SDC Museum Fgura

Call Directions Website

SDC Museum Fgura Il-missjoni tagħna hi "Biex Kristu jkun magħruf u maħbub". Noffru katekeżi għat-tfal u adolexxenti subien u adulti.

L-iskop ta' din il-pagna huwa li sservi bħala mezz ta' kif intom tkunu tafu bl-attivitajiet li norganizzaw matul is-sena u ankè bħala mezz ta' evanġelizazzjoni, "biex Kristu jkun magħruf u maħbub". Our purpose is to let all the followers know what are we organising as a centre and more importantly to evangelise, so that "God will be known and loved".

AVVIŻ GĦALL-ĦARĠA TAT-2 TA' NOVEMBRU
01/11/2026

AVVIŻ GĦALL-ĦARĠA TAT-2 TA' NOVEMBRU

Il-qdusija mhijiex riservata għal ftit magħżulin; imma hija mixja miftuħa għal kulħadd, li titwettaq permezz ta’ affarij...
01/11/2026

Il-qdusija mhijiex riservata għal ftit magħżulin; imma hija mixja miftuħa għal kulħadd, li titwettaq permezz ta’ affarijiet ordinarji magħmula b’imħabba straordinarja.

Fl-1 ta’ Novembru, fis-Solennità tal-Qaddisin Kollha, nagħtu ġieħ lil dawk li laħqu l-milja tal-qdusija u li issa jgawdu għal dejjem il-viżjoni glorjuża ta’ Alla. L-eżempju tagħhom ifakkarna li aħna wkoll imsejħin għall-qdusija, kif tħeġġiġna l-Iskrittura: “Kunu qaddisin, għa...

TMIEM IL-ĠIMGĦA IS-SIBT 30: Fis-6:30pm niltaqgħu l-Museum għal ħin ta' logħob u lezzjoni Dawk li qegħdin fil-klassi tal-...
29/10/2026

TMIEM IL-ĠIMGĦA

IS-SIBT 30: Fis-6:30pm niltaqgħu l-Museum għal ħin ta' logħob u lezzjoni Dawk li qegħdin fil-klassi tal-5 Sena (Yr 6) jispiċċaw fis-7:30. Il-Klassi tas-6 Sena u Magħżulin (Yr7-9) jispiċċaw fit-8:00pm. L-Aspiranti jkunu jistgħu jibqgħu sal-10:00pm

IL-ĦADD 1 - Solennità tal-Qaddisin kollha
Peress li huwa l-ewwel Ħadd tax-xahar ma niltaqgħux. Tkun ħaġa tajba li wieħed jieħu sehem fiċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa

IT-TNEJN 2
Filgħodu jkun hemm ħarġa għall-klassijiet il-kbar mill-5 sena 'l fuq. Niltaqgħu għall-quddiesa tat-8:30 fil-Knisja l-Fgura u naslu lura l-Museum fis-2:00

Filgħaxija il-klassijiet il-kbar (5 sena 'l fuq) jiltaqgħu fis-18:30 għal ħin ta' logħob.

Jekk Alla jrid nhar il-Ġimgħa li ġejja terġa tibda laqgħa ta' darba fix-xahar għall-ġenituri u ħbieb tal-Museum u tkun m...
25/10/2026

Jekk Alla jrid nhar il-Ġimgħa li ġejja terġa tibda laqgħa ta' darba fix-xahar għall-ġenituri u ħbieb tal-Museum u tkun marbuta mal-Kelma t'Alla.

Nitolbukom tinnutaw li t-tfal ikollhom fil-ħin normali.

FI TMIEM IL-ĠIMGĦA 24-25 OTTUBRUIS-SIBT: Waranofsinhar l-adolexxenti li se jirċievu l-Griżma tal-Isqof jinġabru l-knisja...
22/10/2026

FI TMIEM IL-ĠIMGĦA
24-25 OTTUBRU

IS-SIBT: Waranofsinhar l-adolexxenti li se jirċievu l-Griżma tal-Isqof jinġabru l-knisja għas-sagrament. Kulħadd mitlub ikun f'postu fl-4:15pm

Il-gruppi tal-Preparatorja (5 u 6 Sena) u Magħżulin Żgħar jiltaqgħu fis-6:30pm u jkollhom il-logħob u ħin ta' riflessjoni.
5 sena : Idumu l-Museum sas-7:30pm.
6 sena u Magħżulin Żgħar: Idumu l-Museum sat-8:00pm.
Magħżulin Kbar u Aspiranti jidħlu fis-7:30pm u jkunu jistgħu jibqgħu sal-10:00pm

Infakkru li mal-lejl indawru l-ħin b'siegħa lura.

Il-ĦADD: 9:30am ninġabru għall-quddiesa f'jum il-Fgura u wara ma jkollniex Museum.

Waranofsinhar l-adolexxenti li se jirċievu l-Griżma tal-Isqof jinġabru l-knisja għas-sagrament. Kulħadd mitlub ikun f'postu fl-4:15pm

Il-gruppi tal-Magħżulin u Aspiranti jiltaqgħu l-Museum biex imorru jistadu fit-15:30 u jaslu lura fis-18:30.

18/10/2026
FI TMIEM IL-ĠIMGĦA 17-18 ta' OttubruIS-SIBT: Fis-6:30pm niltaqgħu l-Museum. (Yr 6 u 7) Klassi tal-5 u 6 Sena ser ikollho...
15/10/2026

FI TMIEM IL-ĠIMGĦA
17-18 ta' Ottubru

IS-SIBT: Fis-6:30pm niltaqgħu l-Museum.
(Yr 6 u 7) Klassi tal-5 u 6 Sena ser ikollhom laqgħa Marjana u wara jkollhom hot dogs u doughnut u jispiċċaw fit-8:30. Importanti li min ser ikun qed jattendi javżana sal-Ġimgħa.

(Yr 8 ) Il-Klassi tal-Magħżulin żgħar ser jibdew l-ġimgħa speċjali tal-bi tħejija għall-Griżma. Dakinhar ikunu jistgħu jordnaw take away u jispiċċaw fid-9:00pm.

(Yr 9- 11) Il-grupp tal-Magħżulin Kbar u Aspiranti ser jitilqu mill-Museum fis-19:00 biex imorru l-iskola St Michael għall-attivita mal-adolexxenti tal-eta' tagħhom. Hemm ikollhom ħin ta' logħob u jaslu lura fl-9:45.

IL-ĦADD
Niltaqgħu għall-quddiesa tad-9:30am u wara jkollna l-logħob sal-11:00am.

16:00 - Niltaqgħu l-Museum biex imorru nilagħbu fi ground bit-turf naslu lura fis-19:00.

SAN CARLO ACUTIS Carlo Acutis twieled fit-3 ta’ Mejju 1991 f’Londra u trabba f’Milan, l-Italja. Kien żagħżugħ bħal ħafna...
12/10/2026

SAN CARLO ACUTIS

Carlo Acutis twieled fit-3 ta’ Mejju 1991 f’Londra u trabba f’Milan, l-Italja. Kien żagħżugħ bħal ħafna oħrajn: kien iħobb il-kompjuters, it-teknoloġija, il-futbol u jqatta’ l-ħin ma’ sħabu. Iżda f’qalbu kellu mħabba kbira lejn Ġesù, speċjalment fl-Ewkaristija, li kien isejħilha “it-triq tiegħi lejn il-Ġenna.”

Carlo kien jattendi l-Quddiesa kuljum, jitlob ir-Rużarju u jgħin lil dawk fil-bżonn. Uża wkoll it-talent tiegħu fit-teknoloġija biex joħloq sit elettroniku dwar il-mirakli Ewkaristiċi madwar id-dinja.

Fit-12 ta’ Ottubru 2006, fl-età ta’ 15-il sena, Carlo miet kawża tal-lewkimja. Fil-ħajja qasira tiegħu wriena li l-qdusija mhijiex xi ħaġa tal-imgħoddi, iżda sejħa għal kulħadd. Fis-7 ta’ Settembru 2025, ġie ddikjarat qaddis.

Carlo jfakkarna li m’hemmx għalfejn nagħmlu affarijiet straordinarji biex insiru qaddisin. Il-qdusija tibda fl-għażliet żgħar ta’ kuljum: meta ngħinu lil xi ħadd, naħfru, nagħmlu t-tajjeb u nagħtu spazju lil Alla f’ħajjitna.

Carlo kien jgħid: “Il-proġett ta' ħajti hu li nkunu dejjem viċin Ġesù."

Ejjew ma nibżgħux inkunu differenti! Għandna nużaw it-talenti tagħna biex nagħmlu l-ġid, inkunu awtentiċi u nħallu lil Ġesù jmexxina. Bħal Carlo, aħna wkoll nistgħu nkunu dawl fid-dinja tal-lum! ✨

San Carlo Acutis, itlob għalina!

Address

"San Ġorġ Preca", Triq Il-Karmelitani
Il-Fgura
FGR1202

Opening Hours

Monday 17:45 - 20:00
Tuesday 17:45 - 20:00
Thursday 17:45 - 20:00
Friday 17:45 - 20:00
Saturday 18:30 - 20:00
Sunday 10:30 - 11:15

Telephone

+35621895509

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when SDC Museum Fgura posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Shortcuts

Share

Nearby non profit organisations