14/10/2026
🎶❤️ IL-BELT TAGĦNA – KANZUNETTA LI ĠĠIB ĠENERAZZJONIJIET FLIMKIEN ❤️🎶
Il-Belt Valletta mhijiex biss toroq, binjiet u monumenti. Hija n-nies tagħha, il-memorji, l-istejjer u r-rabtiet li jgħaqqduna magħha. ❤️
Permezz tal-proġett “Il-Belt Tagħna”, imwettaq minn Għeruq il-Komunità b’kollaborazzjoni mas-Servizz Komunitarju tal-Belt Valletta u l-Furjana (ACTS), ġenerazzjonijiet differenti ngħaqdu flimkien biex jagħtu vuċi lill-imħabba tagħhom lejn il-Belt.
Din il-kanzunetta laqqgħet il-vuċijiet tal-adulti mat-tfal tal-Kulleġġ San Ġorġ Preca, Skola Primarja ta’ Sant’Iermu, f’esperjenza li tfakkarna kemm hu importanti li ngħożżu l-għeruq tagħna u ngħaddu l-wirt tagħna lill-ġenerazzjonijiet ta’ warajna.
Nhar il-Ġimgħa, 9 ta’ Ottubru 2026, kellna l-pjaċir inniedu din il-kanzunetta fil-Knisja ta’ San Franġisk, il-Belt Valletta, f’okkażjoni sabiħa li ċċelebrat il-komunità, il-mużika u l-għaqda bejn il-ġenerazzjonijiet.
❤️ RINGRAZZJAMENTI MILL-QALB
Ringrazzjament speċjali lil Maestro Chris Bonnici għall-mużika u l-kontribut artistiku tiegħu, u lil Aidan Somers għax-xogħol tiegħu fl-istudio tar-recording.
Grazzi mill-qalb lill-kor tal-adulti li ħa sehem fil-kanzunetta, kif ukoll lit-tfal tal-kor tal-Kulleġġ San Ġorġ Preca, Skola Primarja ta’ Sant’Iermu, li bil-vuċijiet tagħhom taw ħajja u ferħ lil dan il-proġett. Nirringrazzjaw ukoll lill-iskola, lill-kapijiet u lill-għalliema għall-kollaborazzjoni u l-appoġġ tagħhom.
Ringrazzjament lil Fr Colin Apap għall-għajnuna tiegħu fil-promozzjoni tal-proġett permezz tar-radju u t-televiżjoni, u lill-Moviment Era Ġdida talli ffaċilita l-isponsorizzazzjoni tal-ikel għar-riċeviment.
Grazzi lil Fr Ġorġ u lill-Komunità Franġiskana tal-Kunvent ta’ San Franġisk talli laqgħuna fil-kunvent tagħhom u għenu biex din it-tnedija setgħet issir f’ambjent tant sabiħ.
Kien ukoll ta’ pjaċir għalina li nilqgħu lill-Onorevoli Ministru Dr. Malcolm Paul Agius Galea u lil martu, li onorawna bil-preżenza tagħhom f’din l-okkażjoni.
Fuq kollox, grazzi lil kull min ta sehmu, b’xi mod jew ieħor, biex din l-idea setgħet issir realtà.
Illum, bi pjaċir u b’emozzjoni, naqsmu magħkom il-filmat ta’ “Il-Belt Tagħna”, frott il-ħidma, id-dedikazzjoni u l-imħabba ta’ tant nies lejn il-komunità tagħhom.
🎶❤️ Għax il-Belt mhijiex biss il-post minn fejn ġejjin... hija parti minn dak li aħna. U meta ġenerazzjonijiet differenti jingħaqdu, l-istorja tagħha tibqa’ ħajja.