L-Ghaqda Muzikali Marija Assunta Gudja, flimkien mal-Fratellanza tal-Madonna tac-Cintura torganizza l-Festa lill Madonna Tac-Cintura Gudja fl-ahhar Hadd ta' Ottubru u tiehu sehem bi shih fil Festa ta' santa Marija. Fis-sena 1883, fil-Gudja kien hemm certu Guzeppi Zahra, li flimkien ma xi partitarji
minn kull ghaqda tar-rahal, holqu ghaqda bl-isem ta’ ‘Circolo Musicale Santa
Maria’. Wara din id-d
ecizjoni, xi partitarji
Ċinturanti ddeċidew li jiftħu għaqda għalihom u b’hekk ingħata bidu għal għaqda
ġdida, bl-isem ta ‘Circolo Indipendente’. Is-sinjuri Abram Zammit, Guzeppi Gatt, Giovanni Baldacchino u Luretu Thewma
iffurmaw kummissjoni u bdew ifittxu post biex jikruh bħala kazin. F’ Mejju tal1919, ġabru xi ħaga tal-flus bejniethom u inkera il post numru 15 fi triq Santa
Marija, il-Gudja bħala l-ewwel każin taċ-Ċinturanti. Wara xi ftit gimghat, xi
żgħażagħ membri dilettanti tal-mużika talbu għal surmast tal-banda u bil-għajnuna
tas-surmast Ferdinandu Falzon, ġiet iffurmata orkestra bl-isem ta’ ‘Circolo
Musicale Indipendente’ fejn din kienet tagħti is-servizz tagħha kemm fil-Gudja u kif
ukoll barra rahalna. Fis-sena 1922, beda jinhadem ix-xogħol pirotekniku minn xi dilettanti tal-għaqda, u
ingħata bidu ghall-ewwel post tan-nar ġewwa l-Gudja f’isem il-Madonna taċĊintura. Inbena post tan-nar, u maz-zmien komplew jinbnew b***a kmamar u
mhazen godda sabiex jintlahaq ix-xoghol matul is-sena, u kifukoll biex ikun post
aktar sigur ghad-dilettanti tan-nar taghna. Fis-sena 1936, il-Gvernatur ta’ Malta, Sir Charles Bonham Carter kien għamel vista
fil-Gudja fejn ġie jżur il-każin tagħna. Dakinhar, il-faċċata tal-każin ġiet mżejna, ġie
armat planċier fil-pjazza ta’ quddiem il-każin u l-orkestra tal-ammirall daqqet
programm mużikali. Peress li f’dawk iż-żminijiet, l-aħħar parti tal-festa kienet issir fil-pjazza, il-kumitati
tal-għaqda bdew ifittxu post fil-pjazza bħala każin. Wieħed mill-postijiet li kienu
tefghu ghajnejhom fuqu kien il-posttal-familja Mangion, u wara xi zmien, iz-zewq
tac-Cinturanti giet solvuta u l-kazin gie transferit ghall-pjazza. Maz-zmien, il-post beda jitranga skond il-bzonnijiet tal-mument. Lejn il-bidu tassena 1943,meta il-hajja bdiet gejja lura ghan-normal wara l-gwerra, l-kazini bdew
jergghu jifthu l-bibien taghhom. Il-kazin tac-Cinturanti ddecieda li jerga jibda ttaghlim muzikali izda din id-darba giet iffurmata Banda. Bil-ghajnuna tas-surmast
Anthony Micallef, beda t-tghalim tal-muzika u f’Jannar tal-1944, sar l-ewwel
kuncert bhala Banda fost numru kbir ta membri u patritarji. F’Awwisu tas-sena
1944, fl-ahhar jum tat-tridu ta’Santa Marija, saret l-Inawgurazzjoni tal-Banda
bhala ‘BANDA OUR LADY OF CONSOLATION’ u giet mbierka minn Mons Emmanuel
Galea. Maz-zmien il-Banda kompliet tikber gmiela, sean wara sena u peress li dak iz-zmien
l-ghaqda ma kienx ghad kellha plancier taghha, is-sur Nazzareno Calleja, ilpresident ta’ dak iz-zmien flimkien ma xi bandisti bdew jahdmu fuq sett ta’legijiet
u siggijiet ghall-uzu tal-banda. Inxtara ukoll l-injam u bil-ghajnuna ta; Ganni Abela,
beda jinhadem plancier gdid. F’ottubru tas-sena 1952, sar programm muzikali u gie
inawgurat l-plancier komplut. Fis-sena 1953, bdiet tinhass il-htiega li jsir innu ghall-festa tal-Madonna tacCintura, u dik is-sena stess, ghall-anniversarju tal-225 sena mit-twaqqif talfratellanza tac-Cintura, ndaqq ghall-ewwel darba bil-banda u l-kor bit-tfal,
mmuzikat minn Joseph M. Bilocca, is-surmast ta’ dak iz-zmien, u kliem tal-patri
Cherubin Farrugia O.C. Is-sena 1969, kienet tfakkar il-50 sena mit-twaqqif tal-ghaqda u kif ukoll il-25 sena
mill-inawgurazzjoni tal-Banda. Dik is-sena il-kumitat u l-membri ddecidew li l-festi
kellom isiru b’mod aktar specjali, u gie deciz li filprogramm tal-ghelqu tal-festi
tindaqq bicca muzika ta’kull surmast li kellha l-ghaqda. Sar ukoll recording talmarci, u gie rrangat d-drapp tal-istandard tal-banda. Lejn is-snin sebghin, il-kumitati kienu qablu li kellha tissolva l-kwistjoni tal-hlas tal
kerha u l-flus tal-ghaqda ghandom jigu nvestiti aktar fis-sod u b’hekk, nkittbet ittra,
lill-werrieta kollha, biex jaraw hemmx minnhom interessati jbiegh is-sehem tieghu
tal-kazin. Nhatar kumissjoni biex jibda x-xoghol u l-proceduri, u sa nofs is sena
1976, l-ghaqda kienet xtrat 5 ishma minn 11. F‘ Ottubru tal-1980, il-kumitat u l-
kummisjoni kienu waslu ghall-ftehim dwar ix-xiri tas-6 ishma li kien fadal, u b’hekk,
il-kazin, il-gardina u l-kantina saru kollha propjeta tal-ghaqda taghna. Dawn ilkuntratti gew kollha iffirmati mill- president l-onor. John Dalli MP, mis-segretarju
Guzeppi N. Farrugia u mill-kaxxier Loretu Abela, bhala rapprezentanti talghaqda.F’Mejju tal-1981, gie approvat il-permess ghall-bini tal kazin u saret ilpjanta mill-perit Piju Busuttil u din giet ipprezentata lill-membri fil-laqgha generali
annwali. F’dawn is-snin ukoll, ezattament fis-sena 1979, gie iffurmat l-ewwel kumitat tannisa Marjani, fi hdan din l-ghaqda. Is-sena 1985, kienet sena importanti ohra ghall-ghaqda taghna, specjalment f’qalb
iz-zghazagh cinturanti. Dik is-sena diversi zghazagh gew avvicinati mis-Sur Salvu
Thorthon u gie iffurmat l-ewwel kumitat taz-zghazagh. Dan kien il-bidu tal-ewwel
Sezzjoni Zghazagh gewwa l-Gudja u kif ukoll minn tal-ewwel gewwa Malta. Fis-sena 1990, gie mhabbar l-approvazzjoni tal-permess, ghall-bini tal-faccata talkazin, u f’dik is-sena stess, nhar il-festa lill- Madonna tac-Cintura, fl-ahhar tal-marc,
beda t-twaqqiegh simboliku tal-faccata, fejn gew mnehhiha l-ewwel gebliet millapramorta tal-kazin. F’Mejju tal-1991 beda lbini tal-ewwel filati tal-kantina u
f’Gunju saret ic-cerimonja tat-tqeghid tal-ewwel gebla tal-faccata mill-presidenti
onorarji John Dalli u Mario Calleja. Matul iz-zmien il-banda kompliet tikber u kien ga kellha diversi servizzi barra rrahal fosthom il-programm muzikali fil-foss ta’ San Gakbu il-Belt Valletta f’Gunju
tal-1966 u il-programm muzikali fit-Teatru Manoel, f’isem il- Malta Band
Association fl-1992. F’Gunju tas-sena 1993, saret laqgha straordinarja biex jigi mibdul l-isem tal-ghaqda
minn ‘Our Lady of Consolation Band Club’ ghal ‘Ghaqda Muzikali Marija Assunta’. Wara li saret votazzjoni din ghaddiet u wara l-laqgha giet mtellghha bandiera blisem il-gdid tal-ghaqda. Is-sena 1994 kienet tfakkar il-75 sena mit-twaqqfi tal-ghaqda u l50 sena millinawgurazzjoni tal-Banda u ghal din l-okkazjoni, f’Jannar saret akkademja muzikali
fil-knisja arci matrici tal-Gudja fejn attendew il-president ta’ Malta, l-arcisqof, lghaqdiet kollha tal-Gudja, xi ghaqdiet muzikali, membru u hbieb tal-ghaqda. F’ Awwissu ta’ dik is sena wkoll, saret ic-cerimonja tal-inawgurazzjoni tal-faccata ilgdida tal-kazin, mill- eccellenza tieghu Dr. Ugo Mifsud Bonnici, il-President
ta’Malta, u giet ukoll imbierka minn Mons. Annetto Depasquale. Peress li l-faccata u hafna mix-xoghol tal-bini kien lest, issa kien imiss li jduru ghallbzonnijiet importanti tal-Banda; il-plancier u l-arkivju. Fil-laqgha generali tas-sena
1996, gie pproponut minn Guzeppi N. Farrugia li jinfetah kont ghall-plancier ,din
giet ssekondata mis-Sur Sinforiano Desira, u approvata mill-membri prezenti, u dik
is-sena l-banda daqqet fuq il-qafas tal-plancier il gdid. Ix-xoghol fuq il-plancier
kompli miexi sew, u f’Awwissu tal-2000, giet inawgurata t-tieni parti tieghu millpresident onorarju tal-ghaqda, is-sur Anthony Baldacchino u s-sinjura tieghu. Fis-Sena 2003, giet mibdula id-data tal-Festa tal-Madonna tac-Cintura, mill- 4 ta’
Settembru ghall- ahhar Hadd t’Ottubrum kif nafuha illum. Is-snin 2004 u 2005 kienu snin importanti ghas-sezzjoni tal-armar, fejn hawn sar ilbini tal-palk u l-imhazen tal-armar biex ikun hemm fejn jitpogga l-armar il gdid u
zdied ukoll l-armar, kollox fuq disinn ta’ Renzo Gauci u bandalori bil-pitturi
ta’Patrick Dalli.Lejn is-sena 2010, beda il-process tal-bini tal-iswali tal-arkivju u
ohra tal-kuncerti, u mhazen iehor fuq is-swali ghall-armar. Fis-sena 2015 beda ix-xoghol fuq ir-rinovazzjoni tal-kazin, fejn dan baqa ghaddej
sa’ din is-sena stess, xoghol fuq is-swali ta’ fuq, it-tarag, u l-parti t’isfel tal-kazin,
xoghol li wassal ghall-kazin meravilja li qedin ingawdu flimkien illum. Mitt sena ta’storja, successi u identita’. Passat li kburin bih, taht il-harsien
wahdieni tal-Madonna tac-Cintura, titlu li din is-socjeta dejjem baqghet fidila lejh
tul l-istorja kollha taghha. Tul dawn il-mitt sena, hija dejjem harsitna u ghadha sallum il-gurnata tharisna u ttina s-sahha u l-kuragg nkomplu nahdmu, sena wara
sena, fi hdan din is-socjeta, biex b’hekk tibqa’ dejjem l-iktar socjeta prominenti
gewwa rahalna.