15/06/2026
Avviż
Il-Kumitat Amministrattiv tal-Każin jixtieq iħabbar li l-bar tal-Każin ser ikun qed jitmexxa minn amministrazzjoni ġdida.
Nieħdu din l-opportunità biex nirringrazzjaw lill-management preċedenti, Casa Lourdes, għas-servizz li ta matul dawn l-aħħar snin.
Fl-istess waqt, nagħtu merħba u nawguraw kull suċċess lill-management il-ġdid, li ser ikun qed jieħu f’idejh it-tmexxija tal-bar tal-Każin taħt l-isem il-ġdid Tal-Banda Lounge Bar & Restaurant San Ġwann.
Nawgurawlhom kull ġid f’din il-ħidma ġdida u ninsabu fiduċjużi li ser ikomplu joffru servizz ta’ kwalità għall-benefiċċju tal-membri u l-viżitaturi kollha.
Il-Kumitat Amministrattiv.