Soċjeta' Mużikali Qawra AD 2024
Iċ-Ċentru Soċjali u Mużikali Qawra twaqqaf fit-13 ta’ Marzu 2024 bl-għan li nipprovdu u nipprowovu tagħlim tal-mużika bla ħlas u biex insaħħu l-kultura Maltija fil-Qawra u Buġibba, indipendenti mill-eta’, ġeneru jew razza. Fil-5 ta' April 2024 ġie uffiċjalment irreġistrat bħala każin tal-banda mal-Kummissarju tal-Volontarjat u mal-entitajiet governattivi. L-iskop ewlieni taċ-Ċentru Soċjali u Mużikali Qawra huwa li nipprovdu u nipprowovu tagħlim tal-mużika bla ħlas u l-kultura Maltija lit-tfal, żgħażagħ u adulti li hawn fiż-żoni tal-Qawra u Buġibba, indipendenti mill-eta’, il-ġeneru, razza etċ. Li taħdem id f’id u b’kollaborazzjoni waħda ma’ soċjetajiet u għaqdiet f’San Pawl il-Baħar li għandhom l-istess għan. Nikkontribwixxu u nieħdu sehem primarjament fl-attivitajiet reliġjużi, soċjali u kulturali f’kull festa jew attivita` li tiġi mistiedna ġewwa San Pawl il-Baħar u barra.