Senglean Organization of Culture and Ecclesiastical Patrimony - SOCEP

  • Home
  • Malta
  • Senglea
  • Senglean Organization of Culture and Ecclesiastical Patrimony - SOCEP

Senglean Organization of Culture and Ecclesiastical Patrimony - SOCEP Is interested in preserving and promoting the cultural and ecclesiastical heritage in Senglea.

09/06/2026
21/05/2026

Illum infakkru l-240 anniversarju mill-Bolla tal-Kolleġġjata.

Il-lejla fis-6:00pm, quddiesa ta' ringrazzjament u wara, ftuħ ta' esebizzjoni li tinkludi dokumenti u artifatti relatati ma' dan il-mument storiku għall-parroċċa tagħna u beltna.

L-NGO SOCEP ser tibbenefika min din l-iskema sabiex jibda x-xogħol fuq is-Sede. Il-proġett ġie klassifikat fil-5 post b’...
13/04/2026

L-NGO SOCEP ser tibbenefika min din l-iskema sabiex jibda x-xogħol fuq is-Sede. Il-proġett ġie klassifikat fil-5 post b’mark ta’ 82.5/100.

24/03/2026

A before and after look at the completed maintenance works on the statue of St Paul at the corner of St Julian’s Church, Senglea. The intervention was carried out by the Restoration and Preservation Department.

Esperjenza mill-isbaħ għall-istudenti ta' St Margaret's College Skola Dom Mauro Inguanez tal-Belt SengleaL-istudenti tal...
28/02/2026

Esperjenza mill-isbaħ għall-istudenti ta' St Margaret's College Skola Dom Mauro Inguanez tal-Belt Senglea

L-istudenti tal-ħames u sitt sena, flimkien mal-edukaturi tagħhom kellhom esperjenza tassew formattiva waqt iż-żjara tagħhom fl-Arkivju tal-Bażilika. Matul din il-laqgħa edukattiva, huma kellhom iċ-ċans jaraw mill-qrib il-manuskritti storiċi u jifhmu aħjar kemm hu importanti li nieħdu ħsieb dan il-wirt prezzjuż.

Spjegajnilhom kif isir it-tindif u r-restawr ħafif tal-manuskritti, kif ukoll kif jinżammu f’kaxxi made to measure biex jiġu mħarsa mill-umdità u mill-ħsara. L-istudenti mhux biss osservaw, iżda kellhom ukoll l-opportunità jippruvaw huma stess inaddfu kotba antiki permezz ta’ brushes apposta, dejjem taħt superviżjoni. Kien mument sabiħ fejn it-teorija ltaqgħet mal-prattika, u setgħu japprezzaw kemm dan ix-xogħol jeħtieġ paċenzja, delikatezza u rispett lejn id-dokument.

Barra minn hekk, kellhom esperjenza prattika fid-diġitalizzazzjoni: użaw l-iscanner biex jagħmlu scan ta’ xi ritratti antiki, u wara tgħallmu kif joħolqu folders fuq il-kompjuter sabiex jorganizzaw ir-ritratti li ġew trasferiti mill-iscanner. Din l-esperjenza għenithom jifhmu mhux biss il-valur storiku tal-arkivji, iżda wkoll l-importanza tal-organizzazzjoni u l-preservazzjoni diġitali fid-dinja tal-lum.

L-esperjenza tal-istudenti u l-edukaturi tagħhom spiċċat quddiem ix-xbieha devota tar-Redentur.

Din l-attività saret bħala parti mill-proġett Echoes of the Past: A Journey Through Parish Archives, inizjattiva li qed titwettaq bl-appoġġ tal-Malta Council for the Voluntary Sector, permezz tal-iskema Voluntary Organisations Project Scheme (VOPS), iffinanzjata mill-Ministry for Inclusion and the Voluntary Sector.

Nirringrazzjaw lill-istudenti u lill-edukaturi tal-impenn u l-entużjażmu tagħhom. Nirringrazzjaw ukoll lill-Kap tal-Iskola is-Sa Anna Napier, kif ukoll id-Deputat Kap, is-Sa Josette Debono Dalli tal-koperazzjoni assoluta Esperjenzi bħal dawn jgħinu biex inkomplu nrawwmu rispett u mħabba lejn il-wirt storiku u spiritwali tagħna.

SMC Senglea Primary School
Malta Council for the Voluntary Sector
Inklużjoni

Address

Senglea

Website

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Senglean Organization of Culture and Ecclesiastical Patrimony - SOCEP posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Share