Pintoninu Kids

Directions

Pintoninu Kids Pintoninu Kids Club

21/10/2026
08/10/2026

🟣🟠Il-Halloween reġa’ magħna🟠🟣
u bħal kull sena ser inkunu qed norganizzaw il-festin kbir tat-tfal. 👻🎃

Post: Ġnien l-Armier
Data: Il-Ġimgħa 30 ta’ Ottubru
Donazzjoni ta’ €10

👻 - il-bookings għandhom isiru fuq 77484325 jew 77046068. Sabiex jinġabru l-biljetti, is-sħaħar tagħna ser ikunu qed iċemplulkom u jinfurmawkom ‘il quddiem 🧙‍♀️

NARAWKOM🎃👻

Dawk it-tfal li għamlu xi Crafts matul dan is-Sajf, biex ngħinu lil Malta Trusts Foundation, huma mitluba, biex għada iġ...
03/10/2026

Dawk it-tfal li għamlu xi Crafts matul dan is-Sajf, biex ngħinu lil Malta Trusts Foundation, huma mitluba, biex għada iġibuhom magħhom fil-Quddiesa tad-9.30am. Grazzi ħafna

Ejjew inbierku l-basket tal-iskola... nhar il-Hadd fil-knisja ta' S. Bastjan.
22/09/2026

Ejjew inbierku l-basket tal-iskola... nhar il-Hadd fil-knisja ta' S. Bastjan.

Is-Soċjetà Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan u l-Akkademja Mużikali Pinto qed naħdmu biex intejbu s-servizz tat-tagħ...
15/08/2026

Is-Soċjetà Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan u l-Akkademja Mużikali Pinto qed naħdmu biex intejbu s-servizz tat-tagħlim tal-mużika.

Permezz ta’ fondi miksuba taħt il-patroċinju tal-Ministru għall-Agrikoltura, Sajd u Provvista tal-Ikel, se nkunu qed norganizzaw diversi attivitajiet. 🎵

Din hija l-ewwel waħda!

Ibghatulna messagg personali fuq il-messenger tal-pagna taghna min jixtieq jinghaqad maghna.

Nistennewkom b’ħeġġa!

Infakkru lit-tfal tal-Parroċċa tagħna biex matul dan is-Sajf, jħejju oġġetti u affarijiet oħra marbutin mat-talenti tagħ...
14/08/2026

Infakkru lit-tfal tal-Parroċċa tagħna biex matul dan is-Sajf, jħejju oġġetti u affarijiet oħra marbutin mat-talenti tagħhom u fl-istess ħin ngħinu lil The Malta Trust Foundation.
Proset tassew lil dawk it-tfal li diġà lestew xi xogħolijiet marbutin ma' din l-inizjattiva tal-Kummissjoni Tfal San Sebastjan.

Inħeġġu tfal oħra biex bil-għajnuna tal-ġenituri jagħtu huma wkoll is-sehem tagħhom bħal ma għamlu: Kyra Farrugia, Gabriel Debono, Amber Aquilina u Jeanine Galea.
Grazzi ħafna

Matul dan is-sajf, il-Kummissjoni Tfal San Sebastjan qed tħeġġeġ lit-tfal kollha li bħalissa jinsabu bil-vaganzi biex ju...
25/07/2026

Matul dan is-sajf, il-Kummissjoni Tfal San Sebastjan qed tħeġġeġ lit-tfal kollha li bħalissa jinsabu bil-vaganzi biex jużaw il-ħin li għandhom aħjar billi joħolqu oġġetti li jirriflettu t-talenti tagħhom ħalli permezz tagħhom jgħinu tfal oħrajn li għandhom bżonn l-għajnuna tagħna.

Għalhekk matul dan is-sajf apprezza aħjar it-talenti tiegħek, oħloq oġġett li tixtieq ħalli fl-aħħar tas-sajf inkunu nistgħu nbigħuhom u ngħinu lil The Malta Trust Foundation
Għal aktar informazzjoni tistgħu tagħmlu kuntatt mal-Kummissjoni Tfal San Sebastjan.

19/07/2026

Inħeġġu lit-tfal Bastjaniżi kollha sabiex għada fil-11.15am jkunu fuq iz-zuntier tal-Knisja Arċipretali sabiex nagħtu bidu għall-mixja simbolika tal-Bandiera li tiftaħ il-marċ ta' jum il-Festa.

Pintoninu Kids

Address

Qormi

Website

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Pintoninu Kids posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Shortcuts

Share