26/06/2026
Il-Banda San Mikiel taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Mro Matthew Grech, flimkien mal-kantanti, bħalissa għaddejja bl-aħħar kunċerti tagħha bħala preparazzjonijiet għall-ispettaklu mużikali ta' nhar it-Tnejn 29 ta' Ġunju. Nistednukom biex tingħaqdu magħna u tgawdu l-ġmiel ta' melodiji. Is-serata tibda fit-8:15pm u ser tinżamm f'Misraħ San Ġakbu, Ħaż-Żabbar.