Akkademja tal-Malti

Directions Website Contact the organisation

Akkademja tal-Malti L-Akkademja tal-Malti hi għaqda volontarja li taħdem biex iġġib 'il quddiem l-istudju akkademiku fuq il-letteratura u l-lingwa Maltija.

DUBBIENA KUKKUŻEJTDramm ta’ Paul P. BorgFl-1993, il-Ġurija tat l-ewwel post lid-dramm DUBBIENA KUKKUŻEJT ta’ Paul P. Bor...
07/10/2026

DUBBIENA KUKKUŻEJT
Dramm ta’ Paul P. Borg

Fl-1993, il-Ġurija tat l-ewwel post lid-dramm DUBBIENA KUKKUŻEJT ta’ Paul P. Borg f’konkors nazzjonali mniedi mill-Fondazzjoni ĠEM (Ġużè Ellul Mercer).

Iżda kien hemm twissija serja minn membru tal-ġurija li s-soċjetà Maltija ma kinitx għadha lesta tiffaċċja s-sitwazzjonijiet tad-dramm fuq palk. U minħabba f’hekk id-dramm baqa’ ma xxandarx.

Issa DUBBIENA KUKKUŻEJT qiegħed f’idejn il-pubbliku. Ġrajja mexxejja ta’ żewġ adulti mkissrin minn abbużi koroh li ġarrbu fi tfulithom.

Tifla ta’ sitta, seba’ snin.

Tfajjel adolexxenti.

Bħal Tolstoj, l-awtur jemmen li l-verità hi l-eroj soċjali tal-kitba tiegħu. L-Arti twassal il-verità tal-emozzjonijiet umani. U ma taħbihomx. Anki jekk iweġġgħu

ULIED ASTARTESalv Sammut HorizonsDin id-darba, Salv Sammut jagħżel tema ferma oriġinali fil-binja tiegħu ta’ dan ir-ruma...
04/10/2026

ULIED ASTARTE
Salv Sammut
Horizons

Din id-darba, Salv Sammut jagħżel tema ferma oriġinali fil-binja tiegħu ta’ dan ir-rumanz: Astarte, li fil-qedem kienet meqjusa u meqjuma bħala alla tal-imħabba, tal-fertilità u tat-taqbid. Il-kitba f’dan ir-rumanz hija kollha stħajjil tal-kittieb u frott l-immaġinazzjoni tiegħu.

F’dan ir-rumanz, il-qarrej se jsib ritwali li jseħħu fit-tempji tal-Imnajdra fi ljieli ta’ qamar jiddi u qrib sbieħ il-jum. Dawn ir-ritwali jsiru f’kull solstizju u ekwinozju meta l-istaġuni tas-sena jinbidlu. F’dan il-bdil, waqt xi invokazzjoni, tfajla titteħdilha l-verġinità tagħha bħala turija ta’ qima lejn Astarte.

Iżda darba mhux kollox imur sew. Tfajla ma titlifx biss is-safa ta’ xbubitha imma wkoll titlef ħajjitha fuq il-midbaħ tar-ritwal.

Dawn ir-ritwali kienu jitwettqu minn għaqda li sejħet lilha nfisha “Ulied Astarte”. L-imseħbin fiha, fil-bidu tal-inizjazzjoni tagħhom, riedu jaħilfu lealtà, segretezza u solidarjetà għal xulxin. Ilkoll kienu jibżgħu mill-Mastru-Suprem, li ħadd ma kien jaf eżatt min kien għajr dawk taċ-ċrieki tassew ta’ ġewwa.

Fl-aħħar mhux kulħadd ried jibqa’ leali. Daħlu l-biża’, it-theddid, kif ukoll l-eliminazzjoni ta’ min jazzarda jaħseb li jrid jinħall mir-rabta. Stupru vjolenti fuq tfajla verġni kebbes aktar din ix-xewqa.

F’dan ir-rumanz ma tonqosx lanqas l-imħabba ġenwina mal-qerq fi ħdan il-ġustizzja ta’ xi ħadd li kien midħla sewwa tal-għaqda klandestina. B’danakollu, fl-aħħar jitfaċċa bniedem rett u ġust li mhux biss iħarbat ritwal imma wkoll ikisser dik l-Għaqda ta’ Ulied Astarte.

B’hekk, is-sewwa tirbaħ, il-ġustizzja ssir u t-tempji tal-Imnajdra jerġgħu jgħixu u jsaltnu fis-skiet u l-ħemda ta’ ljieli qamrin. Għalhekk, il-qarrej huwa u jaqra se jimxi pass pass ma’ dil-ġrajja eċċitanti u movimentata.

Ftit snin ilu rċevejna għadd ta’ ittri tal-familja Frere, indirizzati Cambridge, li komplew jixħtu dawl fuq ir-rispett t...
28/09/2026

Ftit snin ilu rċevejna għadd ta’ ittri tal-familja Frere, indirizzati Cambridge, li komplew jixħtu dawl fuq ir-rispett ta’ John Hookham Frere lejn Mikiel Anton Vassalli.

Din il-qrubija bejn iż-żewġ letterati kienet se twassal biex il-grammatika tal-Malti jistampawhielu l-Cambridge University Press. Ma kellux jiġri hekk minħabba l-ebusija ta’ ras Vassalli.

Skopri aktar f’taħdita pubblika minn Dr Olvin Vella nhar il-Ġimgħa 9 ta’ Ottubru, fil-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija, il-Belt Valletta, fis-6.30pm.

Erfa’ postok minn kwalunkwe mużew jew sit ta’ Heritage Malta, jew online minn hawn:

https://eur01.safelinks.protection.outlook.com/?url=https%3A%2F%2Fus.list-manage.com%2FS7kPjP7LsTu%3Fe%3Dd2d5a805fa%26c2id%3D79c76903e75f7573907b03b16eb232b1&data=05%7C02%7Ccursty.vassallo%40gov.mt%7C9cd7d70d2d444749392f08df1d573ded%7C34cdd9f55db849bcacba01f65cca680d%7C0%7C0%7C639261932704152838%7CUnknown%7CTWFpbGZsb3d8eyJFbXB0eU1hcGkiOnRydWUsIlYiOiIwLjAuMDAwMCIsIlAiOiJXaW4zMiIsIkFOIjoiTWFpbCIsIldUIjoyfQ%3D%3D%7C0%7C%7C%7C&sdata=lwE7%2FR%2Fg4olcA%2FtW237yVL1%2BvyYFiCyEPLTNmnrRy1Y%3D&reserved=0

22/09/2026

60 sena ilu, fit-22 ta’ Settembru 1966, Mikiel Fsadni u Godfrey Wettinger skoprew teżor straordinarju, l-eqdem xogħol letterarju magħruf bil-Malti: Il-Kantilena hija poeżija ta’ Pietru Caxaro u hija l-eqdem test letterarju bil-Malti.

Din il-poeżija tmur lura għas-Seklu XV (mhux iktar t**d mill-1485, meta miet l-awtur, u probabilment miktuba għall-ħabta tas-sena 1470) u nstabet fl-Arkivju Notarili fl-1966 mill-Professur Godfrey Wettinger u Patri Mikiel Fsadni OP.

Il-Kantilena hija għanja medjevali li swiet ta’ ġid kbir kemm fil-qasam lingwistiku kif ukoll f’dak storiku u letterarju ta’ pajjiżna.

Fl-2013 l-Akkademja tal-Malti sponsorjat ir-restawr tal-volum li fih tinsab il-Kantilena, xogħol li sar b'reqqa kbira minn Dr Theresa Zammit Lupi.

Isma' l-Għanja ta' Pietru Caxaro moqrija mill-Prof. Martin Zammit:

https://www.reddit.com/r/malta/comments/13wnrs5/ilkantilena_the_oldest_known_literary_work_in_the/

Nifirħu lill-Prof. Adrian Grima għad-diskors eċċellenti tiegħu f'Jum il-Vitorja.
08/09/2026

Nifirħu lill-Prof. Adrian Grima għad-diskors eċċellenti tiegħu f'Jum il-Vitorja.

Read in English It-Tnejn filgħaxija saret is-serata kommemorattiva fl-okkażjoni tal-festa nazzjonali ta’ Jum il-Vitorja, li…

Address

Dar Doreen Micallef, 12 App. 1, Triq Sant' Andrija
Valletta
VLT1341

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Akkademja tal-Malti posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Contact The Organisation

Send a message to Akkademja tal-Malti:

Shortcuts

Share