Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria, Żurrieq

Call Directions Website Contact the organisation

Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria, Żurrieq Merħba fil-paġna uffiċjali tal-Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria, Żurrieq
www.talkarmnuzurrieq.org

05/11/2026
🎙️ Ingħaqad mat-tim ta’ Radju Leħen il-Karmelitani 101.4 FM! 💙Radju Leħen il-Karmelitani 101.4 FM qed ifittex persuni ġo...
05/11/2026

🎙️ Ingħaqad mat-tim ta’ Radju Leħen il-Karmelitani 101.4 FM! 💙

Radju Leħen il-Karmelitani 101.4 FM qed ifittex persuni ġodda biex jingħaqdu mat-tim tiegħu bħala preżentaturi jew tekniċi tar-radju.

Kemm jekk tixtieq tkun wara l-mikrofonu, kif ukoll jekk tippreferi taħdem fuq l-aspett tekniku, din hija opportunità biex tagħti sehmek, titgħallem u tkun parti mit-tim!

📝 Applika billi timla l-Google Form:
https://forms.gle/KvwRYJjcHrRpuugK7

Inħeġġukom tingħaqdu magħna! 💙

Ingħaqad magħna nhar is-Sibt, 14 ta’ Novembru, mit-3:00 p.m. ’il quddiem, fil-Każin tal-Għaqda Karmelitana Banda Queen V...
03/11/2026

Ingħaqad magħna nhar is-Sibt, 14 ta’ Novembru, mit-3:00 p.m. ’il quddiem, fil-Każin tal-Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria, Żurrieq! 💛

⚠️ Il-postijiet huma limitati

🍰 Afternoon Tea ☕✨
Il-Kumitat Ċentrali jistieden lil kulħadd għal Afternoon Tea nhar is-Sibt, 14 ta’ Novembru, fil-Każin tal-Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria.
Ibda wara nofsinhar sabiħ u rilassanti f’ambjent festiv, b’ikel tajjeb u kumpanija mill-aqwa.
⏰ Mit-3:00 p.m. ’il quddiem
📞 Ibbukkja fuq: 79775681

2 ta' Novembru - Jum L-ErwieħF'dan il-jum, il-Knisja Kattolika tikkommemora l-erwieħ kollha li ħallew din id-dinja. Għal...
02/11/2026

2 ta' Novembru - Jum L-Erwieħ
F'dan il-jum, il-Knisja Kattolika tikkommemora l-erwieħ kollha li ħallew din id-dinja.
Għalhekk, illum niftakru f'dawk kollha li m'għadhomx magħna, b'mod partikolari niftakru fil-membri u l-partitarji tal-Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria, Żurrieq li ħallewna.
Il-memorja tagħhom tibqa' tgħix dejjem fostna. 🤍

1 ta' Novembru - Jum il-Qaddisin Kollha.F’dan il-jum infakkru  lill-qaddisin kollha.
01/11/2026

1 ta' Novembru - Jum il-Qaddisin Kollha.
F’dan il-jum infakkru lill-qaddisin kollha.

31/10/2026

🩷 Dalgħodu fil-Pjazza! 🧁💙

Dalgħodu, is-Sezzjoni Żgħażagħ Karmelitani ser tkun f’Misraħ ir-Repubblika, iż-Żurrieq, għall-Pink October & Movember Bake Sale, b’għażla ta’ ħelu mill-aqwa! 🍰

L-attività qed issir b’risq The Marigold Foundation, bħala parti mill-kampanji Pink October u Movember.

📅 Is-Sibt 31 ta’ Ottubru u l-Ħadd 1 ta’ Novembru
🕗 Mit-8:00am sa 12:00pm
📍 Misraħ ir-Repubblika, iż-Żurrieq

Għada l-Ħadd ser nerġgħu nkunu hemm b’aktar ħelu għalikom! 🧁

Inħeġġukom tiġu tieħdu xi ħaġa tajba filwaqt li tagħtu l-kontribut tagħkom għal din il-kawża ġusta! 🩷💙

💙 Kumitat Ċentrali 2026–2027Ilbieraħ saret it-tieni laqgħa tal-Kumitat Ċentrali tal-Għaqda Karmelitana Banda Queen Victo...
30/10/2026

💙 Kumitat Ċentrali 2026–2027

Ilbieraħ saret it-tieni laqgħa tal-Kumitat Ċentrali tal-Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria, Żurrieq, li matulha ġew assenjati l-karigi u r-responsabbiltajiet tal-membri għall-perjodu 2026–2027.

President: Anthony Borg
Viċi-President: Charlie Vella
Segretarju: Dr Leon Camilleri
Assistent Segretarju: Dr Katia Farrugia Cachia
Teżorier: Dorian Tanti
Assistent Teżorier, Chairperson tal-Kummissjoni Banda u Delegat tal-Banda Queen Victoria A.D. 1865: Claude Farrugia
Direttur tal-Każin: Gordon Sammut
Assistent Direttur tal-Każin: Manuel Theuma
Direttur tal-Attivitajiet u Rappreżentanta tal-Kummissjoni Armar: Patricia Azzopardi
Rappreżentant tal-Kummissjoni Nar u l-Kummissjoni Fondi: Kevin Block
Chairperson tas-Sezzjoni Żgħażagħ: Michelle Scicluna
Chairperson ta’ Celestial Promotions: Kevin Cachia
Rappreżentant tal-Kummissjoni Radju, Lenti Karmelitana Grupp Multimedia u l-Kummissjoni Relazzjonijiet Pubbliċi: Sergio Spiteri

Nawguraw lill-membri kollha ħidma produttiva u sena ta’ suċċess b’risq l-Għaqda u l-festa tal-Madonna tal-Karmnu. 💙

📢 Ingħaqad mal-Kummissjoni Inizjattivi u Sostenn! 💙Tixtieq tagħti sehmek fl-organizzazzjoni ta’ attivitajiet u inizjatti...
27/10/2026

📢 Ingħaqad mal-Kummissjoni Inizjattivi u Sostenn! 💙

Tixtieq tagħti sehmek fl-organizzazzjoni ta’ attivitajiet u inizjattivi fi ħdan l-Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria?

Din hija l-opportunità tiegħek biex tkun parti minn tim, taqsam l-ideat tiegħek u tgħin fit-twettiq ta’ inizjattivi ġodda!

Oħloq. Organizza. Wettaq.

📝 Applika billi timla l-Google Form:
https://forms.gle/Bk7zEMRdcsKuD7YF9

Inħeġġukom tingħaqdu magħna! 💙

27/10/2026

Hawn min ħasiblu kmieni! 😅

Nhar il-Ħadd li ġej, Escape the Wild jirritorna f’Ħal Millieri b’żewġ Escape Rooms mimlijin misteri u sfidi! 🔦

🩸 DEAD END (16+)
Delitt misterjuż, diversi vittmi u katavru nieqes. Segwi l-ħjiel, skopri messaġġi moħbija u solvi l-każ qabel ma tasal fi triq bla ħruġ! Se jirnexxilek issib lil Pete u tiskopri l-verità?

⚰️ BURIED ALIVE
George għeb f’lejl mudlam ta’ Halloween u hemm xnigħat li ndifen ħaj. Investiga l-għajbien tiegħu, sib l-oġġetti li ħalla warajh u skopri x’ġara tassew qabel ma jispiċċalek il-ħin!

📅 Il-Ħadd, 1 ta’ Novembru 2026
🕖 Mis-7:00pm ’il quddiem
📍 Ħal Millieri
📞 GĦALL-BOOKING:
🩸 DEAD END (16+):
https://forms.gle/hycNFqBPqfXsGbiE7
⚰️ BURIED ALIVE:
https://forms.gle/L3Z78ehpGVmgVbGEA
📱 Telefon: 79041484
Agħżel il-misteru tiegħek u bbukkja postok! 🎃

Address

Misraħ Ir-Repubblika
Iz-Zurrieq
ŻRQ1010

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria, Żurrieq posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Contact The Organisation

Send a message to Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria, Żurrieq:

Shortcuts

Share