Oratorju Don Bosco

Oratorju Don Bosco Contact information, map and directions, contact form, opening hours, services, ratings, photos, videos and announcements from Oratorju Don Bosco, Youth Organization, Pjazza Sant' Wistin, Victoria.

08/09/2026

Oratorju Don Bosco Streaming

Filwaqt li nirringrazzjaw bil-kbir lil Fr Effie Masini għal ħidma fejjieda tiegħu bħala Direttur ta' l-Oratorju għal daw...
07/09/2026

Filwaqt li nirringrazzjaw bil-kbir lil Fr Effie Masini għal ħidma fejjieda tiegħu bħala Direttur ta' l-Oratorju għal dawn is-snin kollha, nilqgħu bil-ferħ l-aħbar tan-nomina ta' Fr Samuel Grech bħala Direttur. Fr Samuel issa ilu din l-aħħar sena fostna bħala kollaboratur tad-direzzjoni. Nilqgħu fostna ukoll lil Fr Mark Bonello fil-ħidma tiegħu maż-żgħażagħ.

Inwegħduhom it-talb tagħna u kollaborazzjoni sħiħa.

NOMINI ĠODDA FID-DJOĊESI TA’ GĦAWDEX

📢 Bl-għan li l-Poplu ta’ Alla miġbur fid-Djoċesi ta’ Għawdex jiġi megħjun bl-aħjar mod fil-mixja Nisranija tiegħu, skont il-bżonnijiet u l-esiġenzi attwali, qed jiġu mħabbra dawn in-nomini ġodda marbuta ma’ diversi ministeri u servizzi fil-ħajja tal-Knisja f’Għawdex.

🗂️ Ħidmiet ġodda fuq livell Djoċesan:
• ir-Rev. Michael Grima (mill-Parroċċa ta’ San Lawrenz, San Lawrenz) – Viċi-Rettur tas-Seminarju Maġġuri tal-Qalb ta’ Ġesù, il-Belt Victoria;
• ir-Rev. Effie Masini (mill-Parroċċa ta’ San Ġorġ, il-Belt Victoria) – Assistent Ekkleżjastiku tal-Azzjoni Kattolika, u fl-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni u l-Midja tad-Djoċesi;
• Mons. Edward Xuereb (mill-Parroċċa ta’ San Ġwann Battista, ix-Xewkija) – Konsulent Kanoniku tal-Kurja u Viċi-Kanċillier għad-Djoċesi ta’ Għawdex.

⛪ Komunità parrokkjali ser ikollha Ragħaj ġdid fil-bidu tas-Sena Pastorali 2026-2027:
• ir-Rev. Gabriel Gauci (mill-Parroċċa tal-Madonna tas-Sokkors u San Girgor il-Kbir, Ta’ Kerċem) – Arċipriet tal-Parroċċa tal-Immakulata Kunċizzjoni u San Ġużepp, il-Qala.

👨🏻‍⚖️ Saċerdoti li ser ikunu qed jagħtu l-għajnuna tagħhom f’xi Parroċċa:
• ir-Rev. Massimo Buttigieg (mill-Parroċċa tal-Katidral ta’ Marija Mtellgħa s-Sema, il-Belt Victoria) – Vigarju Parrokkjali fil-Parroċċa tal-Katidral ta’ Marija Mtellgħa s-Sema, il-Belt Victoria;
• il-Kan. Alexander Cauchi (mill-Parroċċa tal-Viżitazzjoni ta’ Marija lil Eliżabetta, l-Għarb) – Kollaboratur Parrokkjali fil-Parroċċa tal-Madonna tas-Sokkors u San Girgor il-Kbir, Ta’ Kerċem;
• ir-Rev. Mario Mercieca (mill-Parroċċa tal-Katidral ta’ Marija Mtellgħa s-Sema, il-Belt Victoria) – Vigarju Parrokkjali fil-Parroċċa ta’ San Pietru u San Pawl, in-Nadur;
• il-Kan. Michael Mifsud (mill-Parroċċa tal-Viżitazzjoni ta’ Marija lil Eliżabetta, l-Għarb) – Vigarju Parrokkjali fil-Parroċċa tal-Viżitazzjoni ta’ Marija lil Eliżabetta, l-Għarb;
• Mons. John Muscat (mill-Parroċċa ta’ Santa Margerita, Ta’ Sannat) – Kollaboratur Parrokkjali fil-Parroċċa tal-Immakulata Kunċizzjoni u San Ġużepp, il-Qala;
• ir-Rev. David Pace MSSP (mill-Komunità tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl) – Kollaboratur Parrokkjali fil-Parroċċa tal-Madonna ta’ Loreto, Għajnsielem;
• il-Kan. Franklin Vella (mill-Parroċċa ta’ San Ġwann Battista, ix-Xewkija) – Kollaboratur Parrokkjali fil-Parroċċa ta’ San Ġwann Battista, ix-Xewkija.

👨🏻‍⚖️ Saċerdoti li ser ikunu qed iwettqu l-missjoni pastorali tagħhom f’realtajiet oħra:
• ir-Rev. Gerard Buhagiar (mill-Parroċċa tat-Twelid ta’ Marija, ix-Xagħra) – Direttur ta’ Dar Manresa, il-Belt Victoria.
• il-Kan. Michael J. Galea (mill-Parroċċa tat-Twelid ta’ Marija, ix-Xagħra) – Assistent Spiritwali fil-Fondazzjoni awtonoma OASI;
• ir-Rev. Samuel Grech (mill-Parroċċa tal-Madonna ta’ Loreto, Għajnsielem) – Direttur tal-Oratorju Don Bosco, il-Belt Victoria;
• Mons. Edward Xuereb (mill-Parroċċa ta’ San Ġwann Battista, ix-Xewkija) – Rettur tal-Komunità ta’ Santa Luċija.

👨‍👨‍👦‍👦 Ir-Rev. Mark Bonello (mill-Parroċċa tat-Twelid tal-Verġni Marija, Xagħra), Delegat tal-Isqof għall-Pastorali mal-Adolexxenti u ż-Żgħażagħ, u l-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ Għawdex (KDŻG), ser jibdew joperaw mill-Oratorju Don Bosco, il-Belt Victoria.

Dawn il-ministeri ġodda fid-Djoċesi ta’ Għawdex jidħlu fis-seħħ nhar it-Tnejn 14 ta’ Settembru 2026, Festa tal-Eżaltazzjoni tas-Salib Imqaddes. Huwa fid-dawl tal-imħabba, murija fil-misteru tas-Salib ta’ Kristu, li kull ministeru jew servizz fi ħdan il-Knisja għandu jsib iċ-ċentru u l-milja tiegħu, waqt li jingħax bħala għotja u qadi għall-oħrajn.

Il-Knisja f’Għawdex tixtieq tirringrazzja lil dawk kollha – saċerdoti u lajċi – li taw is-servizz tagħhom b’dedikazzjoni u impenn fil-ħidma li kienu qed ikopru sa dawn l-aħħar ġimgħat. Fuq kollox tirringrazzja lill-Missier tas-Sema għall-ġid kollu li sar permezz tagħhom u li minnu seta’ jgawdi l-Poplu ta’ Alla fdat f’idejhom.

Il-komunitajiet kollha huma mħeġġa sabiex matul dawn il-ġimgħat isir mument ta’ talb kemm fil-parroċċi u kemm fil-familji għal dawn ħutna, ħalli filwaqt li nsostnuhom u ngħinuhom bit-talb u l-għajnuna tagħna, il-Mulej Ġesù – li beda din l-opra tajba fihom – iwassalha sat-tmiem skont ix-xewqa tiegħu.

As we gear up towards our upcoming production of "The Prince of Egypt", let's take a trip down the Don Bosco Oratory The...
06/09/2026

As we gear up towards our upcoming production of "The Prince of Egypt", let's take a trip down the Don Bosco Oratory Theatre memory lane 🎭

Our theatre has seen many a stage production take place, from comedies to musicals and everything in between! In 1949, the Don Bosco Oratory Theatrical Company produced its first musical theatre production, "Occhio di Falco" 🦅 We've come a long way since then, but we will always have a special place in our hearts for these early operettas, rock-operas, and musicals 🎶

"Occhio di Falco" (1949)
"Għall-Arja tal-Muntanja" (1950)
"Occhio di Falco" (1955)
"Il-Furnar ta' Venezja" (1960)
"Marku s-Sajjied" (1969)
"Il-Barklor ta' Venezja" (1970)
"Pirates of Penzance" (1971)
"Cindirella" (1973)
"Aladdin" (1974)
"Robin Hood" (1975)
"Is-Saħħar tal-Flawt" (1976)
"Is-Sbejħa Rieqda" (1977)
"Is-Sultan Baħnan" (1979)
"Ġwanninu" (1985)
"Ġwanninu" (1988)
"Pawlu 2000" (1991)
"Spartacus" (1996)
"Waltzes from Vienna" (2004)
"Jisimni Giovanni" (2005)
"Madre Teresa" (2007)
"Marija ta' Nażaret" (2008)
"Il-Ħolma ta' Ġużeppi" (2010)
"Patri Piju" (2011)
"Il-Miraklu ta' Marċellino" (2012)
"Dun Ġorġ il-Musical" (2013)
"The Twelve Days of Christmas" (2013)
"Imħabba ta' Veru: Kjara u Franġisku l-Musical" (2014)
"Ġwanninu" (2015)
"Kolbe" (2017)

Be part of our theatre's story by booking your tickets for our upcoming musical, "The Prince of Egypt": https://theatre.donboscogozo.org/

05/09/2026

Address

Pjazza Sant' Wistin
Victoria

Telephone

21556616

Website

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Oratorju Don Bosco posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Contact The Organisation

Send a message to Oratorju Don Bosco:

Shortcuts

Share