Socjeta' Santa Marija u Banda Re Gorg V, Mqabba (Malta)

  • Home
  • Malta
  • Mqabba
  • Socjeta' Santa Marija u Banda Re Gorg V, Mqabba (Malta)
Call Directions Website

Socjeta' Santa Marija u Banda Re Gorg V, Mqabba (Malta) Aktar informazzjoni dwar l-istorja tas-Soċjeta` tinsab fis-sezzjoni 'History'.

Is-Soċjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V hija NGO li tieħu ħsieb l-organizzazzjoni tal-festa Titulari ta' Santa Marija fl-Imqabba u torganizza attivitajiet oħra matul is-sena. Sa mit-twaqqif tagħha, is-Soċjeta` Santa Marija u Banda Re Ġorġ V tieħu ħsieb l-organizzazzjoni tal-festa ta' Santa Marija fl-Imqabba (Malta), liema festa tiġi ċċelebrata matul ix-xahar t'Awwissu bil-qofol tal-festa jintlaħaq nhar il-15' t'Awwissu.

AFTERNOON TEA 🫖organizzat mis-Sezzjoni Nisa Titulari - Santa Marija L-Imqabba🗓️Il-Ħadd, 22 ta' Novembru🕑2:00pm 'il quddi...
12/11/2026

AFTERNOON TEA 🫖
organizzat mis-Sezzjoni Nisa Titulari - Santa Marija L-Imqabba
🗓️Il-Ħadd, 22 ta' Novembru
🕑2:00pm 'il quddiem
📍Palazz Santa Marija l-Imqabba

Iż-żgħażagħ tagħna. Proset! ❤️
11/11/2026

Iż-żgħażagħ tagħna. Proset! ❤️

B’ħeġġa u determinazzjoni, bi pjaċir inħabbru l-kumitat il-ġdid tas-Sezzjoni Żgħażagħ Santa Marija Mqabba għas-sena ta’ ħidma 2026/27 ❤️

Il-kumitat huwa ffurmat kif ġej:

President: Luca Falzon
Segretarju: Kyle Borg
Kaxxiera: Giordie Ritchie

Viċi-President: Declan Vella
Viċi-Segretarju: Javier Camenzuli
Viċi-Kaxxiera u Delegata Responsabbli mill-Fondi: Thea Bugeja

PRO: Kyle Borg Magro

Delegat għall-Attivitajiet Soċjali: Nathan Ghigo
Delegat għall-Attivitajiet Sportivi: Matthew Buhagiar
Delegata għall-Briju u l-Affarijiet tal-Festa: Valentina Mifsud

Nixtiequ nieħdu din l-okkażjoni sabiex nirringrazzjaw mill-qalb lill-kumitat preċedenti għall-ħidma, id-dedikazzjoni u l-impenn kontinwu tagħhom, li wasslu għal sena oħra mimlija suċċessi. 👏🏻

B’taħlita ta’ esperjenza, enerġija ġdida u ideat friski, il-kumitat il-ġdid jinsab lest biex ikompli jibni fuq dak li nkiseb, joħloq opportunitajiet ġodda u, fuq kollox, jaħdem b’għaqda u passjoni għall-unika Festa Titulari Mqabbija!

Flimkien, b’għan wieħed u b’imħabba waħda…Viva Santa Marija! ❤️

*Nieqes mir-ritratt Matthew Buhagiar

Is-Soċjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V tal-Imqabba tawgura lis-Sindku tal-Imqabba is-Sinjura Grace Marie Zerafa l-isb...
07/11/2026

Is-Soċjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V tal-Imqabba tawgura lis-Sindku tal-Imqabba is-Sinjura Grace Marie Zerafa l-isbaħ xewqat f'għeluq snina.
Awguri Grace Marie!

Il-President u l-Kumitat Eżekuttiv flimkien mal-fergħat fi ħdan is-Soċjetà jifirħu u jawguraw lil Rev. Kanonku Dun Marti...
06/11/2026

Il-President u l-Kumitat Eżekuttiv flimkien mal-fergħat fi ħdan is-Soċjetà jifirħu u jawguraw lil Rev. Kanonku Dun Martin Borg, Kappillan tal-Parroċċa ddedikata lil Santa Marija fl-Imqabba, fl-okkażjoni ta' għeluq sninu, propju llum 6 ta' Novembru.

Ad Multos Annos Kappillan!

Parroċċa Santa Marija l-Imqabba

🧠 IFQAGĦLI MOĦĦI! – QUIZ NIGHT 🎯Lest tittestja l-għerf tiegħek f'diversi suġġetti differenti?Ingħaqad magħna għal serata...
05/11/2026

🧠 IFQAGĦLI MOĦĦI! – QUIZ NIGHT 🎯

Lest tittestja l-għerf tiegħek f'diversi suġġetti differenti?

Ingħaqad magħna għal serata mimlija sfidi, muzika u divertiment.

📅 Il-Ġimgħa 20 ta' Novembru
🕗 Fit-8:00pm
📍 Palazz Santa Marija, l-Imqabba

💶 Donazzjoni ta' €8 kull persuna
👥 Massimu ta' 6 kompetituri f'kull tim

Irreġistra hawn: https://forms.gle/yEnpKPJ5gDezjvt4A

IIl-mistoqsijiet kollha se jkunu bl-Ingliż.

Għaqqad it-tim tiegħek, u lesti ruħek għal serata ta' sfidi!

🧠 IFQAGĦLI MOĦĦI! – QUIZ NIGHT 🎯

Think you've got what it takes? 🤔 It's time to put your brain to the test and have some fun with friends!

Join us for an entertaining evening packed with questions, challenges and plenty of music and fun!

📅 Friday 20 November
🕗 8:00pm
📍 Palazz Santa Marija, Mqabba

💶 Donation fee: €8 per player
👥 Each team must consist of a maximum of 6 players

Register here: https://forms.gle/yEnpKPJ5gDezjvt4A

All quiz questions will be in English.

Get your team together, sharpen your minds and get ready for a fun night!

Mumenti miċ-ċelebrazzjoni qaddisa tal-Pussess tal-W.R. Kanonku Dun Martin Borg bħala Kappillan ġdid tal-Parroċċa ta' San...
04/11/2026

Mumenti miċ-ċelebrazzjoni qaddisa tal-Pussess tal-W.R. Kanonku Dun Martin Borg bħala Kappillan ġdid tal-Parroċċa ta' Santa Marija fl-Imqabba, li saret nhar is-Sibt, 31 ta' Ottubru, permezz ta' quddiesa solenni fil-Knisja Parrokkjali ta' Santa Marija fl-Imqabba, preseduta mill-Isqof Awżiljarju u Vigarju Ġenerali, l-E.T. Mons. Joseph Galea Curmi.

Wara ċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa, kellna wkoll l-opportunità li ningħaqdu lkoll flimkien għal riċeviment u għall-preżentazzjoni ta' rigali li jikkommemoraw dan l-avveniment daqstant importanti għall-parroċċa tagħna.

Filwaqt li nilqgħu wkoll b'ferħ u b'rikonoxximent it-talba tal-Kappillan biex il-Presidenti taż-żewġ Soċjetajiet Mużikali jkunu x-xhieda ta' dan il-Pussess, minn hawn inġeddu l-awgurju lill-Kappillan il-ġdid u nkomplu nitolbu lil Alla u lill-Madonna għalih, biex iżommu idejhom fuqu f'dan il-Ministeru Qaddis tiegħu fostna, l-Imqabbin.

Ad Multos Annos, Kappillan!

Il-President u l-Kumitat Eżekuttiv, flimkien mal-Fergħat kollha fi ħdan is-Soċjetà, jifirħu lis-seminarista Imqabbi Marv...
02/11/2026

Il-President u l-Kumitat Eżekuttiv, flimkien mal-Fergħat kollha fi ħdan is-Soċjetà, jifirħu lis-seminarista Imqabbi Marvic Mallia, li rċieva l-Ministeru tal-Aċkolitat mill-Arċisqof Mons. Charles J. Scicluna.

Filwaqt li mill-qalb nawguraw lil Marvic, inkomplu nitolbu għas-seminaristi kollha sabiex bil-għajnuna t'Alla u tal-Madonna jkomplu l-mixja tagħhom li twassalhom għas-saċerdozju.🙏

🇲🇹L-Għid tal-Erwieħ u matul ix-xahar ta' Novembru, is-Soċjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V tfakkar il-memorja tas-Soċj...
02/11/2026

🇲🇹L-Għid tal-Erwieħ u matul ix-xahar ta' Novembru, is-Soċjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V tfakkar il-memorja tas-Soċji, bandisti, partitarji, benefatturi, membri fil-fratellanzi, kleru u Mqabbin li telqu qabilna bis-sinjal tal-fidi li ħadu fil-magħmudija. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta' dejjem.

🇬🇧All Souls Day, we remember the memory of those who passed away. Our society remembers all the members, volunteers and locals who passed away.

Illum l-1 ta' Novembru, ġurnata mportanti għall-Knisja Kattolika u b'mod speċjali għalina l-Imqabbin fejn nfakkru meta f...
01/11/2026

Illum l-1 ta' Novembru, ġurnata mportanti għall-Knisja Kattolika u b'mod speċjali għalina l-Imqabbin fejn nfakkru meta fl-1 ta' Novembru 1950 ġewwa l-Vatikan il-Papa Piju XII ipproklama u ddefinixxa t-tlugħ fis-sema ta' Santa Marija bir-ruħ u bil-ġisem, bħala domma tal-fidi.
Permezz ta’ din id-Domma tal-Fidi, ġie ikkonfermat b’mod solenni dak li kien ilu aċċettat b’fidi sħiħa mill-fidili kollha fil-Knisja dinjija. Fid-dokument Munificentissinus Deus, il-Papa Piju XII sostna li:
“Bis-setgħa tal-Mulej Ġesu Kristu, tal-qaddisin appostli Pietru u Pawlu, u bl-awtorità tagħna, aħna nxandru, niddikjaraw u niddefinixxu bħala domma rrivelata minn Alla: li l-Immakulata Omm Alla Marija dejjem Verġni, meta temmet il-mixja ta’ ħajitha fuq l-art, ittieħdet bil-ġisem u r-ruħ fil-glorja tas-sema.”💗

Coffee Morning☕️ 🗓️ Il-Ħamis, 5 ta' Novembru🕘 9:00am📍 Palazz Santa Marija, l-Imqabba Sezzjoni Nisa Titulari - Santa Mari...
31/10/2026

Coffee Morning☕️

🗓️ Il-Ħamis, 5 ta' Novembru
🕘 9:00am
📍 Palazz Santa Marija, l-Imqabba

Sezzjoni Nisa Titulari - Santa Marija L-Imqabba

Address

Palazz Santa Marija, Pjazza Tal-Knisja
Mqabba
MQB1011

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Socjeta' Santa Marija u Banda Re Gorg V, Mqabba (Malta) posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Shortcuts

Share