Sezzjoni Żgħażagħ Santa Marija Mqabba

Sezzjoni Żgħażagħ Santa Marija Mqabba Is-Sezzjoni Żgħażagħ Santa Marija, imwaqqfa fl-1993, tħeġġeġ liż-żgħażagħ sabiex naħdmu id f' id għall-festa kbira, b' hekk din hija l-Aqwa Sezzjoni Żgħażagħ �

SUNSET BINGO ✨🌅Get ready for a fun and relaxing afternoon filled with games, music, and great vibes! 🎶📅 Sunday 26th Apri...
11/04/2026

SUNSET BINGO ✨🌅

Get ready for a fun and relaxing afternoon filled with games, music, and great vibes! 🎶

📅 Sunday 26th April
🕒 3:30 PM
📍 Bufni Gardens, Qrendi

📩 Contact us to book your spot – don’t miss out!

GRAZZI ❤️Id-dramm kontemporanju Għażliet kien suċċess kbir!Minn qalbna nixtiequ nirringrazzjaw lil dawk kollha li kienu ...
04/04/2026

GRAZZI ❤️

Id-dramm kontemporanju Għażliet kien suċċess kbir!

Minn qalbna nixtiequ nirringrazzjaw lil dawk kollha li kienu involuti sabiex dan id-dramm seta’ jkun suċċess komplut. L-impenn, il-ħin u l-għajnuna tagħkom huma apprezzati ferm.

L-appoġġ tagħkom ikompli jimliena bil-kuraġġ sabiex nibqgħu norganizzaw aktar attivitajiet bħal dawn.

Grazzi mill-ġdid lil kulħadd! 🫶✨

Jum il-Ġimgħa l-Kbira 🙏Nistednukom tingħaqdu magħna bejn id-9:30am u 12:30pm sabiex tattendu u taraw id-dramm kontempora...
03/04/2026

Jum il-Ġimgħa l-Kbira 🙏

Nistednukom tingħaqdu magħna bejn id-9:30am u 12:30pm sabiex tattendu u taraw id-dramm kontemporanju Għażliet!

Esperjenza li tħallik taħseb, tħoss u tirrifletti fuq it-tifsira profonda ta’ dan il-jum.

Narawkom! ✨

Għada, Ħamis ix-Xirka ✝️Ħinijiet għad-dramm kontemporjanu Għażliet 🤍19:00 l 19:30 l 20:00 l 20:30 l 21:00 l 21:30 l 22:0...
01/04/2026

Għada, Ħamis ix-Xirka ✝️

Ħinijiet għad-dramm kontemporjanu Għażliet 🤍
19:00 l 19:30 l 20:00 l 20:30 l 21:00 l 21:30 l 22:00 l 22:30 l 23:00 l 23:30

Matul il-ħinijiet tad-dramm ser ikollna l-figolli, kwareżimal, sfineġ u qagħaq tal-appostli ġewwa s-sede tas-soċjetà Socjeta' Santa Marija u Banda Re Gorg V, Mqabba (Malta)

Narawkom 🫶🏼

Il-wirja La Semana Santa, imtella’ mis-Sezzjoni Żgħażagħ Santa Marija Mqabba, ingħatat rekord nazzjonali minn The Malta ...
01/04/2026

Il-wirja La Semana Santa, imtella’ mis-Sezzjoni Żgħażagħ Santa Marija Mqabba, ingħatat rekord nazzjonali minn The Malta Records għall-ikbar sett ta’ repliki tal-purċissjonijiet ta’ Spanja. ✨

Dan is-sett huwa imlibbes bil-bellus u rrakmat bil-ħajt tad-deheb u l-fidda u maħdum kollu bl-idejn, jikkonsisti minn 47 vara b’daqsijiet li jvarjaw bejn 26 pulzier u 51 pulzier.

Grazzi speċjali tmur lis-Sur Michael Chetcuti li b’ġenerożità kbira rregalah lis-Sezzjoni Żgħażagħ Santa Marija, Mqabba u huwa l-koordinatur tal-wirja. Grazzi ukoll lil dawk kollha li taw sehemhom biex din il-wirja artistika tibqa’ xhieda tal-ħidma u d-dedikazzjoni ta’ tant voluntiera li jaħdmu bla waqfien biex kull sena joffru esperjenza unika u ta’ livell għoli u uniku f'Malta.

Il-preżentazzjoni tar-rekord saret fil-preżenza tal-Ambaxxatriċi ta’ Spanja għal Malta, li żaret il-wirja u esprimiet l-ammirazzjoni tagħha għall-wirja La Semana Santa de Espana.

📍 Il-wirja tinsab esibita fis-swali tas-sede tas-Soċjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V, Mqabba.

Nħeġġukom tattendu! 🫶

Matul il-ħinijiet tad-dramm Għażliet, ser ikollna l-figolli, kwareżimal, sfineġ u qagħaq tal-appostli  🤍 Nirringrazzjaw ...
29/03/2026

Matul il-ħinijiet tad-dramm Għażliet, ser ikollna l-figolli, kwareżimal, sfineġ u qagħaq tal-appostli 🤍

Nirringrazzjaw lill-Big Bun Kevin Camilleri tal-għajnuna u s-sapport.

Narawkom 🫶

Id-dramm kontemporanju Għażliet li jorbot il-messaġġ tat-tbatija ta’ Sidna Ġesù Kristu mar-realtajiet li qed ngħixu fiho...
29/03/2026

Id-dramm kontemporanju Għażliet li jorbot il-messaġġ tat-tbatija ta’ Sidna Ġesù Kristu mar-realtajiet li qed ngħixu fihom illum. ✝️🤍

🗓️Ħadd il-Palm - 29/03/2026

🕛 Ħinijiet: 11:00am | 11:30am | 12:00pm | 12:30pm

Narawkom 🫶

Għada, Ħadd il-Palm ✝️Niltaqgħu għad-dramm Għażliet u il-wirja La Semana Santa.Dħul b'xejn ġewwa l-palazz Santa Marija, ...
28/03/2026

Għada, Ħadd il-Palm ✝️

Niltaqgħu għad-dramm Għażliet u il-wirja La Semana Santa.

Dħul b'xejn ġewwa l-palazz Santa Marija, Mqabba.

Narawkom 🫶

Jum id-Duluri ✝️🙏Niltaqgħu wara l-purċissjoni għall-ftuħ uffiċjali tad-Dramm Għażliet ✝️
27/03/2026

Jum id-Duluri ✝️🙏

Niltaqgħu wara l-purċissjoni għall-ftuħ uffiċjali tad-Dramm Għażliet ✝️

26/03/2026

Għażliet ✝️ - Promo uffiċjali

Drama Kontemporanja marbut mal-Ġimgħa Mqaddsa

Din il-produzzjoni unika tgħaqqad it-tradizzjoni mar-rakkont modern, u twassal spettaklu emozzjonali u li jqanqal riflessjoni.

📅 Dati
- 27/03/2025 | Jum id-Duluri | 19:00 - 21:00
- 29/03/2025 | ħadd il-palm | 11:00 - 13:00
- 02/04/2025 | ħamis ix-Xirka | 19:00 - 00:00
- 03/04/2025 | il-Ġimgħ l-Kbira | 9:30 - 12:30

📍 Post: Fis-sotterran tal-Palazz Santa Marija L-Imqabba | Dħul bla ħlas

⏳ Ħin: Id-Dramm jittelgħa kull 30 minuta

Socjeta' Santa Marija u Banda Re Gorg V, Mqabba (Malta)| L-Imqabba Local Council | Reġjun Punent

Għażliet ✝️Ftit mumenti mid-dramm kontemporanju 🤍Ftuħ uffiċjali f’Jum id-Duluri 🫶 NarawkomSocjeta' Santa Marija u Banda ...
16/03/2026

Għażliet ✝️

Ftit mumenti mid-dramm kontemporanju 🤍

Ftuħ uffiċjali f’Jum id-Duluri 🫶 Narawkom

Socjeta' Santa Marija u Banda Re Gorg V, Mqabba (Malta) | L-Imqabba Local Council | Reġjun Punent

Address

L-Imqabba

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Sezzjoni Żgħażagħ Santa Marija Mqabba posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Contact The Organisation

Send a message to Sezzjoni Żgħażagħ Santa Marija Mqabba:

Share