05/11/2026
IL-MUMENT LI ĦAFNA ILHOM JISTENNEW! 🔥
Wara ħafna spekulazzjoni, nistgħu nikkonfermaw uffiċjalment li l-plejer żagħżugħ Owen Bezzina se jkun qed jingħaqad mat-tim tagħna għall-istaġun li ġej! ✍️
Owen huwa wieħed mill-aħjar plejers fix-xena tal-boċċi u bla dubju se jkun qed iżid ħafna kwalità lit-tim tagħna.
Dan l-akkwist importanti ma kienx ikun possibbli mingħajr il-ħidma u d-dedikazzjoni tal-kumitat, b’mod speċjali tas-Segretarju, tal-President u tal-Kaxxier.
Merħba fit-tim Owen! Nawgurawlek kull suċċess u ninsabu konvinti li flimkien se niksbu affarijiet sbieħ! 🩵