Għaqda Mużikali San Ġorġ Martri A.D 1893

Għaqda Mużikali San Ġorġ Martri A.D 1893 L-Għaqda Mużikali San Ġorġ Martri twaqqfet fil-każin San Ġorġ, magħruf bħala tal-Werqa, fl-1893.

✨ SKY FULL OF LIGHTS – L-Ewwel Drone Show f’Città Pinto! ✨📍 Waqt l-Akbar Marċ fil-Belt Pinto📅 25 ta' Ġunju 2026🔴 EWLENIN...
18/06/2026

✨ SKY FULL OF LIGHTS – L-Ewwel Drone Show f’Città Pinto! ✨

📍 Waqt l-Akbar Marċ fil-Belt Pinto
📅 25 ta' Ġunju 2026

🔴 EWLENIN DEJJEM⚪

Matul ir-riċeviment tal-Festa, il-Ministru għall-Arti, il-Kultura u l-Wirt Nazzjonali, Dr Malcolm Paul Agius Galea, żar ...
16/06/2026

Matul ir-riċeviment tal-Festa, il-Ministru għall-Arti, il-Kultura u l-Wirt Nazzjonali, Dr Malcolm Paul Agius Galea, żar is-sede tal-Għaqda u qasam magħna mument ta’ apprezzament lejn il-ħidma kulturali tagħna. Waqt iż-żjara tiegħu, ħalla messaġġ fil-Ktieb tal-Viżitaturi.

Fl-okkażjoni tal-ħatra tiegħu ta' Ministru, il-President u l-membri tal-Kumitat ippreżentawlu tifkira li tirrifletti l-identità u l-wirt li nħaddnu bħala Għaqda.

Inħarsu ’l quddiem għall ħidma u kollaborazzjoni flimkien, biex inkomplu nsaħħu l-kultura u nippreservaw il-wirt nazzjonali tagħna.

Nhar is‑Sibt 13 ta’ Ġunju 2026, waqt ir-riċeviment tal-Festa, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas‑Saħħa, Dr Ian Bor...
16/06/2026

Nhar is‑Sibt 13 ta’ Ġunju 2026, waqt ir-riċeviment tal-Festa, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas‑Saħħa, Dr Ian Borg, laqa’ l‑istedina tagħna u żar is-sede tal‑Għaqda. Matul iż‑żjara tiegħu, ħalla messaġġ fil‑Ktieb tal‑Viżitaturi.

Fl-okkażjoni tal-ħatra tiegħu bħala Ministru għas‑Saħħa, il-President u l-membri tal-Kumitat ippreżentawlu tifkira.

Nirringrazzjaw lil Dr Borg għall-preżenza tiegħu u għall-kliem ta’ inkoraġġiment li qasam magħna f’dan il-mument speċjali tal-Festa.

Nhar is‑Sibt 13 ta’ Ġunju 2026, waqt ir-riċeviment tal-Festa, l‑Onorevoli Rosianne Cutajar żaret is-sede tagħna fejn ħal...
16/06/2026

Nhar is‑Sibt 13 ta’ Ġunju 2026, waqt ir-riċeviment tal-Festa, l‑Onorevoli Rosianne Cutajar żaret is-sede tagħna fejn ħalliet messaġġ fil-Ktieb tal-Viżitaturi. F’din l-okkażjoni speċjali, il-President u l-membri tal-Kumitat ippreżentawlha tifkira bħala sinjal ta’ apprezzament u b’rikonoximent għall-ħatra tagħha bħala Ministru għall-Ugwaljanza u d-Drittijiet Ċivili.

Nirringrazzjaw lill-Ministru għall-preżenza tagħha.

Bħal-lum Ġimgħa ... Ħames Għaqdiet fi Pjazza Waħda!
16/06/2026

Bħal-lum Ġimgħa ... Ħames Għaqdiet fi Pjazza Waħda!

Inawgurazzjoni tal-Bottegin tal-palazz taghna.Nhar is-Sibt 13 ta' Ġunju, waqt riċeviment għall-membri u nies distinti, ġ...
15/06/2026

Inawgurazzjoni tal-Bottegin tal-palazz taghna.

Nhar is-Sibt 13 ta' Ġunju, waqt riċeviment għall-membri u nies distinti, ġiet inawgurat ukoll il-proġett ta' riġenerazzjoni tal-Bottegin 'Cultivating a Vibrant Cultural Hub'. Dan il-proġett ġie ffinanzjat minn 'Community Development and Innovation Scheme' bl-għajnuna mis-Sur Roderick Galdes, li kien strumentali biex din il-ħolma ssir realta'. Il-ħidma estensiva li saret f'dan il proġett, kienet possibli grazzi għal siegħat twal ta' xogħol mill-membri tal kumitat flimkien ma voluntiera ohra tal-Għaqda tagħna. Kif ukoll grazzi lill-Benefatturi kollha li offrew l-għajnuna finanzjara għal dan il-proġett. Permezz ta' din ir-riġenerazzjoni , il-Bottegin tagħna ġie aġġornat għaż-żmien tal-llum kif ukoll jikkumplimenta l-Palazz tagħna.


Inawgurazzjoni Puġamann tat-Taraġ tar-RaġġNhar is-Sibt 13 ta' Ġunju, ġewwa l-Palazz Ġorġjan ġie inawgurat il-proġett tal...
15/06/2026

Inawgurazzjoni Puġamann tat-Taraġ tar-Raġġ

Nhar is-Sibt 13 ta' Ġunju, ġewwa l-Palazz Ġorġjan ġie inawgurat il-proġett tal-puġamann ta' taraġ tar-raġġ mill-membru Emeritus s-Sur Frans Mintoff u Direttur tal-Wirt kulturali s-Sur Stefan Sant. Il-President flimkien mal-Kumitat jirringrazzja mill-qalb lil individwi kollha li kellhom sehem f'dan il-progett ambizzjuż. Bis-saħħa tal-għajnuna finanzjarja u ħidma volontarja ta' dawn il-membri, illum il-Palazz naturali ta' kull Ġorġjan qed jgawdi dan il-proġett mill-isbaħ ghall-konvenjenza tal-bandisti, membri, partitarji u s-soċjetà ingenerali.
Ghal daqstant nistednukom sabiex f'dawn il-ġranet tal-festa, iżżuru l-Palazz tagħna sabiex taraw u flimkien magħna tgawdu dan ix-xogħol impekkabli.


15/06/2026

Address

59, Triq Il-Kbira, Ħal
Qormi

Website

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Għaqda Mużikali San Ġorġ Martri A.D 1893 posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Contact The Organisation

Send a message to Għaqda Mużikali San Ġorġ Martri A.D 1893:

Share