Għaqda tal-Armar Ta' Sannat

Directions

Għaqda tal-Armar Ta' Sannat Din hija l-paġna uffiċjali tal-Għaqda tal-Armar Festa Santa Margerita ġewwa Ta'Sannat, Għawdex

L-Għaqda tal-Armar Sannat tixtieq tawgura il-festa t-tajba lis-Sannatin kollha. Viva Santa Margerita❤️
26/07/2026

L-Għaqda tal-Armar Sannat tixtieq tawgura il-festa t-tajba lis-Sannatin kollha. Viva Santa Margerita❤️

Dis-sena wkoll kien bi hsiebna inzanznu zewg bandalori ohra ghal madwar iz-zuntier, imma peress li it-temp ma tantx hu f...
25/07/2026

Dis-sena wkoll kien bi hsiebna inzanznu zewg bandalori ohra ghal madwar iz-zuntier, imma peress li it-temp ma tantx hu favorevoli gie deciz li ma jintremawx. Dawn jirrapprezentaw il-gustizzja u il-verginita' u saru fuq disinn tal-artist Joseph Cauchi, pittura ta' Noel Debono u hjata ta' Victor Said.

✨👼 L-ANĠLU TAS-SALIB ISSA HUWA LEST! 👼✨Wara ġimgħat ta' ħidma, dedikazzjoni u sengħa artistika, L-Anġlu tas-Salib issa t...
25/07/2026

✨👼 L-ANĠLU TAS-SALIB ISSA HUWA LEST! 👼✨

Wara ġimgħat ta' ħidma, dedikazzjoni u sengħa artistika, L-Anġlu tas-Salib issa tlesta u lbieraħ ġie mżanżan għall-ewwel darba waqt id-dimostrazzjoni tal-festa. 🙏

Matul dawn l-aħħar ġimgħat qsamna magħkom il-vjaġġ kollu – mill-ewwel fażijiet tal-ħolqien, għall-immudellar, l-ilbies, il-preparazzjoni, sal-irfinar finali. Illum, b'sodisfazzjon kbir, qed naqsmu magħkom ir-riżultat ta' dan il-proġett li se jkompli jsebbaħ il-patrimonju artistiku u kulturali tal-festa tagħna. 🎨✨

Ringrazzjament speċjali jmur lill-artist Pawlu Aquilina, li permezz tal-esperjenza, il-ħila u d-dedikazzjoni tiegħu ta l-ħajja lil din l-opra artistika.

💬 U intom x'taħsbu? Kif jidhirkom l-anġlu issa li tlesta? Għidulna fil-kummenti – nieħdu gost naqraw il-fehmiet tagħkom! ❤️

Grazzi lil kull min segwa, ikkummenta, qasam u wera interess f'dan il-proġett. L-appoġġ tagħkom jagħti aktar valur lill-ħidma tagħna favur il-preservazzjoni u t-tisħiħ tat-tradizzjonijiet tagħna. 💖

•••

Din l-inizjattiva hija sostnuta permezz tal-NGO Scheme, skema ta' finanzjament mill-Ministeru għal Għawdex għall-Organizzazzjonijiet Volontarji f'Għawdex.

Din il-pubblikazzjoni tirrifletti biss il-fehmiet tal-awtur, u l-Ministeru għal Għawdex ma jistax jinżamm responsabbli għall-kontenut jew kwalunkwe użu tal-informazzjoni li hemm fiha.

👼✨🎨

Wara li f'dawn l-ahhar jiem hrigna Id-disinn il gdid tal-pedestalli, illum zanzanna zewg angli ghal madwar iz zuntier, x...
24/07/2026

Wara li f'dawn l-ahhar jiem hrigna Id-disinn il gdid tal-pedestalli, illum zanzanna zewg angli ghal madwar iz zuntier, xoghol l-artist Paul Aquilina . Wiehed jirrapprezenta is SAFA bil hamiema f'idejh waqt li l-iehor jirrapprezenta il-fidi.

23/07/2026

Membri tal-Armar flimkien mal-helpers tal-knisja jahslu iz zuntier halli ikun ippreparat kif jixraq biex l Hadd nilqghu lil Patruna taghna. Nirringrazzjaw lis-sur Neville Mercieca talli ipprovda l-ilma ghal hasil.

Bi pjacir inhabbru li waslilna d-disinn tal-pedestalli tal-Anġli li jikkumplimenta it-trofej Lixandrini li ghandna fil-p...
22/07/2026

Bi pjacir inhabbru li waslilna d-disinn tal-pedestalli tal-Anġli li jikkumplimenta it-trofej Lixandrini li ghandna fil-pjazza. Dan id-disinn sar mill-artist Joseph Cauchi li kien ghamel d-disinn tat-trofej. Wara il-festa ser jibda ix-xogħol tal-karpentrija fuq dawn il-pedestalli biex il-holma tagħna tibda titwettaq. Grazzi lil min diġa ikkontribwixxa għal dan il-proġett ambizzjuz.

20/07/2026

Il-ġawhra tas-Sannatin ❤️ Ħruġ min-niċċa, 16 ta'Lulju 2026

Address

Sannat

Website

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Għaqda tal-Armar Ta' Sannat posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Shortcuts

Share