23/10/2026
Kienet Amy Galea li din id-darba kkuntattjat lil Felix dwar fenek sabiħ li nstab mitluq f’għalqa fl-inħawi tal-Imdina. Amy rnexxielha wkoll taqbdu, u llum qed naqsmu magħkom il-ġmiel ta’ dan il-fenek tar-razza kummerċjali magħrufa bħala Butterfly (Farfett). 🐰❤️
Fenek sabiħ immens, mans u doċli! Bħas-soltu, Felix tah l-ewwel tilqima. Ta’ min jgħid li nstab f’kundizzjoni perfetta. Fil-fatt, kulma kellu bżonn kien li jinqatgħulu ftit dwiefer.
Għandu madwar 10 xhur u jidher li, matul il-kwarantina, diġà għamel ħabib mas-Sinjura Miriam, għax minn żmien għal żmien din tagħtih biċċa tuffieħa, li tant iħobb! 🍎🥰
Bħal dejjem, min isib fenek jagħtih isem, u lil dan is-sabiħ ingħata l-isem ta’ Howard. 💙
Merħba fostna, Howard! 🐇❤️
U jekk it-temp jippermetti, għada Howard jaf ikun magħna waqt Żejt iż-Żejtun! 😊
------------------------------------------------------------------------------------------------------------
This time, it was Amy Galea who contacted Felix about a beautiful rabbit that had been found abandoned in a field in the outskirts of Mdina. Amy also managed to catch him, and today we’re delighted to share with you the beauty of this rabbit, belonging to the commercial Butterfly breed. 🐰❤️
What a gorgeous rabbit! He is incredibly handsome, gentle and docile. As always, Felix administered his first vaccination.
It’s worth mentioning that he was found in perfect condition. In fact, all he needed was a little trim of his nails!
He is around 10 months old, and it seems that during his quarantine, he has already made friends with Mrs Miriam, who occasionally treats him to a little piece of apple, his absolute favourite! 🍎🥰
As always, the person who finds a rabbit gets to give him a name, and this handsome boy has been named Howard. 💙
Welcome aboard, Howard! 🐇❤️
And if the weather permits, Howard might be joining us in Żejt iz-Żejtun tomorrow! 😊