Soċjeta' Mużikali San Pawl ta' San Pawl il-Baħar

Directions Contact the organisation

Soċjeta' Mużikali San Pawl ta' San Pawl il-Baħar Contact information, map and directions, contact form, opening hours, services, ratings, photos, videos and announcements from Soċjeta' Mużikali San Pawl ta' San Pawl il-Baħar, Non-Governmental Organization (NGO), 62, Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar.

L-iskop ewlieni tas-Soċjetà hu li xxerred u tħares il-kultura tradizzjonali Maltija permezz tat-tagħlim tal-mużika mingħajr ħlas, kif ukoll billi tipprovdi post ta’ rikreazzjoni għall-membri tagħha.

15/11/2026
Bi pjaċir inħabbru li għat-tielet sena konsekuttiva, il-Banda ta’ San Pawl il-Baħar, bħala l-Banda tal-Lokalità, ġiet mi...
15/11/2026

Bi pjaċir inħabbru li għat-tielet sena konsekuttiva, il-Banda ta’ San Pawl il-Baħar, bħala l-Banda tal-Lokalità, ġiet mistiedna tagħti servizz mużikali fil-Villaġġ tal-Milied organizzat mill-Ministeru għall-Enerġija u l-Ambjent.

Nieħdu din l-opportunità sabiex nirringrazzjaw lill-Ministru Miriam Dalli talli, għal sena oħra, għażlet lil San Pawl il-Baħar sabiex jospita l-Villaġġ tal-Milied.

14/11/2026

Is-Soċjetà Mużikali San Pawl ilha mwaqqfa kważi 80 sena. Matul dawn is-snin kollha, is-Soċjetà dejjem ħadmet biex tagħti lil kulħadd l-opportunità jiżviluppa u juri t-talent mużikali tiegħu.

Bħalissa, qedin insegwu b’attenzjoni tentattivi fuq il-Banda San Pawl rigward is-servizzi mużikali annwali li ilhom isiru madwar il-lokalità mill-Kunsill Lokali, bil-possibbiltà li dawn jingħataw lil banda privata minflok lill-banda tal-lokalità.

Għalissa mhux se nidħlu f’aktar dettalji sakemm ikun hemm deċiżjoni, iżda nfakkru li f'kull lokalita' f'Malta, dejjem tingħata prijorità lill-banda tal-istess lokalita, bħala rikonoxximent tal-ħidma, l-istorja u l-kontribut tagħha lejn il-komunità.

Il-President Joseph Vella u s-Soċjetà Mużikali San Pawl jawguraw lis-Sur Rennie Borg f’għeluq il-81 sena tiegħu 🎉🎂Rennie...
13/11/2026

Il-President Joseph Vella u s-Soċjetà Mużikali San Pawl jawguraw lis-Sur Rennie Borg f’għeluq il-81 sena tiegħu 🎉🎂

Rennie Borg huwa l-aktar membru anzjan tas-Soċjetà Mużikali u għadu jagħti sehmu b’dedikazzjoni fil-ħidma kulturali. Fl-2025 kien ġie onorat b'Ġieħ is-Soċjeta'.

Nawgurawlu aktar snin ta’ saħħa u hena sabiex ikompli jservi l-mużika u l-kultura Maltija 🥁🎷🎺

Awguri Sinċieri lill-E.T. il-President tar-Repubblika ta’ Malta.Il-President Joseph Vella, il-Kumitat Eżekuttiv u l-Memb...
25/10/2026

Awguri Sinċieri lill-E.T. il-President tar-Repubblika ta’ Malta.

Il-President Joseph Vella, il-Kumitat Eżekuttiv u l-Membri kollha tas-Soċjetà Mużikali San Pawl jawguraw l-isbaħ xewqat lill-Eċċellenza Tagħha, il-President tar-Repubblika ta’ Malta, Dr Myriam Spiteri Debono, fl-okkażjoni ta’ għeluq sninha.

F’dan il-jum speċjali, nawgurawlha saħħa, hena u serenità, flimkien ma’ kull ġid fit-twettiq tal-missjoni għolja tagħha b’risq il-poplu Malti u Għawdxi.

🎉 AWGURI LIL-PRESIDENT TAGĦNA! 🎉Is-Soċjetà Mużikali San Pawl tixtieq tagħti l-iktar awguri sinċieri lill-President tagħn...
23/10/2026

🎉 AWGURI LIL-PRESIDENT TAGĦNA! 🎉
Is-Soċjetà Mużikali San Pawl tixtieq tagħti l-iktar awguri sinċieri lill-President tagħna, is-Sur Joseph Vella, f’għeluq sninu 🎂🎂

22/10/2026

AVVIŻ UFFIĊJALI MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
Il-Kummissjoni Elettorali tas-Soċjetà Mużikali San Pawl tinforma lill-membri li, l-Erbgħa 21 ta’ Ottubru 2026, għalaq uffiċjalment il-proċess demokratiku ta’ sebat ijiem li matulu s-66 membru eliġibbli setgħu jippreżentaw in-nomini tagħhom għall-elezzjoni tal-Kumitat Eżekuttiv.

Wara li ġew magħluqa u eżaminati n-nomini, il-Kummissjoni Elettorali tħabbar dan li ġej:

KANDIDAT WIEĦED GĦALL-KARIGA TA’ PRESIDENT
VELLA JOSEPH
Peress li ġiet ippreżentata nomina waħda biss għall-kariga ta’ President, is-Sur Joseph Vella ġie elett mingħajr il-ħtieġa ta’ votazzjoni.

Artikolu 15(p): jipprevedi li meta n-numru ta' kandidati jkun daqs in-numru ta' postijiet mitluba, dawn jiġu ddikjarati eletti mingħajr votazzjoni.

KANDIDATI GĦALL-MEMBRI EŻEKUTTIVI
Għall-kariga ta’ Membru Eżekuttiv ġew ippreżentati disa' (9) nomini, li minnhom iridu jiġu eletti sitt (6) membri. Matul il-proċess nomina waħda (1) ġiet irtirata.

Il-kandidati uffiċjali huma:
AZZOPARDI NANETTE
BUGEJA EDWARD
CORTIS BIANCA
DARMANIN JOSANN
HILI ANDREW
NAVARRO MATTHEW
SAMMUT JOHN
SCHEMBRI JESSICA

DATA U ĦIN TAL-VOTAZZJONI fis-sala tal-każin tal-banda.
Il-Ġimgħa, 23 ta’ Ottubru 2026.
Ħin: Mill-4:00 p.m. sas-7:00 p.m.

Il-votazzjoni hija riservata esklussivament għas-66 membru eliġibbli skont il-lista uffiċjali tal-membri bl-isħubija mħallsa sal-24 ta' Settembru 2026.

Kull membru li jersaq biex jivvota għandu obbligatorjament jippreżenta l-Karta tal-Identità tiegħu lill-Kummissjoni Elettorali sabiex tkun tista’ ssir il-verifika meħtieġa qabel jingħata l-vot.

Il-Kummissjoni Elettorali tħeġġeġ lill-membri eliġibbli sabiex jeżerċitaw id-dritt demokratiku tagħhom u jieħdu sehem f’dan il-proċess elettorali, b’rispett lejn l-Istatut tas-Soċjetà.

21/10/2026

Risposta għad-dikjarazzjoni tas-Sur Patrick Cassar dwar l-irtirar tal-kandidatura tiegħu għall-Kumitat Eżekuttiv.

Is-Soċjetà Mużikali San Pawl ħadet nota tad-dikjarazzjoni tas-Sur Patrick Cassar dwar id-deċiżjoni tiegħu li jirtira l-kandidatura tiegħu għall-Kumitat Eżekuttiv. Is-Soċjeta' Mużikali nfurmata li l-Kummissjoni Elettorali wieġbet għal kull mistoqsija li saret mis-Sur Cassar fiż-żmien 25 siegħa.

Madankollu, fid-dawl tal-mistoqsijiet u l-kummenti li tqajmu, is-Soċjetà tqis li huwa xieraq li tagħti kjarifika dwar iċ-ċirkostanzi li wasslu għall-bidu tal-proċess elettorali u l-miżuri li ttieħdu.

Nhar it-Tnejn, 12 ta' Ottubru 2026, issejħet laqgħa urġenti tal-Kumitat Eżekuttiv b'avviż ta' 30 siegħa minn qabel. Minn total ta' seba' membri, ħamsa attendew għal din il-laqgħa, filwaqt li ż-żewġ membri l-oħra ma attendewx u lanqas ma infurmaw minn qabel li ma kinux ser ikunu preżenti.

F'dan ir-rigward, is-Soċjetà tixtieq tirrimarka li għalkemm mhux membru tal-kumitat is-Sur Patrick Cassar, kien xorta infurmat bil-laqgħa u kellu l-opportunità li jattendi għal din il-laqgħa u jipparteċipa fid-diskussjoni u fid-deċiżjoni li ttieħdet. Madankollu, huwa ma attendiex.

Dan il-fatt qed jissemma sabiex tingħata stampa sħiħa taċ-ċirkostanzi li fihom ittieħdet id-deċiżjoni. Il-laqgħa kienet opportunità għall-membri tal-Kumitat biex ikunu preżenti, jesprimu l-opinjoni tagħhom u jipparteċipaw fid-diskussjoni dwar il-futur tas-Soċjeta'.

Il-proċess tan-nominazzjonijiet infetaħ nhar l-Erbgħa, 14 ta' Ottubru 2026, u nżamm miftuħ sal-Erbgħa, 21 ta' Ottubru 2026, fis-6:00pm.

Il-formoli tan-nominazzjonijiet intbagħtu bil-posta lill-membri, kienu disponibbli fil-bottegin u anki twaħħal avviz fil-bottegin. Ġie ppubblikat ukoll avviż fuq il-paġna uffiċjali tas-Soċjetà u anki fil-whatsapp group tal-membri.

Kull nomina li daħlet ġiet ittimbrata bit-timbru tas-Soċjeta' u ntefat fil-kaxxa tal-votazzjoni. Is-Soċjetà tqis li ttieħdu passi konkreti sabiex jinħoloq proċess miftuħ, aċċessibbli u demokratiku kemm jista' jkun.

Bħala parti mill-arranġamenti għall-proċess elettorali, inħatret Kummissjoni Elettorali magħmula minn ħames persuni u għandha rwol importanti fis-sorveljanza tal-proċess, inkluż l-eżami tan-nominazzjonijiet u t-twettiq tal-passi relatati mal-elezzjoni, skont l-Istatut tas-Soċjetà u l-proċeduri applikabbli.

Il-lista uffiċjali tas-sħubija għas-sena 2026 tinkludi 84 membru. Madankollu, il-lista aġġornata sal-24 ta' Settembru 2026 tinkludi 66 membru għall-finijiet tal-kriterju tal-ħlas tal-menswalità relatat mal-eliġibbiltà għall-vot.

Dawn il-miżuri jirriflettu l-intenzjoni li l-proċess ikun organizzat u demokratiku kemm jista' jkun.

Il-ħarsien tal-każin u l-futur tas-Soċjetà Mużikali San Pawl għandhom jibqgħu l-prijorità tagħna lkoll. Dan il-mument jirrikjedi serjetà, responsabbiltà, impenn u ħidma kollettiva, dejjem fl-aħjar interess tas-Soċjetà u tal-komunità li ilha taqdi għal madwar 80 sena.

Address

62, Triq San Pawl
San Pawl Il-Baħar

Opening Hours

Tuesday 07:00 - 21:00
Wednesday 07:00 - 21:00
Thursday 07:00 - 21:00
Friday 07:00 - 21:00
Saturday 07:00 - 21:00
Sunday 07:00 - 15:00

Website

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Soċjeta' Mużikali San Pawl ta' San Pawl il-Baħar posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Contact The Organisation

Send a message to Soċjeta' Mużikali San Pawl ta' San Pawl il-Baħar:

Shortcuts

Share

Nearby non profit organisations


Other Non-Governmental Organizations (NGOs) in San Pawl il-Baħar

Show All