Luqa Youth Centre

Directions Contact the organisation

Luqa Youth Centre Kull nhar ta' Ġimgħa, fit-8:30p.m, narawkom! :) Għall-bidu l-LYC bdiet tieħu ħsieb il-quddies tal-Ħadd tal-10:30am.

Kien is-16 ta' Lulju 2003 meta' Dun Norman Zammit (il-Viċi Kappillan ta' dak iż-żmien) ħareġ bl-idea li titwaqqaf għaqda speċifikament għaż-żgħażagħ. Wara diversi laqgħat li kienu saru fis-sajf tal-istess sena, l-Luqa Youth Center (LYC) ra il-bidu tiegħu nhar l-Erbgħa 24 ta’ Settembru 2003 billi, matul l-ewwel laqgħat ta' kumitat, ġew approvati l-istatut u l-karigi rispettivi sabiex din l-għaqda tibda taħdem. Dun Norman Zammit żamm il-kariga ta' direttur spiritwali, Antoine Muscat bħala chairman, Ian Ellul bħala segretarju, James Aquilina kaxxier u Lorretta Spiteri PRO. It-twaqqif ta’ l-għaqda kien pass importanti peress li għal żmien twil ma kien hawn l-ebda għaqda għall-formazzjoni taż-żgħażagħ f'din il-parroċċa. Wara li n-numru ta’ żgħażagħ beda jiżdied, l-LYC bdiet torganizza sensiela ta’ laqgħat bis-sehem prinċipali tad-direttur spiritwali. Inizjalment dawn kienu jsiru kull nhar ta’ Tlieta iżda l-ġurnata ma damitx wisq biex tinbidel f'nhar ta’ Ġimgha biex l-attendenza miż-żghazagh tkompli tiżdied. Il-bidu seħħ fil-kappella taċ-Ċentru Parrokkjali iddedikata lill-Madonna tal-Karmnu. Iżda f’ Lulju tal-2005, il-Kappillan Dun Karm Camilleri ta l-post preżenti li ftit xhur qabel kien qiegħed iservi ta' skola. Matul dan iż-żmien li ilha mwaqqfa l-għaqda kompliet torganizza attivitajiet kemm ta' natura spiritwali - bħall-eżerċizzi tar-Randan - kif ukoll ta' natura rikreattiva - fosthom hikes, bar-bee-ques, discos, car washes, picnics u diversi attivitajiet oħra. L-ikbar attivita' hija l-Lejla Sajfija li tittella' f'Awwissu. Illum il-ġurnata l-LYC hija mmexxija minn kumitat ta’ disgħa persuni. Ic-chairperson responsabbli mill-grupp hija Nicolette Aquilina filwaqt li Fr Franco Fenech huwa d-direttur spiritwali. Barra minn hekk l-LYC għandha rappreżentanza permanenti fil-Kunsill Pastorali Parrokjali, kif ukoll hija membru fi ħdan il-Kummissjoni Adolexxenti u Żgħażagħ tal-Parroċċa.

See you all tomorrow 💪
29/10/2026

See you all tomorrow 💪

Art History 🎨
28/10/2026

Art History 🎨

Tuesday Thoughts 💭
27/10/2026

Tuesday Thoughts 💭

Weekly Thoughts 💭
24/10/2026

Weekly Thoughts 💭

No one does it better 🌚🚶‍♀️
23/10/2026

No one does it better 🌚🚶‍♀️

Tomorrow! See you at 8:30pm 🖼️🖌️
22/10/2026

Tomorrow! See you at 8:30pm 🖼️🖌️

Illum b’qalb mimlija sogħba nsellmu lill-għażiż Charles Cropp, persuna li dejjem sibnieha ta’ sapport, għajnuna u kuraġġ...
17/10/2026

Illum b’qalb mimlija sogħba nsellmu lill-għażiż Charles Cropp, persuna li dejjem sibnieha ta’ sapport, għajnuna u kuraġġ ġewwa ċ-Ċentru Parrokkjali ta’ Ħal Luqa. 💔

Grazzi mill-qalb, Charles. Strieħ fis-sliem 🕊️❤️

Agħtih, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem, u d-dawl ta’ dejjem jiddi fuqu. Jistrieħ fis-sliem.
Ammen. 🙏

Happening tonight
16/10/2026

Happening tonight

Part 2 of the amazing farewell we had a few weeks ago 🫶 Ballons by Party Decor Rent 🧡💙📸 Julia Spiteri
16/10/2026

Part 2 of the amazing farewell we had a few weeks ago 🫶

Ballons by Party Decor Rent 🧡💙
📸 Julia Spiteri

Address

Centru Parrokjali, Triq Id-Dokkiena
Luqa
LQA

Opening Hours

20:15 - 23:00

Website

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Luqa Youth Centre posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Contact The Organisation

Send a message to Luqa Youth Centre:

Shortcuts

Share

Nearby non profit organisations