BELAND

Call Directions Website

BELAND Soċjetà Mużikali Beland | EST. 1861

Żejtun - Malta Is-Soċjetà Mużikali Beland twaqqfet fiż-Żejtun fl-1861 minn Mro. Orazio Diacono bil-kollaborazzjoni ta' Mro.

Michelino DeFerraris; wara trasformazzjoni tal-orkestra li kienet teżisti mill-1832. Il-fondazzjoni hi ppruvata b'numru ta' marċi funebri miktuba fl-1861, bis-sehem ukoll tal-Banda Beland fil-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira fiż-Żejtun u servizzi fi Bliet u rħula bħal f'Ħal Ghaxaq (1867), ir-Rabat u l-Belt Valletta (1870). L-isem Beland ingħata lil din is-Soċjetà f'fażi ta' tiġdid snin ilu. Dan l-isem oriġina mill-kunjom Ġermaniż tal-Barunessa Isabelle Von Bylandt, omm il-GranMastru Hompesh li fl-1797 ta t-titlu ta' Belt liż-Żejtun b'Città Beland. Id-direzzjoni tal-Banda Beland kienet dejjem f'idejn Surmastrijiet lokali stabbiliti, fosthom Mro. Angelo Mifsud, Ignazio Catania, Antonio Miruzzi, Carmelo Scicluna, Gio Batta Cassar, Carlo Diacono, Carmelo Baldacchino, Hector Dalli, Orazio Cachia, Frank Mercieca, Ray Sciberras, u preżentement Gordon Baldacchino. Tul is-snin, dil-banda kellha sehem distint f'diversi festi Maltin, avvenimenti governattivi u attivitajiet nazzjonali. Sal-lum iċċelebrat sitt anniversarji li mmarkaw mixja li llum tgħodd b'aktar minn 150 sena ta' storja. Baqgħet timxi fit-triq tal-progress, bi Presidenti u Kumitati ħabrieka li mexxewha, flimkien mal-fergħat li twieldu fi ħdanha maż-żmien u bin-numru kbir ta' membri attivi u segwaċi. Illum tgawdi min numru sostanzjali ta' bandisti, grazzi wkoll għall-iskola tal-mużika mwaqqfa riċentement għat-tagħlim bla ħlas lill-bandisti futuri tagħha. Fost il-ħafna episodji storiċi tagħna, nsemmu ż-żjarat tal-Banda Beland f'pajjiżi barranin; fil-Ġermanja fl-1994 għall-ftuħ mill-ġdid tal-Kastell Rheydt, eks-propjetà ta' omm il-GranMastru Hompesh, fir-Russja fl-1995 fejn din kellha tkun l-ewwel banda Maltija li sa dakinhar żaret dan il-pajjiż, f'Como l-Italja fl-1998, u f'Ruma u l-Belt tal-Vatikan fl-2019, b'kunċert fit-teatru rinomat mal-mużiċisti fid-dinja - Conservatorio Santa Cecilia, u wkoll bil-privileġġ li ddoqq fi Pjazza San Pietru waqt udjenza tal-Papa Franġisku. Insemmu wkoll b'unur l-eżekuzzjoni tal-Banda Beland tal-Oratorio - "Dawl fuq is-Sinaj" għal darbtejn fil-Knisja Arċipretali taż-Żejtun; fl-2005 bħala parti mill-festi Ċentinarji tal-1700 sena mill-Martirju ta' Sta. Katarina V.M., u fl-2015 f'egħluq l-10 snin mit-tnedija tal-istess xogħol mużikali. Dan kollu jgħodd ma' tant episodji sbieħ oħra li huma mnaqqxa b'unur fi storja li qed tkompli tinkiteb. Is-sit eżistenti ta' dis-Soċjetà jinsab f'post prominenti fil-pjazza ewlenija taż-Żejtun, faċċata eżatt tal-Knisja Parrokkjali; bi swali kbar u rinovati li fihom jinżammu bi preġju tant oġġetti li huma wirt kbir għalina, kuljum jiltaqgħu niesna u dawk li jżuruna, jitħarrġu l-istudenti u l-bandisti tal-Banda Beland b'mod regolari, jsiru l-laqgħat tal-istrutturi u tinħema ħidmietna, u norganizzaw l-attivitajiet għal kulħadd tul is-sena kollha. L-iskop prinċipali ta' dis-Soċjetà jibqa' wieħed sostnut, dak tat-tagħlim u t-tixrid tal-mużika; f'organizzazzjoni li timraħ ukoll fl-oqsma soċjali, kulturali u solidali bħala waħda volontarja, u bil-qofol tas-sena kalendarja tagħha tibqa' tkun il-festa titulari ta' Santa Katarina fiż-Żejtun, fit-tielet Ħadd ta' Ġunju. Nilqgħuk fil-pjattaformi soċjali ta' din l-ewwel Banda Żejtunija, u fi ħdan il-familja kbira Belandista. Deskrizzjoni aġġornata: 2022

Dati stabbiliti bil-quddiem! 🎁🍽️🥂🗓️✔️
09/10/2026

Dati stabbiliti bil-quddiem! 🎁🍽️🥂🗓️✔️

Il-𝘞𝘦𝘦𝘬𝘦𝘯𝘥 𝘉𝘳𝘦𝘢𝘬 li jmiss u li jkun mistenni minn familji u gruppi ta’ ħbieb; b’kollox inkluż fis-Soreda Hotel. L-ibbukj...
09/10/2026

Il-𝘞𝘦𝘦𝘬𝘦𝘯𝘥 𝘉𝘳𝘦𝘢𝘬 li jmiss u li jkun mistenni minn familji u gruppi ta’ ħbieb; b’kollox inkluż fis-Soreda Hotel.

L-ibbukjar huwa miftuħ!

Kompluta b’𝘣𝘶𝘧𝘧𝘦𝘵𝘴, ħelu, xorb, tombla, premjijiet u użu tal-𝘱𝘰𝘰𝘭𝘴, fis-Soreda Hotel. Id-data faċli; it-Tlieta 3.L-ibbuk...
08/10/2026

Kompluta b’𝘣𝘶𝘧𝘧𝘦𝘵𝘴, ħelu, xorb, tombla, premjijiet u użu tal-𝘱𝘰𝘰𝘭𝘴, fis-Soreda Hotel. Id-data faċli; it-Tlieta 3.

L-ibbukjar huwa miftuħ!

Hawn hi…attività oħra minn dawk li bdejna u ntlaqgħet kull darba. U issa lura bl-edizzjoni tal-𝘏𝘢𝘭𝘭𝘰𝘸𝘦𝘦𝘯. L-ibbukjar huw...
08/10/2026

Hawn hi…attività oħra minn dawk li bdejna u ntlaqgħet kull darba. U issa lura bl-edizzjoni tal-𝘏𝘢𝘭𝘭𝘰𝘸𝘦𝘦𝘯.

L-ibbukjar huwa miftuħ!

Nawguraw lit-tifla Żejtunija, Soleil Caruana, li kisret rekord ġdid nazzjonali minn The Malta Records bħala l-iżgħar tif...
08/10/2026

Nawguraw lit-tifla Żejtunija, Soleil Caruana, li kisret rekord ġdid nazzjonali minn The Malta Records bħala l-iżgħar tifla li identifikat korrettament l-akbar numru ta' bnadar ta’ pajjiżi f’minuta; total ta’ 56 bandiera.

Bl-avventura brijuża taċ-ċkejknin! 🍫🃏🔮🪄🎩
07/10/2026

Bl-avventura brijuża taċ-ċkejknin! 🍫🃏🔮🪄🎩

Il-Ħamis filgħodu b’aktar premjijiet! ☕️🥪🎰🫖🖍️
07/10/2026

Il-Ħamis filgħodu b’aktar premjijiet! ☕️🥪🎰🫖🖍️

Waqt il-jiem ukoll ta’ Żejt iż-Żejtun.’ 🎨🏺🤝🗓️🪔
06/10/2026

Waqt il-jiem ukoll ta’ Żejt iż-Żejtun.’ 🎨🏺🤝🗓️🪔

Ir-rispons bħal dejjem hu mmedjat! 🍛🦪🎵🍣 🍊
06/10/2026

Ir-rispons bħal dejjem hu mmedjat! 🍛🦪🎵🍣 🍊

Edizzjoni limitata ta’ munita kommemorattiva f’għeluq il-150 sena mit-twelid tal-kompożitur ċelebri Żejtuni, iben il-fun...
05/10/2026

Edizzjoni limitata ta’ munita kommemorattiva f’għeluq il-150 sena mit-twelid tal-kompożitur ċelebri Żejtuni, iben il-fundatur tal-Banda Beland u wkoll eks-Surmast Direttur tagħha, Carlo Diacono; maħruġa mill-Cappella Musicale Diacono. Tista’ tordna dil-munita anke b’𝘦𝘮𝘢𝘪𝘭 fuq [email protected].

Address

5, Misrah Ir-Repubblika
Iz-Zejtun
ZTN1012

Opening Hours

Monday 17:00 - 23:00
Tuesday 17:00 - 23:00
Wednesday 17:00 - 23:00
Thursday 17:00 - 23:00
Friday 17:00 - 23:00
Saturday 08:00 - 23:00
Sunday 08:00 - 23:00

Telephone

0035621694357

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when BELAND posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Shortcuts

Share