Soċjeta Mużikali Santa Katarina V.M.

Soċjeta Mużikali Santa Katarina V.M. Founded in 1864, Soċjeta Mużikali Santa Katarina V.M. is the first Musical Society established in Żurrieq. Today, Soċjeta Mużikali Santa Katarina V.M.

is one of the largest Band Clubs in Malta and plays a central role in the community of Żurrieq.

23/06/2026

🎶✨ THE COUNTDOWN IS ON! ✨🎶

Get ready for one of the biggest nights of the summer as Music Bliss Events proudly presents Żurrieq Summer Fest 2026! 🌟
🔥 Cascada – live in Malta with her biggest international hits
🎤 Ira Losco & Band
🎧 Tenishia
🎵 Pierre Cordina

📅 Friday 28th August 2026
📍 Triq Dun Carlo De Giovanni Inglott, Żurrieq, Malta
🎟️ FREE ENTRANCE
❤️ Voluntary donations in aid of Puttinu Cares

Join us for an unforgettable night of music, energy, and summer vibes as local and international talent come together for a great cause.
Tag your friends, share the excitement, and start the countdown! 🙌☀️

🎶🔥

23/06/2026
Niżvelaw daqt 👀⏳
22/06/2026

Niżvelaw daqt 👀⏳

Fl-aħħar jiem, il-pittura ta’ Santa Katarina VM tiddisputa mad-Dutturi,  xogħol il-pittur magħruf Malti Francesco Zahra,...
22/06/2026

Fl-aħħar jiem, il-pittura ta’ Santa Katarina VM tiddisputa mad-Dutturi, xogħol il-pittur magħruf Malti Francesco Zahra, li tinsab fil-Knisja Matriċi u Arċipretali ta’ Santa Katarina V.M. fiż-Żurrieq, ittieħdet biex jinbeda proċess ta’ restawr.

Dan ix-xogħol qed isir permezz ta’ fondi mill-Kunsill Malti għall-Arti u ser ikun qiegħed isir mir-restawrattriċi Amy Sciberras, li ser tkun qiegħda twettaq l-interventi meħtieġa biex dan il-kapulavur artistiku jerġa’ jikseb il-ġmiel u l-valur oriġinali tiegħu, filwaqt li jiġi mħares għall-ġenerazzjonijiet futuri.

Dan il-proġett huwa pass importanti fil-ħarsien tal-patrimonju artistiku u reliġjuż tagħna, u nħarsu ’l quddiem biex fil-futur qarib nerġgħu ngawdu din l-opra ġewwa t-Tempju Katarinjan.

Fl-okkażjoni ta’ Jum il-Missier, il-President flimkien mal-Kumitat Ċentrali tas-Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M. Jaw...
21/06/2026

Fl-okkażjoni ta’ Jum il-Missier, il-President flimkien mal-Kumitat Ċentrali tas-Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M. Jawguraw il-kumplament tal-jum mill-isbaħ lill-missirijiet kollha b’mod speċjali dawk fi ħdan is-Soċjetà tagħna.

Is-Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M. tibgħat l-awgurju tagħha lil ħutna ż-Żwieten f’Jum il-Festa tal-Patruna tagħna; ...
21/06/2026

Is-Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M. tibgħat l-awgurju tagħha lil ħutna ż-Żwieten f’Jum il-Festa tal-Patruna tagħna; 𝗦𝗮𝗻𝘁𝗮 𝗞𝗮𝘁𝗮𝗿𝗶𝗻𝗮 𝗩.𝗠. iċċelebrata llum ġewwa ż-Żejtun.

"Iva llum, Żwieten u Żrieraq, dawn il-popli bik kburin,
Ibqa’ ħares fuq uliedek, li lkoll taħtek imgħammdin.
B’hekk illum, f’dil-festa f’ġieħek, li tgħaqqadna hawn flimkien,
Int rebbieħa mil-Martirju, int Patruna ta’ kull żmien."

🎶 Mixed Grill, Tombla u Divertiment! 🥩Lestu għall-Ikla X-Xarolla quddiem il-kappella pittoreska ta' San Bert mis-7:00pm ...
20/06/2026

🎶 Mixed Grill, Tombla u Divertiment! 🥩

Lestu għall-Ikla X-Xarolla quddiem il-kappella pittoreska ta' San Bert mis-7:00pm 'il quddiem.

Narawkom!

📞 Bookings: 99476604 / 79059028

Illum nifirħu u nwasslu l-awguri tagħna lil Patri Raphael Abdilla OSA għall-ħatra tiegħu bħala Pirjol tal-Komunità Agost...
19/06/2026

Illum nifirħu u nwasslu l-awguri tagħna lil Patri Raphael Abdilla OSA għall-ħatra tiegħu bħala Pirjol tal-Komunità Agostinjana fir-Rabat, Għawdex.

Ad Multos Annos!

19 ta' Ġunju 1955 – Konsagrazzjoni tas-Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M. ❤️🤍Illum niftakru f'avveniment storiku u ta'...
19/06/2026

19 ta' Ġunju 1955 – Konsagrazzjoni tas-Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M. ❤️🤍

Illum niftakru f'avveniment storiku u ta' sinifikat spiritwali kbir għas-Soċjetà tagħna li seħħ proprju bħal-lum, nhar id-19 ta' Ġunju 1955. F'din il-ġurnata, is-Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M. ġiet ikkonsagrata b'mod solenni lill-Qalb Imqaddsa ta' Ġesù u lill-Qalb bla Tebgħa ta' Marija.

Għal din l-okkażjoni, iċ-ċelebrazzjonijiet bdew bi quddiesa li ġiet iċċelebrata fis-sala tal-każin. Wara din iċ-ċelebrazzjoni, saret iċ-ċerimonja tal-konsagrazzjoni tas-Soċjetà, imexxija mill-Wisq Rev. Arċipriet Dun Salv Gauci.

Dakinhar, il-programm ingħalaq b'mod xieraq b'diskorsi tal-okkażjoni li saru miċ-ċerimonjier, kif ukoll b'messaġġ mill-President tas-Soċjetà ta' dak iż-żmien, is-Sur Carmelo Pace.

Address

37, Palazz Alexandria Misraħ Ir-Repubblika
Iz-Zurrieq
ZRQ1012

Opening Hours

Monday 07:00 - 23:00
Tuesday 07:00 - 23:00
Wednesday 07:00 - 23:00
Thursday 07:00 - 23:00
Friday 07:00 - 23:00
Saturday 07:00 - 23:00
Sunday 07:00 - 23:00

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Soċjeta Mużikali Santa Katarina V.M. posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Contact The Organisation

Send a message to Soċjeta Mużikali Santa Katarina V.M.:

Share