Kazin

Address

50/51 Pjazza San Nikola
Is-Siggiewi

Opening Hours

Monday 18:00 - 00:00
Tuesday 18:00 - 00:00
Wednesday 18:00 - 00:00
Thursday 18:00 - 00:00
Friday 18:00 - 00:00
Saturday 14:00 - 00:00
Sunday 10:00 - 00:00

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Każin Banda San Nikola Siġġiewi A.D 1883 posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Contact The Organisation

Send a message to Każin Banda San Nikola Siġġiewi A.D 1883:

Share