Għaqda Soċjo-Mużikali Anici

Directions Website Contact the organisation

Għaqda Soċjo-Mużikali Anici Il-paġna uffiċjali tal-Għaqda Soċjo-Mużikali Anici f' Ħal Qormi, mwielda nhar it-23 t'April 1988. U fl-aħħar din ix-xewqa saret realta'.

Kienet ilha tidwi x-xewqa fi qlub ta' b***a Qormin, biex ħdejn il-Vitorja, jinfetaħ każin tal-banda. Kien f' Settembru 1987 li intlaħaq ftehim bejn il-Professur Antoine Agius u s-Sinjuri John Mary Spiteri, Carmelo Spiteri u Salvu Debono mal-Kumitat tal-Qormi Rockers Football Club. Ta' min jgħid, li l-kumitat tal-Qormi Rockers kien jeżisti. Biss il-każin ma kienx jiffunzjona u għal xi żmien kien magħluq ukoll. Dawn imbagħad u xi persuni oħra voluntiera, iltaqgħu flimkien biex seta' jiġi ffurmat kumitat proviżorju. U bl-approvazzjoni tal-istess membri tal-Qormi Rockers F.C., dan il-kumitat ġie maħtur. Bla telf ta' żmien, beda jaħdem biex jibdel dan il-każin minn Qormi Rockers F.C. għall-Għaqda Soċio-Mużikali Anici. Kien hemm min ħaseb li f' Ħal-Qormi m' hemmx il-ħtieġa ta' każin ieħor tal-Banda. Dan, għaliex ħasbu li b'każin ieħor, il-festa ta' San Ġorġ ma tibqax hekk kbira u popolari. Oħrajn ħasbu, li b' banda oħra, r-raħal jinqasam. Iżda llum, il-Qormin jafu li minn dak l-għidut kollu, ma ġara xejn. Il-Fundaturi riedu jagħtu isem lil din il-Banda u bla dubju f'moħhom kellhom ir-rabta mal-Qaddis Padrun. Kien propju l-isem ta' ANICI. Dan biex juri biċ-ċar, li din żgur se tibqa' marbuta u mgħannqa mal-Qaddis wisq maħbub tagħna San Ġorġ. Din is-Soċjeta' Anici, twaqqfet b'imħabba kbira lejn San Ġorġ u biex tkompli tkabbar il-festa ta' din il-Belt Pinto, li ssir ad unur il-Qaddis Patrun tagħna u f'dak kollu li hu tal-Parroċċa.

31/10/2026

📞 Ring Ring ….. did you see who’s calling?

Mark your calendar - 7th November 2026

Booking: 99896468

Il-President flimkien mal-Kumitat Amministrattiv tal-Għaqda Soċjo-Mużikali Anici jagħtu l-kondoljanzi tagħhom lill-famil...
31/10/2026

Il-President flimkien mal-Kumitat Amministrattiv tal-Għaqda Soċjo-Mużikali Anici jagħtu l-kondoljanzi tagħhom lill-familja Miceli u Curmi tas-Sinjura Marthese Miceli, għat-telfa tal-għażiża tagħhom.

L-iskeda tat-Tombla għal Novembru waslet! 🎱❤️Inkomplu niltaqgħu għal aktar serati ta’ Tombla ma’ Frans Bingo, b’premjiji...
28/10/2026

L-iskeda tat-Tombla għal Novembru waslet! 🎱❤️

Inkomplu niltaqgħu għal aktar serati ta’ Tombla ma’ Frans Bingo, b’premjijiet, divertiment u kumpanija tajba. 🎉

📅 Iċċekkjaw l-iskeda u żommu d-dati magħkom!
📍 Każin tal-Għaqda Soċjo-Mużikali Anici, Ħal Qormi

Narawkom għat-Tombla! ❤️🖤

📞 Għal aktar informazzjoni u bookings: 99824486

Ftit mumenti waqt ir-Recording ta' marċi Brijużi u Funebri tal-ewwel surmast tal-Banda Anici, l-mibki Mro.Frankie Galea,...
28/10/2026

Ftit mumenti waqt ir-Recording ta' marċi Brijużi u Funebri tal-ewwel surmast tal-Banda Anici, l-mibki Mro.Frankie Galea, li sar nhar is-Sibt 24 t'Ottubru 2026. Dan huwa parti mill-proġett Enriching Our Community Through Music, grazzi għall-finanzjament mogħti mill-Malta Council for the Voluntary Sector permezz tal-Voluntary Organisations Project Scheme (VOPS).

Nawguraw lill-adoloxxenti kollha li llum irċevew is-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof. 🕊️Jalla dan il-pass importanti fil-ħ...
18/10/2026

Nawguraw lill-adoloxxenti kollha li llum irċevew is-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof. 🕊️

Jalla dan il-pass importanti fil-ħajja Nisranija tagħhom ikun ta’ gwida u barka fil-mixja tagħhom.

Awguri minn qalbna!

Ibieraħ, il-Banda tal-Għaqda tagħna bdiet bil-provi bi preparazzjoni għal produzzjoni professjonali ta’ sett ta’ marċi, ...
16/10/2026

Ibieraħ, il-Banda tal-Għaqda tagħna bdiet bil-provi bi preparazzjoni għal produzzjoni professjonali ta’ sett ta’ marċi, bħala parti mill-proġett Enriching Our Community Through Music, grazzi għall-finanzjament mogħti mill-Malta Council for the Voluntary Sector permezz tal-Voluntary Organisations Project Scheme (VOPS). 🎼

Din il-ġabra ta’ marċi, b’kompożizzjonijiet mill-pinna tal-ewwel Surmast Direttur tal-Banda tagħna, il-mibki Mro Frankie Galea, ser tiġi mniedija s-sena d-dieħla.

Discover your musical talent with the School of Music Mro. Frankie Galea.We offer individual and group lessons in both t...
15/10/2026

Discover your musical talent with the School of Music Mro. Frankie Galea.

We offer individual and group lessons in both theory and practice, covering woodwind, brass and percussion.

Want to know more? Fill in the form:
https://forms.gle/Sn1AFynWYufD7SMo8

Skopri t-talent tiegħek mal-Iskola tal-Mużika Mro. Frankie Galea.Noffru lezzjonijiet individwali u fi gruppi, fit-teorij...
14/10/2026

Skopri t-talent tiegħek mal-Iskola tal-Mużika Mro. Frankie Galea.

Noffru lezzjonijiet individwali u fi gruppi, fit-teorija u fil-prattika, fuq strumenti tal-qasba, tar-ram u perkussjoni.

Tixtieq tkun taf aktar? Imla l-formola:
https://forms.gle/Sn1AFynWYufD7SMo8

🏰 Disney & Pixar Trivia Night 🎬🇲🇹Kemm taf id-dinja ta’ Disney u Pixar?Ingħaqdu magħna nhar is-7 ta’ Novembru għal lejla ...
13/10/2026

🏰 Disney & Pixar Trivia Night 🎬

🇲🇹
Kemm taf id-dinja ta’ Disney u Pixar?

Ingħaqdu magħna nhar is-7 ta’ Novembru għal lejla ta’ trivia, soundtracks, xeni memorabbli u ftit kompetizzjoni bejn il-ħbieb.

Iffurmaw it-tim tagħkom jew ilagħbu individwalment u araw min jaf l-aktar!

🇬🇧
How well do you really know the world of Disney & Pixar?

Join us on 7 November for a night of trivia, soundtracks, memorable scenes and a little friendly competition.

Get your team together or play individually and see who knows Disney & Pixar best!

🎟️ Bookings: https://wa.me/35699896468
✨ Facebook Event: https://fb.me/e/hNI6e0tfX

Il-President flimkien mal-Kumitat Amministrattiv tal-Għaqda Soċjo-Mużikali Anici jagħtu l-kondoljanzi tagħhom lill-famil...
10/10/2026

Il-President flimkien mal-Kumitat Amministrattiv tal-Għaqda Soċjo-Mużikali Anici jagħtu l-kondoljanzi tagħhom lill-familja tas-Sinjura Rita Gauci, għat-telfa tal-għażiża tagħhom.

Address

27, Triq Dun Gwakkin Schembri
Qormi
QRM2790

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Għaqda Soċjo-Mużikali Anici posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Contact The Organisation

Send a message to Għaqda Soċjo-Mużikali Anici:

Shortcuts

Share

Nearby non profit organisations


Other Non-Governmental Organizations (NGOs) in Qormi

Show All