Moviment Graffitti

Directions Website

Moviment Graffitti A Maltese organisation active against the exploitation of people, the environment and animals. Visit us at www.movimentgraffitti.org.

Moviment Graffitti is active against oppression and exploitation of people, environment and animals; with a vision of freedom and radical democracy. Moviment Graffitti is autonomous from any political, economic and social force and practices radical democracy within its structures. It believes in the role of progressive alliances in order that the left may be strengthened.

Matul il-Baġit, il-Ministru tal-Finanzi x’aktarx ħa jfakkarna kemm l-ekonomija tagħna kibret. Madankollu, filwaqt li huw...
21/10/2026

Matul il-Baġit, il-Ministru tal-Finanzi x’aktarx ħa jfakkarna kemm l-ekonomija tagħna kibret. Madankollu, filwaqt li huwa minnu li l-ekonomija tagħna kibret b’ritmu mgħaġġel, dan ma jfissirx li dan it-tkabbir qed jissarraf fi kwalità ta’ ħajja aħjar għan-nies fis-soċjetà, speċjalment għall-ħaddiema.

Ekonomija li tikber għall-fini ta’ tkabbir biss tpoġġi aktar pressjoni fuq il-ħaddiema, li ħajjithom tispiċċa ddur madwar il-ħtiġijiet tax-xogħol.

🔴 L-għoli tal-ħajja, is-suq tal-kera u tal-proprjetà bla kontroll, il-pagi baxxi u l-kundizzjonijiet ta’ impjieg prekarji li jesperjenzaw il-ħaddiema f’ċerti setturi, in-numru ta’ karozzi fit-toroq tagħna, u l-politiki insuffiċjenti dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja wasslu biex tiddeterjora, aktar milli titjieb, fil-kwalità tal-ħajja tagħna, minkejja l-isplużjoni ekonomika.

It-tkabbir ekonomiku jeħtieġ ikun akkumpanjat minn politiki soċjali u ekonomiċi li jippermettu lin-nies jgħixu ħajja dinjituża u sodisfaċenti, isibu ħin għall-mistrieħ, iqattgħu ħin mal-familja u l-ħbieb tagħhom, jipparteċipaw fil-komunitajiet tagħhom, u jsegwu interessi lil hinn mir-rutini tax-xogħol tagħhom. Ekonomija tajba għandha tippermetti lin-nies mhux biss li jaqilgħu l-flus, iżda wkoll li jsibu bilanċ fil-ħajja ta’ kuljum tagħhom u jkollhom kontroll fuq il-ħin tagħhom stess.

⚠️ Għal numru ta’ snin, il-Gvern wiegħed miżuri effettivi għall-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja fil-manifesti elettorali tiegħu. Madankollu, l-implimentazzjoni ta’ dawn il-wegħdiet hija limitata u diżappuntanti. Jeħtieġ nitbiegħdu minn mudell ekonomiku fejn it-tweġiba għall-għoli tal-ħajja hija li wieħed jaħdem sigħat itwal jew ikollu aktar minn xogħol wieħed; fejn it-tweġiba għall-fatt li l-ġenituri jkollhom iqattgħu aktar ħin fuq ix-xogħol hija aktar childcare; u fejn it-tweġiba għat-traffiku hija li nżidu l-kapaċità tat-toroq.

👉 Jekk il-ħaddiema jkollhom l-għażla li jaħdmu b’mod flessibbli u minn fejn iridu, jista’ jkollhom kontroll akbar fuq ħajjithom filwaqt li jitnaqqas l-ivjaġġar bla bżonn.

👉 Ġimgħa tax-xogħol iqsar tagħti lill-ħaddiema aktar ħin biex iqattgħu mal-familja, jieħdu ħsieb lil ħaddieħor, jipparteċipaw fil-ħajja tal-komunità u jistrieħu.

👉 Leave adegwat għall-ġenituri u għal dawk li għandhom responsabbiltajiet biex jieħdu ħsieb ħaddieħor jippermetti lin-nies iwettqu dawn ir-responsabbiltajiet mingħajr ma jkollhom impatt negattiv fuq id-dħul tagħhom. Dan jista’ wkoll jinkoraġġixxi familji akbar.

👉 Approċċ olistiku għall-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja għandu jqis ukoll il-ħtiġijiet speċifiċi ta’ persuni b’diżabilità jew b’mard kroniku, sabiex kulħadd ikun jista’ jaqla’ l-għajxien tiegħu mingħajr ma jissagrifika saħħtu, l-indipendenza tiegħu jew il-kwalità tal-ħajja tiegħu.

👉 Il-ħaddiema hemm bżonn ukoll li jkunu jistgħu jaqtgħu mix-xogħol.

L-attività ekonomika għandha tkun organizzata madwar il-ħajja tan-nies, u mhux bil-kontra; l-espansjoni ekonomika għandha tkun ta’ benefiċċju għall-ħaddiema u għall-familji tagħhom, aktar milli għall-interessi kummerċjali b’saħħithom; u t-tkabbir ekonomiku ma jistax jitqies bħala l-unika indikazzjoni tal-progress soċjali.

Read in English in the comments.

F’Raħal Ġdid, iridu jeqirdu ġnien u parti minn binja antika fil-qalba storika (UCA) tal-lokalità, biex minflok jibnu 13-...
20/10/2026

F’Raħal Ġdid, iridu jeqirdu ġnien u parti minn binja antika fil-qalba storika (UCA) tal-lokalità, biex minflok jibnu 13-il appartament u 12-il garaxx.

Għandkom ċans sa nhar il-Ġimgħa, 23 ta’ Ottubru, sabiex toġġezzjonaw mal-Awtorità tal-Ippjanar kontra dan l-isfreġju.

📝 Ibgħatu email fuq [email protected], u fis-suġġett tal-email niżżlu n-numru tal-applikazzjoni: PA/06592/26.

Jekk tridu, tistgħu tużaw it-test t’hawn taħt fl-oġġezzjoni tagħkom.

*****

I strongly object to PA/06592/26 for the following reasons.

1. The proposed development is situated in the heart of an Urban Conservation Area (UCA), yet seeks to destroy a garden and construct 13 residential units and 12 private garages.

The proposed development is totally incompatible with the existing residential neighbourhood in scale, height, and usage. This is in conflict with SPED Urban Objective 2.1. Moreover, DC15 policies discourage the loss of gardens, especially those linked to historic buildings and in the UCA.

2. The introduction of 12 private garages and 13 units into such a small space will increase traffic in the area and place further unsustainable strain on infrastructure which cannot handle it.

3. The property being considered for partial demolition is understood to be one of the oldest surviving buildings in this area, and warrants conservation, not demolition. SPED Urban Objective 2 specifically mentions improving “the townscape and environment in historic cores with a presumption against demolition of property worthy of conservation”.

4. Besides being located within the UCA, the site is also within the designated setting and visual buffer zone of the Grade 1 scheduled Sant'Ubaldesca Church. It therefore also needs to be assessed in terms of Planning Circular 3/20.

5. Stretching underneath the property and neighbouring properties is a World War II shelter. If this application is accepted, there is a serious risk of damage to this sensitive cultural site and neighbouring properties. Yet to date, there has been no mention in the application of this site, measures that will be taken to protect it, or any consultation or feedback from the Superintendence for Cultural Heritage (SCH).

6. The comparable application PA/2098/08 on the same site was rejected on the 16th June 2008 for the following reasons:

“Il-Kumitat innota li din id-dar ghanda mertu arkitettoniku u ambjentali, ghanda gnien konsiderevoli u ghalhekk hu tal-fehma li din id-dar ma ghandiex titwaqqa la minn gewwa u lanqas minn barra. Ghalhekk il-kumitat hu tal-fehma li din it-talba ma ghandiex tigi milqugha.”

Given the increase in development and congestion that has occurred since then, both in Raħal Ġdid, and the Maltese islands as a whole, these concerns are not only still relevant, but are even more important and correct today than they were at the time.

7. Approving this application would set a dangerous precedent for increased development in UCA, and open up this historic village core to further development and congestion.

For the reasons above, I urge the PA to refuse this application in its entirety.

Nilqgħu b’sodisfazzjon l-azzjoni ta’ infurzar meħuda dalgħodu mill-Awtorità tal-Ippjanar: wara ġimgħat ta’ pressjoni pub...
20/10/2026

Nilqgħu b’sodisfazzjon l-azzjoni ta’ infurzar meħuda dalgħodu mill-Awtorità tal-Ippjanar: wara ġimgħat ta’ pressjoni pubblika, tneħħa l-pavimentar illegali quddiem ir-ristorant Piccolo Padre f’Tas-Sliema, u ż-żona treġġgħet lura għall-istat oriġinali tagħha.

⚠️ Madankollu, huwa ta’ tħassib li l-azzjoni ttieħdet biss minħabba l-biża’ li l-pubbliku seta’ ħa l-liġi f’idejh. Lil hinn mir-ristorant ta’ Carlo Stivala, diversi stabbilimenti tal-ikel f’ħafna lokalitajiet ilhom snin sħaħ joħorġu strutturi fuq art pubblika u jxekklu l-aċċess pubbliku.

Xi wħud irregolarizzaw is-sitwazzjoni tagħhom, li oriġinarjament kienet illegali, permezz ta’ sanzjonar tal-illegalitajiet mill-istess Awtorità tal-Ippjanar. Ħafna oħrajn għadhom illegali sal-lum, u minkejja lmenti ripetuti, la l-Awtorità tal-Artijiet u lanqas l-Awtorità tal-Ippjanar ma ħadu azzjoni ta’ infurzar kontrihom.

Filwaqt li l-azzjoni ta’ infurzar tal-lum hija ċertament pass fid-direzzjoni t-tajba, il-mod kif l-Awtorità tal-Ippjanar aġixxiet tul is-snin ma jimpressjonana xejn. Il-PA ripetutament tibqa’ tagħlaq għajnejha għall-illegalitajiet u, f’ħafna każijiet, saħansitra tinkoraġġihom permezz tas-sanzjonar, minflok ma tiżgura li l-ispazji pubbliċi jibqgħu aċċessibbli għall-pubbliku.

📝 Infakkru wkoll lill-awtoritajiet li għaddew aktar minn sentejn minn meta ppreżentajna formalment sett ta’ talbiet u proposti bil-għan li jiġu rregolati ż-żoni pubbliċi użati mill-istabbilimenti tal-catering u jittejjeb l-aċċess tal-pubbliku. Dawn il-proposti tfasslu flimkien ma’ gruppi ta’ residenti minn madwar Malta u Għawdex bħala parti mill-kampanja Il-Bankini taċ-Ċittadini (ħolqa għas-sit fil-kummenti), li għandha l-għan li tiżgura li l-ispazji pubbliċi jibqgħu pubbliċi.

Madankollu, aktar minn sentejn wara, it-talbiet tar-residenti jidher li waqgħu fuq widnejn torox.

Mhuwiex biżżejjed li l-awtoritajiet jieħdu azzjoni ta’ infurzar sporadika kontra l-illegalitajiet, ħafna drabi biss wara li sseħħ pressjoni pubblika. Dak li hemm bżonn huwa soluzzjoni dejjiema. Wasal iż-żmien li l-awtoritajiet jieħdu dawn il-proposti bis-serjetà u jimplimentawhom, billi jintroduċu miżuri ċari u effettivi biex jirregolaw l-okkupazzjoni kummerċjali tal-ispazji pubbliċi u jipprevjenu li s-sitwazzjoni tkompli tmur għall-agħar.

🔍 Fil-ġimgħat li ġejjin, se nkomplu nissorveljaw l-illegalitajiet f’diversi lokalitajiet u nagħmlu pressjoni fuq l-awtoritajiet biex jindirizzawhom, kif għamlu fil-każ tar-ristorant ta’ Stivala.

Sadanittant, nitolbu lill-Awtorità tal-Ippjanar u lill-Awtorità tal-Artijiet biex jieħdu azzjoni ta’ infurzar konsistenti kontra l-illegalitajiet kollha, filwaqt li jiżguraw li jipproteġu l-aċċess tal-pubbliku, minflok ma jinkoraġġixxu l-ħtif illegali u l-kummerċjalizzazzjoni tal-ftit spazji pubbliċi li fadlilna.

Read in English in the comments.

Ċajta kerha: Johann Buttigieg jittrassferixxi r-rwol tiegħu ta' direttur ta' kumpanija lil ibnu.Keċċuh mill-PA immedjata...
20/10/2026

Ċajta kerha: Johann Buttigieg jittrassferixxi r-rwol tiegħu ta' direttur ta' kumpanija lil ibnu.

Keċċuh mill-PA immedjatament❗

Johann Buttigieg ilbieraħ iddikkjara li ttrasferixxa r-rwol tiegħu bħala direttur ta’ kumpanija privata li topera fis-settur tal-ippjanar lil ibnu stess. Din l-azzjoni hija sempliċement gimmick – waħda li ma taħbix il-fatt li huwa korrott bil-provi u li ma tagħmilx il-pożizzjoni tiegħu fl-Awtorità tal-Ippjanar (PA) waħda fattibbli.

🔴 L-ewwel u qabel kollox, Johann Buttigieg għandu jitkeċċa mill-PA immedjatament għax instab li kkonfoffa mal-iżviluppatur Yorgen Fenech dwar applikazzjonijiet għall-iżvilupp u ftehimiet kummerċjali waqt li kien qed iservi bħala CEO tal-awtorità pubblika responsabbli għall-valutazzjoni ta’ dawn l-applikazzjonijiet b’mod imparzjali.

F’konverżazzjonijiet li bdew permezz ta’ chat u komplew f’festini privati li organizza l-iżviluppatur, Buttigieg wera r-rieda tiegħu li jidħol fi ftehimiet kummerċjali mal-iżviluppaturi u jiffaċilita l-approvazzjoni ta’ proġetti għall-benefiċċju tagħhom.

🤥 Dan l-aħħar gideb ukoll meta sostna li dawn il-konverżazzjonijiet seħħew tliet ġimgħat qabel ma waqaf ikun il-kap tal-PA, meta, fir-realtà, kienu seħħew ħafna xhur qabel.

Dan l-iskandlu enormi jeżisti indipendentement mill-iskandlu separat li jinvolvi s-sjieda tiegħu ta’ kumpanija privata li topera fis-settur tal-ippjanar waqt li jmexxi l-PA. Id-deċiżjoni redikola tiegħu li jċedi d-direttorat tal-kumpanija lil ibnu, u jibqa’ hu waħdu l-uniku azzjonist, tammonta biss għal bidla fl-isem – l-arranġament tipiku bi prestanome użat biex jaħbi l-interessi kummerċjali. Barra minn hekk, din il-mossa qatt ma kienet issir kieku l-midja ma kixfitx il-kunflitt ta’ interess sfaċċat tiegħu.

🫣 L-ebda manuvra li tippruva tikkontrolla l-perċezzjoni pubblika mhi se taħbi r-realtà: Johann Buttigieg huwa CEO korrott. Kull minuta li l-Gvern iħallih fil-pożizzjoni tiegħu twaqqa’ għaċ-ċajt l-istituzzjonijiet ta’ Malta u tibgħat messaġġ li l-korruzzjoni fl-ippjanar hija normali.

Johann Buttigieg irid jitkeċċa immedjatament u jiġi mċaħħad b’mod permanenti minn kwalunkwe kariga pubblika u pożizzjoni ta’ konsulenza, imqar biex titreġġa’ lura parti mill-ħsara enormi li qed issir.

📣 Nitolbu wkoll li ssir inkjesta sħiħa dwar ir-rabtiet illeġittimi bejn Johann Buttigieg u l-iżviluppaturi, flimkien mal-introduzzjoni ta’ liġijiet li jirrikjedu li l-uffiċjali pubbliċi jikkomunikaw mal-partijiet interessati esklussivament permezz ta’ mezzi uffiċjali.

Irid jiġi stabbilit ukoll reġistru ta’ trasparenza li jkopri l-laqgħat kollha bejn l-uffiċjali pubbliċi u l-partijiet interessati.

Read in English in the comments.

BirdLife Malta | Din l-Art Helwa | FAA Flimkien għal Ambjent Aħjar | Friends of the Earth Malta | Front Żgħażagħ għall-Ambjent | Għawdix | Moviment Graffitti | Nature Trust - FEE Malta | Ramblers Malta | Wirt Għawdex

Wara ġimgħat ta’ pressjoni qawwija mill-pubbliku, Carlo Stivala jidher li fl-aħħar neħħa l-imwejjed, is-siġġijiet, it-ti...
17/10/2026

Wara ġimgħat ta’ pressjoni qawwija mill-pubbliku, Carlo Stivala jidher li fl-aħħar neħħa l-imwejjed, is-siġġijiet, it-tinda u l-istrutturi oħrajn li kienu qed jokkupaw art pubblika illegalment f’Tas-Sliema.

Iżda, sal-ġurnata tal-lum, il-pavimentar ġdid li installa illegalment biex ikompli jaħtaf mit-triq, għadu hemmhekk.

👉 Is-sitwazzjoni issa drajnieha. Aħtaf art pubblika illegalment, okkupaha bl-imwejjed, siġġijiet u strutturi oħra, imbagħad issanzjona wara.

Il-fatt li l-pavimentar ġdid li installa biex ikompli jaħtaf aktar mit-triq għadu hemm — b’periklu kbir għan-nies mexjin u għat-traffiku — iħassibna mhux ħażin. Nafu li Stivala, wara li kien diġà ħataf l-art u okkupaha bl-imwejjed u s-siġġijiet, kien ukoll applika għal konċessjoni biex jokkupa l-art pubblika.

X’se jwaqqfu għalhekk milli jerġa’ joħroġ l-imwejjed u s-siġġijiet u jerġa’ jibda jopera biex jagħmel profitt minn art pubblika❓

Jekk l-awtoritajiet iridu jkunu serji, jeħtieġ li jordnaw lil Stivala jneħħi l-pavimentar illegali quddiem il-lukanda tiegħu, li tajjeb ngħidu li parti sostanzjali minnha hija wkoll illegali. Hekk biss nistgħu nserrħu moħħna li l-art pubblika se tibqa’ pubblika.

🔴 Dan li qed ngħidu għal Stivala japplika għall-istabbilimenti kollha li ħatfu ix-Xatt kollu ta’ Tas-Sliema u l-Gżira. Japplika wkoll għall-għadd bla qies ta’ stabbilimenti kummerċjali li fgaw ix-xtut, il-bankini, il-kosti, il-pjazez, u t-toroq tagħna f’bosta bliet madwar Malta u Għawdex, mill-Mellieħa sa Marsaxlokk, mill-Belt Valletta sar-Rabat, Għawdex, mill-Isla sa Marsaskala u Marsalforn.

Dan kollu huwa sintomatiku ta’ problemi ferm usa’: il-ħtif bla rażan ta’ spazji pubbliċi mill-kummerċ u l-falliment totali tas-sistema tal-infurzar f’pajjiżna. Is-sistema falluta tal-ippjanar f’pajjiżna qed tinnormalizza sistema fejn l-ewwel issir illegalità, biex imbagħad tiġi ssanzjonata. Ħafna drabi wkoll, l-illegalitajiet fuq spazji pubbliċi jibqgħu joperaw waqt li jkollhom ordni ta’ infurzar — li jurina kemm l-ordnijiet ta’ infurzar li jinħarġu mill-awtoritajiet huma biss daħk fil-wiċċ.

Iżda lil hinn mill-illegalitajiet, qed tiġi nnormalizzata xi ħaġa agħar. Qed jiġi nnormalizzat il-ħtif ta’ art pubblika biex il-ftit sinjuruni bullies li ħatfu kważi kull rokna f’pajjiżna jkomplu jħaxxnu bwiethom. F’kuntest ta’ bini u żvilupp bla rażan, il-komunitajiet tagħna ma jistgħux jibqgħu jitilfu l-ftit spazji pubbliċi li fadal.

⚠️ Huwa diżappuntanti li l-illegalità ta’ Carlo Stivala tneħħiet parzjalment biss wara pressjoni qawwija mill-pubbliku, u mhux għax aġixxew l-awtoritajiet minn jeddhom.

Nergħu nwissu li jekk l-illegalità mhix se titlaq għalkollox — jiġifieri jekk il-pavimentar illegali mhux se jitneħħa wkoll — il-pubbliku ma jifdallux għażla ħlief li jieħu azzjoni.

Read in English in the comments.

Din is-sena, id-disa’ anniversarju mill-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia jinħass partikolarment iebes. In-nuqqas ta...
16/10/2026

Din is-sena, id-disa’ anniversarju mill-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia jinħass partikolarment iebes.

In-nuqqas ta’ ġustizzja jinħass aktar minn qatt qabel, mhux biss għall-familja ta’ Daphne, iżda għall-poplu Malti u Għawdxi kollu.

Matul dawn id-disa’ snin, ħareġ dejjem aktar biċ-ċar li f’Malta nħolqot klassi ta’ persuni li jqisu lilhom infushom ’il fuq mil-liġi. Klassi li tisraq mill-poplu u li tasal saħansitra toqtol, filwaqt li tibqa’ tgawdi l-impunità.

Il-ġuri kompla jikxef b’mod ċar il-qrubija intima u tossika bejn il-politiċi u n-negozjanti l-kbar - rabta li wasslet għall-assassinju ta’ Daphne u li, minn dak iż-żmien 'l hawn, kompliet biss tikber u tmur għall-agħar.

F’dan l-anniversarju, inħeġġu lil dawk kollha li bħalna jħossu l-piż ta’ din l-inġustizzja, biex ma jaqtgħux qalbhom.

Id-demokrazija teħtieġ ċittadini li jibqgħu preżenti, li jibqgħu jistaqsu, li jibqgħu jorganizzaw ruħhom u li jibqgħu jitolbu rendikont minn min għandu l-poter.

Ibqgħu esprimu r-rabja tagħkom. Malta jistħoqqilha aħjar.

Read in English in the comments.

🔴 Sal-lum, Carlo Stivala għadu jibbenefika mill-okkupazzjoni illegali ta’ art pubblika u mill-istrutturi illegali li ben...
15/10/2026

🔴 Sal-lum, Carlo Stivala għadu jibbenefika mill-okkupazzjoni illegali ta’ art pubblika u mill-istrutturi illegali li bena fuqha.

Ġimagħtejn ilu, Carlo Stivala, magħruf bħala żviluppatur buli li ripetutament jikser il-liġi għall-gwadann personali, ħataf il-bankina u t-triq ta’ quddiem il-lukanda tiegħu f’Tas-Sliema, li parti minnha nbniet illegalment. Wara pressjoni pubblika qawwija, tneħħiet it-tinda illegali. Madankollu, l-okkupazzjoni tal-ispazju pubbliku kompliet bla waqfien u, fil-fatt, kompliet tiżdied.

🙈 Matul dawn l-aħħar ġimagħtejn, kulma smajna mill-awtoritajiet u mill-Ministru kienu skużi u tentattivi biex jinħbew wara proċeduri ineffettivi ħalli jevitaw li jieħdu azzjoni. Fost dawn hemm ordnijiet ta’ infurzar u ta’ żgumbrament mill-Awtorità tal-Ippjanar u mill-Awtorità tal-Artijiet. Iż-żewġ awtoritajiet għandhom rekord diżastruż li jħallu l-illegalitajiet għaddejjin għal żmien indefinit, partikolarment meta dawk responsabbli jkunu individwi sinjuri u b’saħħithom.

Ir-realtà fuq il-post hija ċara: l-okkupazzjoni illegali ta’ art pubblika minn Carlo Stivala għadha għaddejja, u hu għadu jagħmel profitt minnha b’impunità. Dan huwa sintomatiku ta’ problemi ferm usa’: l-okkupazzjoni sfrenata ta’ spazji pubbliċi minn stabbilimenti kummerċjali, kemm jekk legali kif ukoll jekk illegali, u l-falliment totali tal-awtoritajiet li jinfurzaw il-liġijiet dwar l-artijiet, l-ippjanar u l-ambjent.

🤯 Huwa ironiku ferm li l-Ministru għall-Ippjanar qed juża l-proċeduri legali bħala skuża għan-nuqqas ta’ azzjoni, meta huwa proprju l-Gvern li huwa responsabbli li jistabbilixxi dawn il-proċeduri. F’April, meta l-kampanja Ġustizzja għal Artna identifikat ir-riforma tal-infurzar bħala waħda minn erba’ oqsma li jeħtieġu azzjoni urġenti, il-Gvern wieġeb b’silenzju jtarrax.

Is-sitwazzjoni hija inġusta għal t’apposta, hekk kif il-Gvern ifittex li jneħħi s-setgħa minn idejn il-poplu, iċaħħdu mid-drittijiet tiegħu u jagħti s-setgħa kollha lill-iżviluppaturi. Is-sitwazzjoni hija tant gravi li Johann Buttigieg, il-kap korrott tal-Awtorità tal-Ippjanar li nqabad fil-fatt jikkonfoffa mal-iżviluppaturi, inżamm fil-kariga minkejja l-evidenza pubblika qawwija kontrih.

❌ Matul is-snin, ir-residenti u l-organizzazzjonijiet iffaċċjaw ripetutament ostakli tal-mistħija kull darba li ppruvaw jiksbu informazzjoni dwar l-okkupazzjoni tal-ispazji pubbliċi. It-tħassib u l-proposti tagħhom ġew injorati, u t-talbiet tagħhom għal rispett bażiku ġew trattati b’disprezz. L-illegalità bla mistħija ta’ Carlo Stivala hija melħ fuq din il-ferita miftuħa.

Jekk din l-okkupazzjoni illegali ma tintemmx minnufih, il-poplu ma jkollux għażla oħra ħlief li jiddefendi dak li huwa tiegħu bi dritt. L-art pubblika hija tal-poplu, mhux tal-iżviluppaturi li jaħsbu li jistgħu jiksru l-liġi għall-profitt tagħhom stess filwaqt li l-awtoritajiet jibqgħu b’idejhom fuq żaqqhom.

Read in English in the comments below.

Join us this Thursday at 18:00 for a screening of Earth's Greatest Enemy, a documentary exposing the devastating environ...
14/10/2026

Join us this Thursday at 18:00 for a screening of Earth's Greatest Enemy, a documentary exposing the devastating environmental impact of the US military. Stay after the screening for an informal discussion on the links between militarism, imperialism and the climate crisis.

🎟️ Tickets: €3 (feel free to contact the Friends of the Earth Malta page for a free ticket if cost is a barrier).

Earth's Greatest Enemy investigates the US military's enormous environmental footprint, from its dependence on fossil fuels to the pollution, toxic waste and ecological destruction it creates. The US military is one of the world's largest institutional consumers of fossil fuels, yet its contribution to the climate crisis is often overlooked. Military bases, weapons testing and armed conflicts also contaminate land and water, destroy ecosystems and leave communities dealing with the consequences for generations.

At a time when governments continue to increase military spending while failing to take meaningful action on the climate crisis, the documentary raises an important question: Can we achieve environmental and climate justice without confronting militarism and imperialism?

Earth's Greatest Enemy is being screened as part of the ĊineAmbjent Film Festival 2026, a project supported by Arts Council Malta.

Flimkien ma' 9 għaqdiet, għadna kemm ressaqna formalment l-oġġezzjonijiet qawwija tagħna quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar...
13/10/2026

Flimkien ma' 9 għaqdiet, għadna kemm ressaqna formalment l-oġġezzjonijiet qawwija tagħna quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar kontra politika tal-ippjanar proposta li se xxejjen il-protezzjoni tal-artijiet barra ż-żona tal-iżvilupp (ODZ), thedded mijiet ta’ bdiewa, u potenzjalment tikkawża ħsara kbira lin-natura.

🚧 Dan id-dokument ta’ politika tal-ippjanar jipproponi li jitħallew jinbnew faċilitajiet kummerċjali kbar, fil-forma ta’ korsiji tat-tlielaq, f’żoni barra mill-konfini tal-iżvilupp (ODZ), kemm fuq art agrikola kif ukoll fuq art naturali. Il-politika donnha tassumi li sempliċement għax tuża l-kelma “temporanji”, l-impatt ta’ dawn il-faċilitajiet se jisparixxi.

Madankollu, dawn l-istrutturi mhuma se jkunu temporanji xejn. Il-permessi se jkunu validi għal ħames snin sħaħ u, meta wieħed iqis ir-regoli l-oħra tal-ippjanar u n-nuqqas sistematiku ta’ infurzar, dawn il-faċilitajiet jistgħu faċilment jibqgħu hemm għal dejjem. Barra minn hekk, se jintroduċu attività kummerċjali intensiva fil-kampanja tagħna, f’żoni li għandhom ikunu primarjament riservati għall-agrikoltura jew għall-ħarsien tan-natura.

💼 Din il-politika ġiet miftiehma mal-iżviluppaturi qabel ma nħarġet għal dik li suppost hija konsultazzjoni pubblika. Dan huwa każ ċar ieħor ta’ deċiżjonijiet li jittieħdu minn wara dahar il-pubbliku u fl-interessi ta’ individwi privati – prattika korrotta li saret in-norma fis-settur tal-ippjanar, kif jixhdu ċ-chats ippubblikati bejn l-iżviluppatur Yorgen Fenech u Johann Buttigieg, il-kap korrott tal-PA.

L-intenzjonijiet malizzjużi u l-periklu ta’ din il-politika dehru biċ-ċar tliet snin ilu, fi żmien meta l-pubbliku ġenerali lanqas biss kien jaf li din il-politika kienet qed titħejja. Applikazzjoni għal korsa tat-tlielaq fuq art agrikola f’Ta’ Qali, li kienet thedded direttament lill-bdiewa li jaħdmu r-raba’ kkonċernat, kienet ġiet irrakkomandata għar-rifjut. Waqt is-seduta pubblika, il-perit tal-iżviluppatur, li kellu rabtiet mal-grupp influwenti BILOM, stqarr li l-Gvern kien qed iħejji politika biex jippermetti strutturi bħal dawn. Sussegwentement, l-applikazzjoni ġiet irtirata, peress li l-politika kienet għadha lanqas biss inħarġet għall-konsultazzjoni pubblika, aħseb u ara kemm kienet daħlet fis-seħħ.

⚠️ Huwa ċar li l-Gvern, minn wara dahar kulħadd, fassal pjan mal-iżviluppaturi biex idgħajjef bil-kbir il-protezzjoni tal-ODZ u l-ħarsien tan-natura, kif ukoll biex iżid il-pressjoni fuq il-bdiewa billi jippermetti aktar attivitajiet kummerċjali li m’għandhom x’jaqsmu xejn mal-agrikoltura f’żoni li għandhom ikunu riservati għall-użu agrikolu.

L-għaqdiet qed jikkundannaw bil-qawwa dawn il-manuvri qarrieqa, li għandhom l-għan li jaqdu interessi privati b’saħħithom għad-detriment tal-ġid komuni, tal-agrikoltura Maltija u tal-integrità tan-natura. Jekk il-Gvern jinsisti li jmexxi ’l quddiem din il-politika perikoluża, l-għaqdiet iwissu li se jkunu qed jopponuha bil-qawwa.

📝 In the comments: English version, and the full objections document submitted by the NGOs

BirdLife Malta | Din l-Art Helwa | FAA Flimkien għal Ambjent Aħjar | Friends of the Earth Malta | Għawdix | Moviment Graffitti | Nature Trust - FEE Malta | Ramblers Malta | Wirt Għawdex

Carlo Stivala qed ikompli jisfida u jikkapparra illegalment l-ispazju pubbliku quddiem il-lukanda tiegħu f'Tas-Sliema, l...
09/10/2026

Carlo Stivala qed ikompli jisfida u jikkapparra illegalment l-ispazju pubbliku quddiem il-lukanda tiegħu f'Tas-Sliema, li hija wkoll parzjalment illegali.

Filwaqt li tneħħiet it-tinda illegali, huwa ħalla l-pavimentar li qabad u għamel fuq il-bankina u fit-triq sabiex jaħtaf dan l-ispazju illegalment. Sal-bieraħ filgħaxija, huwa kien qed illegalment juża dan l-ispazju għan-negozju tiegħu.

Ovvjament, il-PA, u l-mexxej korrott tagħha, Johann Buttigieg, ma ħadu ebda azzjoni ħlief li ħarġu hekk imsejjaħ "avviż ta' infurzar" li fil-prattika ma jwassal għal xejn.

⚠️ Għalhekk se jkollna ntennu t-twissija tagħna: jekk l-illegalità ta' Carlo Stivala mhux se titneħħa kollha kemm hi - inkluż il-pavimentar, il-qsari, u l-imwejjed u s-siġġijiet - aħna se jkollna nieħdu azzjoni diretta kontriha.

Dejjem tgħallimna li lill-bullies trid tiqfilhom, speċjalment meta huma aġevolati minn korrotti fil-poter.

Read in English in the comments.

Address

67, Strait Street
Valletta

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Moviment Graffitti posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Shortcuts

Share