22/10/2026
🇲🇹 Fl-aħħar jiem, bejn il-15 ta' Ottubru u nhar it-Tnejn li għadda, fir-Riserva Naturali tas-Salina wieħed seta' josserva Paletta li apparti ċurkett tal-metall, kellha ċurkett abjad bl-ittri BAAP.
Dan it-tip ta' ċurkett tal-kulur jippermettilna nidentifikaw għasfur individwali mill-bogħod, mingħajr ma jkollna għalxiex nerġgħu naqbduh. Permezz tiegħu nkunu nistgħu nsiru nafu fejn u meta ġie irringjat l-għasfur, kif ukoll fejn ikun ġie osservat matul ħajtu.
L-istorja ta' din il-Paletta bdiet fis-27 ta' Ġunju tal-2017, meta ġiet imlibbsa dan iċ-ċurkett minn ringers kollegi tagħna fi ħdan EURING f'kolonja f'Baranda, fis-Serbja, meta kienet għadha ferħ fil-bejta (punt 0 fuq il-mappa). Dan ifisser li llum għandha ftit aktar minn 9 snin!
Minn dak iż-żmien 'l hawn, din il-Paletta reġgħet ġiet osservata diversi drabi fl-Ungerija (punti 1–8 fuq il-mappa). Fl-2021 ġiet osservata sitt darbiet bejn Mejju u Awwissu, wara erba' snin dehret f'Mejju tal-2025 u l-aħħar osservazzjoni tagħha qabel waslet Malta kienet fis-7 ta' Lulju tal-2026 (punt 8).
U issa tfaċċat Malta (punt 9)! Hawnhekk qattgħet diversi jiem titrejjaq fir-Riserva Naturali tas-Salina.
Sfortunatament, waqt il-waqfa tagħha f'Malta, din il-Paletta ntlaqtet minn tir u ġie osservat xi demm fuq ġwenħajha. Fortunatament pero, jidher li ma ġarrbitx ġrieħi gravi, peress li xorta setgħet tiekol u ttir tajjeb.
Minn din l-istorja tal-Paletta naraw l-importanza tar-ringing u kif permezz ta' dawn iċ-ċrieket nitgħallmu aktar fuq il-movimenti ta' dawn l-għasafar. Toħroġ ukoll l-importanza ta' riżervi naturali u żoni protetti bħal dik tas-Salina, fejn dan l-għasfur seta jieqaf jistrieħ waqt il-passa tiegħu.
🇬🇧 In recent days, between 15 October and last Monday, a Eurasian Spoonbill was observed at Salina Nature Reserve with a metal ring and a white colour ring bearing the letters BAAP.
This type of colour ring allows us to identify an individual bird from a distance, without having to recapture it. It enables us to find out where and when the bird was ringed, as well as where it has been observed throughout its life.
The story of this Eurasian Spoonbill began on 27 June 2017, when our fellow ringers within EURING fitted it with this ring at a colony in Baranda, Serbia, when it was still a chick (point 0 on the map). This means that it is now just over nine years old!
Since then, this Eurasian Spoonbill has been observed on several occasions in Hungary (points 1–8 on the map). In 2021, it was recorded six times between May and August. After a gap of four years, it was spotted again in May 2025, and its last recorded sighting before arriving in Malta was on 7 July 2026 (point 8).
And now it has turned up in Malta (point 9)! It spent several days feeding and replenishing its energy reserves at Salina Nature Reserve.
Unfortunately, during its stay in Malta, the Eurasian Spoonbill was shot, and some blood was observed on its wing. Fortunately, however, it does not appear to have suffered serious injuries, as it was still able to feed and fly well.
This Eurasian Spoonbill's story highlights the importance of bird ringing and how these rings help us learn more about the movements of birds. It also underlines the importance of nature reserves and protected areas such as Salina, where this bird was able to stop and rest during its migration.