13/10/2026
🇲🇹 Issa li tlesta r-restawr tal-Kappella ta’ San Ġużepp fil-Palazz tal-Arċisqof fil-Belt Valletta, dan il-filmat jagħti ħarsa lejn ir-riċerka u x-xogħol li wasslu għat-tlestija tal-proġett. Permezz tiegħu, nsiru nafu iktar dwar il-proċess ta’ konservazzjoni, l-iskoperti matul il-ħidma u x-xogħlijiet li saru.
Il-filmat inħadem mill-Uffiċċju tal-Preżenza Diġitali tal-Arċidjoċesi ta’ Malta b’kollaborazzjoni ma’ Curatorial Studio. Il-filmati u l-produzzjoni huma xogħol Nicholas Agius Deguara, filwaqt li r-ritratti matul il-proġett ittieħdu minn Ian Noel Pace. Il-proġett ġie appoġġjat mill-Uffiċċju tas-Segretarju Amministrattiv tal-Arċidjoċesi ta’ Malta, Prevarti Ltd u Atelier del Restauro Ltd.
Il-kappella restawrata ġiet inawgurata fl-20 ta’ Ġunju 2026, taħt il-patroċinju tal-Arċisqof Charles Scicluna, grazzi għall-ġenerożità tas-Sinjura Marie-Amélie Gleizes Dewavrin.
🇬🇧 With the conservation of the Chapel of St Joseph at the Archbishop’s Palace in Valletta now complete, a new short film documents the research and work behind it. The film offers insights into the project’s process, discoveries and interventions, and forms part of the conservation archive.
The film was produced by the Digital Presence Office of the Archdiocese of Malta and Curatorial Studio, with filming and production by Nicholas Agius Deguara and project photography by Ian Noel Pace. The project was supported by the Office of the Administrative Secretary of the Archdiocese of Malta, Prevarti Ltd and Atelier del Restauro Ltd.
The newly restored chapel was inaugurated on 20th June 2026, under the patronage of Archbishop Charles Scicluna and through the generosity of Madame Marie-Amélie Gleizes Dewavrin.