11/06/2026
⚽💙 Prosit Walter Arciola ! 💙⚽
Il-President, il-Kumitat u l-Membri tas-Soċjetà Filarmonika Stella Maris AD 1914 jixtiequ jawguraw l-isbaħ xewqat lis-sur Arciola għall-elezzjoni tiegħu bħala l-President il-ġdid ta' Sliema Wanderers FC
Bħala wieħed minn ulied tas-Sliema, aħna kburin naraw persuna dedikata tieħu f'idejha t-tmexxija tal-klabb tant għażiż għall-belt tagħna. Ninsabu ċerti li bl-impenn, il-viżjoni u d-determinazzjoni tiegħu, il-klabb ser ikompli jissaħħaħ u jikseb aktar suċċessi.
Nawgurawlu kull ġid u kull suċċess f'din il-kariga ġdida, filwaqt li nirringrazzjawh għas-servizz tiegħu lejn il-komunità Slimiża u l-isport Malti.
Awguri Walter, u nawgurawlek ħidma mimlija kisbiet għall-ġid tal-Wanderers! 🩵💙