Grupp Armar Festa Sant' Anna Wied il-Għajn

Call Directions

Grupp Armar Festa Sant' Anna Wied il-Għajn Din hi l-paġna uffiċjali tal-volontiera li jgħinu l-għaqda tal-Parroċċa inkarigata mill-armar tal-festa ta' Sant' Anna f'Wied il-Għajn

Is-2️⃣6️⃣ tax-xahar reġa' magħna, il-ġurnata li niftakaru fil-patruna tagħna.....Ritratt: il-vara t'Ommna Sant'Anna, fil...
26/10/2026

Is-2️⃣6️⃣ tax-xahar reġa' magħna, il-ġurnata li niftakaru fil-patruna tagħna.....

Ritratt: il-vara t'Ommna Sant'Anna, fil-fabbrika ta' Ferdinando Stuflesser, fejn qed naraw l-istatwarju jitfina l-vara. Is-sena d-dieħla, ser infakkru t-80 sena mill-wasla ta' din il-ġawhra fostna.

Sant'Anna, Omm ħanina, itlob għalina🧡💚

9️⃣xhur oħra għall-ġurnata tant għall-qalbna l-Iskaliżi, li naraw lil Ommna Sant'Anna toħroġ tbierek ir-raħal li tant iħ...
25/10/2026

9️⃣xhur oħra għall-ġurnata tant għall-qalbna l-Iskaliżi, li naraw lil Ommna Sant'Anna toħroġ tbierek ir-raħal li tant iħobbha

Viva Sant'Anna🧡💚

Il-Grupp Armar jixtieq jawgura mill-qalb lil Richard Attard f'jum għeluq sninu. Awguri.
10/10/2026

Il-Grupp Armar jixtieq jawgura mill-qalb lil Richard Attard f'jum għeluq sninu. Awguri.

Il-Knisja tas-Sultana tagħna tar-Rużarju armata għall-festa tagħha...Programm tal-lejla:18:30 - Quddiesa fil-parroċċa 19...
09/10/2026

Il-Knisja tas-Sultana tagħna tar-Rużarju armata għall-festa tagħha...

Programm tal-lejla:
18:30 - Quddiesa fil-parroċċa
19:15 - Purċissjoni bil-vara tal-Madonna tar-Rużarju
20:00 - Quddiesa fil-Knisja tal-B.V tar-Rużarju

Marija, Sultana tar-Rużarju, itlob Għalina

Il-kwadri titulari tal-knisja tal-Beata Verġni tar-Rużarju ġewwa Wied il-Għajn Kwadru li kellha l-knisja tal-Madonna tar...
08/10/2026

Il-kwadri titulari tal-knisja tal-Beata Verġni tar-Rużarju ġewwa Wied il-Għajn

Kwadru li kellha l-knisja tal-Madonna tar-Rużarju kien dak inpitter minn Ġużeppi Briffa fl-ewwel nofs tas-seklu Għoxrin li juri sitt xeni differenti:
- Ċentru: id-dehra tal-Madonna f'Fatima
- Xellug: il-Madonna tal-Karmnu tinterċedi għall-erwieħ tal-purgatorju
- Lemin: il-Madonna bil-kurna tas-Ssmu. Rużarju teqred il-ħażen
- Ċentru isfel: it-twlied ta' Sidna Ġesù Kristu
- Xellug isfel: Marija Addolorata
Lemin isfel: San Ġużepp

Dan il-kwadru tbiddel b'ieħor tal-artist Raphael Bonnici Cali' illi juri x-xena tas-Sultana tagħna tagħti l-kuruni tar-Rużarju lil San Duminku u Santa Katerina ta' Siena. Fatt interessanti ħafna dwar dan il-kwadru hu, li huwa trittiku, għaliex separament mill-kwadru ewlieni naraw il-pitturi ta' San Ġwann il-Battista u tal-Appostlu San Pawl. Dawn huma mpittra fuq bieba, u li meta jkunu magħluqa jġibu żewġ armi ta żewġ familji differenti.

L-ewwel kwadru li għamilna referenza għalih jinsab fil-Kurja tal-Arċisqof ġewwa l-Furjana. Hemm possibbiltà kbira li qabel dan il-kwadru li semmejna, il-knisja kellha kwadru ieħor tas-Sultana tagħna tar-Rużarju u dan għar-raġunijiet li (dejjem inżommu f'moħħna li l-knisja ġiet mibdnija fl-1856) li l-kwadru ta' Briffa tpitter fis-seklu għoxrin u d-dehra tal-Madonna ġewwa Fatima seħħet fl-1917.

Illum il-Knisja Kattolika qed tiċċelebra l-festa tal-Beata Verġni taħt it-titolu tas-Ssmu. Rużarju, devozzjoni li hi mxe...
07/10/2026

Illum il-Knisja Kattolika qed tiċċelebra l-festa tal-Beata Verġni taħt it-titolu tas-Ssmu. Rużarju, devozzjoni li hi mxerrda madwar id-dinja kollha.

Din id-devozzjoni qawwija bdiet fl-1571, mar-rebħ tal-battalja ta' Lepanto, fejn il-Papa Piju V ordna lill-Insara kollha sabiex jgħidu t-talba tar-Rużarju sabiex Il-Madonna tinterċedi għall-Insara f'battalja navali kontra l-Ottomani. U kien fis-7 t'Ottubru, meta mirakolużament, il-qawwa Nisranija ħarġet vittorjuża fuq il-qawwa Ottomana. Il-Papa Piju V attribwita lil din ir-rebħa mat-talba sabiħa tar-Rużarju, fejn din it-talba teqred il-ħażen.

Ritratt: pittura fejn turi l-viżjoni li kellu Piju V, tar-rebħa tal-battalja ta' Lepanto

Id-devozzjoni lejn Sidtna Marija taħt it-titlu tas-Ssmu. Rużarju ġewwa Wied il-GħajnMagħtul ix-xahar t'Ottubru, il-parro...
06/10/2026

Id-devozzjoni lejn Sidtna Marija taħt it-titlu tas-Ssmu. Rużarju ġewwa Wied il-Għajn

Magħtul ix-xahar t'Ottubru, il-parroċċi kollha ta' Malta u Għawdex jiċċelebraw il-festa tal-Madonna tar-Rużarju, f'raħlna tkun iċċelebrata nhar il-Ġimgħa. F'bosta parroċċi d-devozzjoni lejn il-Madonna tar-Rużarju bdiet mit-twaqqif ta' fratellanza, iżda f'raħalna nistu ngħidu li bdiet b'xort'oħra.

L-ewwel referenza li għanna f'raħalna ta' devozzjoni lejn Sidtna Marija tar-Rużarju tmur lura għall-1855, meta Wied il-Għajn kien għadu biss raħal ċkejken u li jifforma parti minn Ħaż-Żabbar.
Fis-16 t'April tal-1855, in-Nobbli Luigi Manduca, Conti ta' Montalto, għamel rikors lill-Kappillan ta' Ħaż-Żabbar, sabiex jibni knisja ċkejkna ddedikata lill-Madonna tar-Rużarju, hekk li kellu devozzjoni partikolari lejha. Hu xtaq li l-knisja tintuża għall-bżonnijiet spirtwali tiegħu u tal-familja, u kif ukoll tkun ta' benefiċju għan-nies tal-viċinanzi. Din it-talba marret quddiem l-Arċisqof ta' Malta ta dak iż-żmien, Publio Maria Conti Sant, fejn intlaqa r-rikors fit-8 ta' Mejju ta' dik l-istess sena. Din il-knisja ġiet mibnija sena wara, fl-1856.

Ritratt Numru 1: l-ewwel paġna tar-rikors, fejn iġib id-data
Ritratt Numru 2: it-tieni paġna tar-rikors, fejn fih insibu r-referenza fejn in-Nobbli juri x-xewqa għall-knisja sabiex tiġi ddedikata lill-Beata Verġni taħt it-titolu tas-Ssmu. Rużarju
Ritratt Numru 3: il-pjanta tal-knisja, iz-zuntier u kif ukoll tas-sagristija
Ritratt Numru 4: pittura tal-Arċisqof Publio Maria Conti Sant

Illum is-2️⃣6️⃣ tax-xahar, il-ġurnata tant għażiża għalina li tfakkarna f'Ommna Sant'Anna. Dan ir-ritratt juri l-vara t'...
26/09/2026

Illum is-2️⃣6️⃣ tax-xahar, il-ġurnata tant għażiża għalina li tfakkarna f'Ommna Sant'Anna.

Dan ir-ritratt juri l-vara t'Ommna Sant'Anna armata fil-knisja l-qadima. Apparti minn hekk, jekk wieħed jiflih sew, jinnota li l-libsa hi fl-istat oriġinali tagħha, għaliex il-vara ġiet indurata fl-1972, f'għeluq il-25 sena tal-wasla tagħha fostna. Nistgħu naraw ukoll li l-pedestal kien jintrama bil-maqlub tal-lum, bil-ġustizzja fuq quddiem.

Is-sena d-dieħla, il-vara ta' Sant'Anna tagħlaq 80 sena mill-wasla tagħha. Minjaf kemm Skaliżi u devoti daru lejha, lejn vara li nafu li tirrappreżenta l-qaddisa protettura tagħna, u kemm grazzji fis-skiet ġew maqlugħa.
Sant'Anna, Ommna l-Iskaliżi, itlob għalina🧡💚

🔟 xhur oħra nkunu qed ingawdu dan il-ġmiel t'armar......🧡💚
24/09/2026

🔟 xhur oħra nkunu qed ingawdu dan il-ġmiel t'armar......🧡💚

Bħal-lum 🔟xhur oħra..... Jum il-Marċ tad-Dimostrazzjoni🧡💚
23/09/2026

Bħal-lum 🔟xhur oħra..... Jum il-Marċ tad-Dimostrazzjoni🧡💚

Address

Marsaskala

Telephone

+35679069923

Website

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Grupp Armar Festa Sant' Anna Wied il-Għajn posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Shortcuts

Share

Nearby non profit organisations