Ġimgħa Mqaddsa - Parroċċa San Ġorġ, Ħal Qormi

  • Home
  • Malta
  • Qormi
  • Ġimgħa Mqaddsa - Parroċċa San Ġorġ, Ħal Qormi

Ġimgħa Mqaddsa - Parroċċa San Ġorġ, Ħal Qormi Il-Kumitat tal-Ġimgħa l-Kbira, għandu r-responsailta li jgħin lil Arċipriet fl-organizazzjoni t Fl-istess sena wkoll, inbeda l-użu tal-irtokk. Dr Joseph F. Grima

IL-PURĊISSJONIJIET TAL-ĠIMGĦA MQADDSA
TAL-PARROĊĊA SAN ĠORĠ, ĦAL QORMI

Mhix magћrufa d-data eżatta tal-bidu tal-purċissjoni tal-Ġimgћa l-Kbira li toћroġ mill-Knisja Arċipretali ta' Ħal Qormi dedikata lil San Ġorġ iżda mid-djarju tal-magћruf studjuż Injazju Saverju Mifsud jidher ċar ћafna li kienet diġà manifestazzjoni stabbilita sew fl-1764. Bћall-purċissjonijiet l-oћrajn Maltin, kienet tikk

onsisti f'sett vari, probabbli tmienja, li kienu jakkumpanjawhom numru ta' fratelli, partiċipanti jġorru emblemi tal-Passjoni ta' Ġesù, u penitenti. Jidher ukoll, minn xi kuntratti notarili, li l-fratellanzi tas-SS. Sagrament u tar-Rużarju kellhom xi forma ta' sehem fl-organizzazzjoni, gћalkemm kien hemm ukoll prokuraturi tal-purċissjoni li fosthom insibu l-Ispiżjar Slaw Gatt li mexxa lill-Qormin fir-rewwixta kontra l-Franċiżi fl-1798-1800. Kuntratt notarili tal-1782 juri li kienet saret urna ġdida gћall-Monument minn Feliċ Zahra, ћu l-magћruf pittur Francesco, li fdalijiet tiegћu gћadhom jeżistu. Mis-seklu tmintax gћad baqa’ żewġ statwi li ma joћorġux fil-purċissjoni attwali: San Ġwann tal-Vara l-Kbira u l-Ecce Homo li hu ta' l-istukko. Magћmul minn dan il-materjal gћad hemm ukoll il-wiċċ, l-idejn u r-riġlejn tal-vara tal-Madonna tad-Duluri attwali li dak iż-żmien kienet mannekin mlibbes iżda li mbagћad saritilha libsa tal-kartapesta kif gћadha sal-lum. Il-Kurċifiss u l-Maddalena tal-Vara l-Kbira attwali huma wkoll xogћlijiet tas-seklu tmintax minn artist/i mhux magћrufa. L-istess jgћodd gћall-istatwa ta' Kristu Rxoxt li toћroġ nhar Ħadd il-Gћid fil-gћodu, gћalkemm iż-żewġ suldati żdiedulu fl-1891, xogћol ta' Vincenzo Cremona. Fis-seklu tmintax, kienu jsiru ћames purċissjonijiet, waћda kull nhar ta' Ħadd tar-Randan, bil-vari tal-misteri tat-tbatija tar-Rużarju. Imbagћad f'Ħadd il-Palm kienet toћroġ il-purċissjoni ġenerali tal-Ġimgћa l-Kbira, bis-sehem tal-vari kollha. Kien lejn tmiem is-seklu, possibilment fl-1788, li din il-purċissjoni bdiet toћroġ nhar il-Ġimgћa l-Kbira proprju. Lejn dan iż-żmien bdiet tiġi organizzata wkoll il-purċissjoni ta' Kristu Rxoxt. Il-ћames purċissjonijiet żgћar baqgћu joћorġu sa nofs is-seklu dsatax. Fis-seklu dsatax ftit li xejn kien hemm żviluppi fl-organizzazzjoni tal-purċissjoni iżda sar tibdil f'diversi vari. Inbidlu Il-Marbut u L-Imgћobbi (Ir-Redentur) x'aktarx minn idejn Karlu Darmanin li kien responsabbli wkoll, fl-aћћar kwart tas-seklu, gћal dawn l-istatwi: San Ġwann u l-Madonna tal-Vara l-Kbira, il-Veronika u L-Ort fil-Ġetsemani. L-erba' anġli żgћar tal-Monument inbidlu wkoll u saru erba' akbar, x'aktarx xogћol ta' Kalċidon Mangion jew Karlu Darmanin. Fl-1908, saret il-vara tat-Tradiment ta' Ġuda, li baqgћet unika fil-gżejjer Maltin sal-1961. Din il-vara ġabet żvilupp importanti fl-ikonografija tal-vari tal-Ġimgћa Mqaddsa gћax kienet l-ewwel darba li beda jidher episodju ġdid fis-sett vari fil-purċissjonijiet Maltin, sett li kien ilu stabbilit madwar seklu u nofs. Kienu jieћdu sehem iż-żewġ baned tal-parroċċa, Pinto u San Ġorġ Martri. L-ewwel nofs tas-seklu gћoxrin ra żviluppi oћrajn importanti li baqgћu uniċi f'Malta gћal b***a snin, apparti l-vara ta' Ġuda: l-introduzzjoni ta' parteċipanti lebsin kostum Lhudi jew Ruman. Qabel l-Ewwel Gwerra Dinjija (1914-18) saret il-libsa taċ-Ċenturjun Lonġinu quddiem il-Vara l-Kbira u, sa qabel l-1930, kienu żdiedu l-persunaġġi tal-Appostli Ġakbu, Pietru u Ġwanni quddiem il-vara ta' l-Ort u wkoll żewġ Lhud bil-buqar u xugaman li ssimbolizzaw il-ћasil tal-idejn minn Pilatu. Fis-Sena Mqaddsa 1933 żdiedu Ponzju Pilatu ma żewġ gwardji Rumani, Anna, Kajfa u s-Sultan Erodi Antipa. Fl-1934, żdiedu l-ilbiesi ta' Abram u Iżakk. B'hekk, il-purċissjoni issa bdiet tagћti idea wkoll tad-drama tal-Passjoni li twaћћdet mal-parti penitenzjali. Bidla oћra fis-snin tletin kienet li, flok bukketti, il-bradelli bdew jintramaw b'tapit baxx ta' fjuri. Mill-1945 'il hawn, il-purċissjoni kompliet tiżvilupp kemm fl-ikonografija tal-vari kif ukoll fil-partiċipanti lebsin l-ilbies tal-epoka. Fl-1961, żdiedu żewġ episodji ġodda fil-vari: L-Aћћar Ċena u Ġesù Jiltaqa’ mal-Madonna fit-Triq tal-Kalvarju li magћhom fl-1965 żdiedet vara oћra ġdida, Id-Deposizzjoni mis-Salib, biex b'hekk in-numru ta' vari tela' gћal tnax. Sa frattant, fl-1962 u fl-1965, tbiddlu tliet vari li kellhom statwa waћda biex issa kien hemm gruppi ta' statwi f'dawn il-vari: Il-Marbut, l-Ecce Homo, u l-Veronika. Ix-xogћol kollu sar f'Bari, l-Italja, minn Salvatore Bruno. Ħsarat f'uћud minn dawn il-vari ġabu bidliet oћrajn f'erba' minnhom bejn l-1980 u 1982, b'tibdil ukoll fl-ikonografija: Ġesù Jiltaqa' mal-Madonna żdiditlu l-figura ta' San Ġwann l-Evanġelista, Il-Marbut sar jirrapreżenta lil Ġesù Jinћall minn mal-Kolonna, mal-figura ta' l-Ecce Homo żdiedu Pilatu u Kajfa flok żewġ manigoldi, fil-waqt li mal-grupp tal-Veronika żdiedu Xmun iċ-Ċirinew iġorr is-salib u rappreżentanza tan-Nisa ta' Ġerusalemm. Dawn il-vari, flimkien ma xogћol ta' restawr fi statwi oћrajn, saru minn Alfred Camilleri Cauchi. Fl-1982 beda jiżżanżan sett ta' bankuni ġodda u bdew jiġu restawrati l-bradelli. Saru wkoll settijiet ta’ bsaten ġodda gћall-vari kollha. Fl-2007 intemmet ir-renovazzjoni tal-Monument li nkluda faldrappa ġdida, rakkmu tad-deheb fuq il-bellus fil-panewijiet ta' pedestall ġdid, u nduratura tal-partijiet ġodda. Fl-2011 inbeda programm ta’ restawr tal-vari, vara kull sena. Ix-xogћol tћalla f’idejn Omar Camilleri u s’issa ġew restawrati l-Irxoxt, id-Duluri, l-Ort, Ġuda, id-Deposizzjoni u r-Redentur. Mas-snin ћamsin bdew jiżdiedu sostanzjalment in-numru ta' figuri bibliċi u suldati Rumani u Lhud wara li fl-1948 kienet żdiedet il-figura ta' Malku. Hekk illum naraw ukoll, fost oћrajn, lill-Adam u l-Anġlu gwardjan tal-Eden, Abel u Kajjin, erba' profeti li ћabbru l-miġja ta' Ġesù, Melkisedek, Iżraeliti bil-manna, Iżraelin jerfgћu gћanqud kbir tal-gћeneb, Sant'Andrija u t-tfal bil-ћobż u l-ћut, grupp jirrapreżenta lil Ġużeppi mibjugћ minn ћutu, is-sultan David u Ahitofel, il-Profeta Mikea u s-seftur li sawtu, is-Sultan Aћab u l-kunsulieri, Nabot bil-qaddejja u dawk li xlewћ u ћaġġruh, Barabba, il-ћallelin li ssallbu ma' Ġesù, Xmun iċ-Ċirinew u wliedu, Mosè u Aronne, San Ġwann il-Battista, ix-xwejjaћ Xmun bil-Bambin; il-Profeta Ġona, Nikodemu u Ġużeppi minn Arimatea. Magћhom inżidu gwardi Rumani u Lhud, diversi simboli (inklużi l-Arka tal-Patt u x-Xemx) flimkien ma' gћadd ta' bandalori, uћud minnhom kbar, u numru ta' werrejja biex permezz tal-iskroll tagћhom ifissru lin-nies dak li jkunu qed jaraw fil-purċissjoni. Numru ta’ kostumi huma ta’ proprjetarji privati iżda diversi huma tal-parroċċa. Iż-żewġ baned attwali fil-parroċċa San Ġorġ jieћdu sehem ukoll kull sena: il-Banda Anici quddiem il-vara ta' l-Ort u l-Banda San Ġorġ Martri quddiem il-Vara l-Kbira. Dawn iż-żewġ baned jerġgћu jieћdu sehem fil-purċissjoni ta' Kristu Rxoxt nhar Ħadd il-Gћid fil-gћodu. Jieћdu sehem ukoll il-Boy Scouts qormin, uћud bil-bugles u t-tnabar quddiem il-vara tar-Redentur u grupp bil-fifra u t-tambur fil-bidu tal-purċissjoni. Fl-imgћoddi pjuttost imbiegћed kien hemm grupppi ta' nies li kellhom f'idejhom l-irfiegћ ta' xi vari partikolari bћal, ngћidu aћna, il-vara tal-Madonna tad-Duluri kienu jerfgћuha l-ћaddiema tal-faћam. Wara kien hemm sistema li l-gajjiet jingћataw f'idejn kapogruppi mill-prokuratur u mbagћad iddaћlet sistema ta' applikazzjonijiet u gћażla finali bil-polza. Iżda mill-1995 'il hawn l-irfiegћ tal-vari ingћata f'idejn il-ћames fratellanzi tal-parroċċa, u allura kull sena jerfghuhom il-fratelli li jagћtu servizz matul is-sena.

Żvilupp ieћor sar fit-tmexxija. Fl-1979 ma baqax ikun hemm aktar prokuratur iżda l-organizzazzjoni tal-purċissjonijiet tal-Ġimgћa Mqaddsa issa hi fdata f'idejn kumitat nominat mill-Arċipriet li hu magћmul minn numru ta’ lajċi u li qabel kien jinkludi wkoll saċerdoti. Dan il-kumitat jieћu ћsieb l-aspetti kollha tal-purċissjonijiet inklużi dawk finanzjarji u organizzattivi b'gћajnuna minn numru ta' voluntiera b'mod partikolari fl-aћћar ġimgћat tar-Randan kif ukoll fil-jiem stess tal-purċissjonijiet.

Il-kumitat jawgura lis-Segretarju tal-Kumitat, Dr. Luke Abela, li llum ingħaqad fis-Sagrament taż-Żwieġ ma' martu AnneMa...
20/06/2026

Il-kumitat jawgura lis-Segretarju tal-Kumitat, Dr. Luke Abela, li llum ingħaqad fis-Sagrament taż-Żwieġ ma' martu AnneMarie Baldacchino.

Awguri u talb mill-qalb.

Nhar it-Tnejn 25 ta' Mejju 2026, Jum Ħal Qormi, il-Kumitat tal-Ġimgħa l-Kbira, kien fost dawk li rċevew il-premju, Għarf...
27/05/2026

Nhar it-Tnejn 25 ta' Mejju 2026, Jum Ħal Qormi, il-Kumitat tal-Ġimgħa l-Kbira, kien fost dawk li rċevew il-premju, Għarfien il-Ħila, mill-Kunsill Lokali. Dan huwa rikonoxximent lil Kumitat tal-Ġimgħa l-Kbira għal ħidma li jwettaq biex jkunu organizzati l-festi tal-Ġimgħa Mqaddsa fil-Parroċċa tagħna. Żgur li wara l-esperjenza ta' din is-sena, wieħed japprezza ferm aktar il-ħidma ta' dan il-Kumitat. Nirringrazzjaw lil membri kollha tal-Kumitat għall-ħidma sfiqa tagħhom tul is-sena kollha.

05/04/2026

Grazzi lil kulħadd!

“Għal festi tal-Ġimgħa Mqaddsa, San Ġorġ Ħal Qormi trid tiġi!” 🏴󠁧󠁢󠁥󠁮󠁧󠁿

05/04/2026

Il-Ħadd 5 ta’ April 2026
IS-SOLENNITA‘ TAL-QAWMIEN TAL-MULEJ MILL-IMWIET
• 6:00, 7:30, 9:30am Quddiesa.
• Ma ssirx il-quddiesa tal-10:30am.
• 9:00am Toħroġ il-purċissjoni bl-istatwa artistika ta’ Kristu Rxoxt. Meta tasal ħdejn il-knisja tal-Vitorja, isir it-tberik tat-tfal bil-figolli.

05/04/2026

Address

95, Triq San Gorg
Qormi

Telephone

+35621492997

Website

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Ġimgħa Mqaddsa - Parroċċa San Ġorġ, Ħal Qormi posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Contact The Organisation

Send a message to Ġimgħa Mqaddsa - Parroċċa San Ġorġ, Ħal Qormi:

Share