Kamra Tan-Nar Madonna Tac-Cintura, Gudja

Directions Website Contact the organisation

Kamra Tan-Nar Madonna Tac-Cintura, Gudja MERHBA! Fil-Pagna Ufficjali tal-Ghaqda Tan-Nar Madonna Tac-Cintura, Gudja. B'sagrificji kbar u l'bod mil-familji taghhom.

L-Ghaqda Tan-Nar Madonna Tac-Cintura tal-Gudja hija wahda mil-ghaqdiet l'iktar antiki gewwa pajjizni u l-izjed wahda bi storja kbira gewwa r-rahal pittoresk tal-Gudja. Maghrufa ahjar mad-dilettanti tan-nar Malti bhala 'Our Lady of Consolation Fireworks Factory', li zgur mhux forsi dan l-isem huwa komuni u familjari hafna ma'Malta kollha. Bi storja kbira fejn jidhol nar tal-ajru u nar tal-art, b'dan tal-ahhar huwa rinomat naqra izjed mal-isem tal-kamra tan-nar taghna. Dan kollu grazzi ghal-haddiema u l-pijuniri li nsibu jahdmu tul is-sena kollha, jum wara jum. B'perikli u sogru ta'hajjithom, dan kollu biex fl-ahhar Hadd ta'Ottubru, il-Gudja tilbes l-isbah sema bl-isbah kuluri, talent, xoghol u livell ta'nar li jitjieb u jpaxxi lid-dilettant Malti sena wara sena. Lura fiz-zminijiet, il-kamra nbniet u twaqfet minn missirjitna li hafna minnhom m'ghadomx maghna llum il-gurnata. Fi ftit żmien il-Fabbrika tan-Nar tlestiet, u naturalment anke l-ammont tan-nar żdied ħafna issa li kien qed jiġi maħdum f’post aktar addadat u b’inqas periklu. Dan l-isforz serva biex beda jattira iktar nies jiġu jgawdu l-festa u jitpaxxew bin-nar. L-ewwel persuna li ġab il-liċenzja biex jaħdem u jikkontrolla din il-fabbrika kien Salvatore Cutajar, li kien ukoll jaħdem fl-għelieqi tal-madwar. Warajh daħlu Gio Maria Dalli, Sinforiano Desira, Carmelo Dalli, u Loretu Dalli rispettivament. Fil- preżent il-liċenzja qegħdha f’idejn Marlon Mangion. Illum il-ġurnata, biex taħdem ġo fabbrika tan-nar, persuna trid tkun konxja mill-periklu involut billi tattendi għal taħdidiet li jsiru apposta fuq dan is-suġġett, u saħansitra tagħmel eżami biex tieħu l-liċenżja neċessarja. Hemm ħafna ħaddiema f’“Our Lady of Consolation Fireworks Factory” li għandhom il-liċenzja “A” jew “B” tal-puliżija. Fl-2009 l-kumpless tan-Nar ta l-Ghaqda taghna “Our Lady of Consolation Fireworks Factory” rebah it-tielet edizzjoni tal-Festival Nazzjonali tal-Loghob tan-Nar ta’ l-Art Mekkanizzat. Dan il-Kumpless rebah ukoll il-kategorija tal-ahjar xoghol bil-ktajjen, u l-kategorija tal-ahjar prodotti wzati. Fl-2011 l-istess kumpless tan-Nar ta l-Ghaqda taghna rebhet ghat-tieni darba l-hames edizzjoni tal-Festival Nazzjonali tal-Loghob tan-Nar ta’ l-Art Mekkanizzat. Dan il-Kumpless rebah ukoll il-kategorija tal-ahjar xoghol bil-ktajjen, u l-kategorija tal-ahjar Mekkanizmu. Din is-sena wkoll l-istess ghaqda kisbet it-tieni post fil-kompetizzjoni tal-Loghob tan-Nar ta’ l-Ajru li sar gewwa l-Port il-Kbir. Fil-preżent il-fabbrika tipproduċi xogħol tant professjonali li, minbarra li tagħmel nar għaż-żewġ festi fil-Gudja, tiġi wkoll kkummissjonata minn bliet u rħula oħra biex taħdem in-nar għall-festi tagħhom. Saret ukoll magħrufa u konnessa ħafna mal-preċiżjoni ta’ nar sinkronizzat mal-
mużika li jinħaraq minn fuq il-bejt tal-Każin Marija Assunta lejlet il- festa ta’ Santa Marija kif ukoll fl-aħħar jum tat-tridu fil-festa lill-Madonna tac-Cintura, li tigi ċelebrata fl-aħħar Ħadd ta’ Ottubru ta’ kull sena. In-numru ta'haddiema prezenti m'huwiex daqsekk kbir, m'huwiex numru li tiskanta bih pero' bhal ma jghid il-Malti, il-kwalita' dejjem teghleb lil kwantita'. Haddiema li jaghtu qalbhom ghal-festa tal-Madonna Tac-Cintura, li jissagrifikaw il-hajja taghhom bejn erba' hitan. B'xoghol apparti li jsir ghal barra r-rahal, xoghol ghal-festi ta'rhula ohra madwar Malta. Fosthom il-Birgu, Tas-Sliema, Pieta', Birkirkara, l-Imsida u sahansitra gewwa l-Kercem u n-Nadur, Ghawdex. Ghaqda tan-nar habrieka li l-frott ta'din il-hidma hareg u se jkompli johrog bil-kbir fil-futur qarib. Ghaqda b'talent zghazugh u b'pijuniri b'sahhithom li ma jaqtghu qalbhom qatt. L-Ghaqda Tan-Nar Madonna Tac-Cintura, Gudja. L-aqwa ghaqda fir-rahal u fost l-aqwa fil-pajjiz sa mil-1922.

🎥 Xogħol tan-Nar maħruq fl-Ewwel Jum tat-Tridu, nhar il-Ħamis 22 t'Ottubru 2026, mill-Kamra tan-Nar Madonna taċ-Ċintura ...
27/10/2026

🎥 Xogħol tan-Nar maħruq fl-Ewwel Jum tat-Tridu, nhar il-Ħamis 22 t'Ottubru 2026, mill-Kamra tan-Nar Madonna taċ-Ċintura Gudja.

Segwu hawn 👇

Murtali u kaxxa maħruqa fl-ewwel jum tat-Tridu tal-Festa tal-Madonn...

📸Ritratti milll-ispettaklu Beats of Mechanica, li sar lejlet il-Festa tal-Madonna taċ-Ċintura, nhar is-Sibt 24 t’Ottubru...
26/10/2026

📸Ritratti milll-ispettaklu Beats of Mechanica, li sar lejlet il-Festa tal-Madonna taċ-Ċintura, nhar is-Sibt 24 t’Ottubru.

26/10/2026
📸 Ritratti mill-ispettaklu Beats of Fire, li sar lejlet il-Festa tal-Madonna taċ-Ċintura, nhar is-Sibt 24 t’Ottubru.
26/10/2026

📸 Ritratti mill-ispettaklu Beats of Fire, li sar lejlet il-Festa tal-Madonna taċ-Ċintura, nhar is-Sibt 24 t’Ottubru.

24/10/2026

𝐈𝐋𝐋𝐄𝐉𝐋𝐀.🔵

Beats of Fire fid-9:15pm fil-Bypass tal-Gudja u Beats of Mechanica f'11:45pm.

Il-Kamra tan-Nar tagħna tixtieq turi solidarjeta’ mal-pirotekniċi u l-membri kollha tal-Kamra tan-Nar ta' Lourdes ta’ Sa...
01/06/2026

Il-Kamra tan-Nar tagħna tixtieq turi solidarjeta’ mal-pirotekniċi u l-membri kollha tal-Kamra tan-Nar ta' Lourdes ta’ San Ġwann u ma' dawk kollha milquta mill-inċident li seħħ kmieni dalgħodu.

Il-Madonna żżomm idejha fuqkom.

Address

Limits Of Gudja
Gudja

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Kamra Tan-Nar Madonna Tac-Cintura, Gudja posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Contact The Organisation

Send a message to Kamra Tan-Nar Madonna Tac-Cintura, Gudja:

Shortcuts

Share

Nearby non profit organisations